2 Pietru
1 Xmun Pietru, ilsir+ u appostlu+ taʼ Ġesù Kristu, lil dawk li għandhom privileġġ daqsna+ fil-fidi li kisbu bil-ġustizzja+ t’Alla tagħna u tas-Salvatur Ġesù Kristu:+
2 Jalla jiżdidulkom+ il-qalb tajba mhix mistħoqqa u l-paċi b’għarfien eżatt+ dwar Alla u dwar Ġesù, il-Mulej tagħna, 3 ladarba l-qawwa divina tiegħu tatna b’tant ġenerożità kulma għandu x’jaqsam mal-ħajja+ u d-devozzjoni lejn Alla,+ permezz taʼ l-għarfien eżatt dwar dak li sejħilna+ bil-glorja+ u l-virtù. 4 Permezz taʼ dawn hu tana b’tant ġenerożità l-wegħdi prezzjużi u ferm grandjużi,+ biex bihom tieħdu sehem min-natura+ divina,+ għax tkunu ħlistu mit-taħsir li hemm fid-dinja+ minħabba l-passjoni tal-ġisem.
5 Iva, għal din ir-raġuni aġixxu billi tagħmlu kull sforz ħerqan,+ u mal-fidi tagħkom żidu l-virtù,+ mal-virtù l-għarfien,+ 6 maʼ l-għarfien ir-rażna, mar-rażna+ s-sabar, mas-sabar id-devozzjoni lejn Alla,+ 7 mad-devozzjoni lejn Alla l-affezzjoni lejn l-aħwa, maʼ l-affezzjoni lejn l-aħwa l-imħabba.+ 8 Għax jekk dawn l-affarijiet jeżistu u joktru fikom, ma jħallukomx tkunu inattivi jew bla frott+ rigward l-għarfien eżatt dwar il-Mulej tagħna Ġesù Kristu.
9 Għax jekk xi ħadd m’għandux dawn l-affarijiet preżenti fih, ikun agħma, jagħlaq għajnejh għad-dawl,+ u jinsa+ li tnaddaf+ minn dnubietu taʼ l-imgħoddi. 10 Għalhekk, ħuti, iktar u iktar agħmlu l-almu tagħkom biex taċċertaw ruħkom mis-sejħa+ u l-għażla+ tagħkom; għax jekk tibqgħu toktru f’dawn l-affarijiet żgur li ma tonqsu qatt.+ 11 Fil-fatt, b’hekk tingħataw daħla glorjuża+ fis-saltna taʼ dejjem+ tal-Mulej u s-Salvatur tagħna Ġesù Kristu.+
12 Għal din ir-raġuni nkun dejjem lest li nfakkarkom+ f’dawn l-affarijiet, għalkemm tafuhom u intom stabbiliti sew fil-verità+ li hi preżenti fikom.+ 13 Imma jien jidhirli li hu sewwa, sakemm inkun f’din it-tinda,+ li nqajjimkom billi nfakkarkom,+ 14 għax naf li dalwaqt titneħħa t-tinda tiegħi,+ bħalma wrieni wkoll il-Mulej tagħna Ġesù Kristu.+ 15 Għalhekk, nagħmel ukoll l-almu tiegħi issa biex, wara li nitlaq,+ tkunu dejjem tistgħu tfakkru lilkom infuskom dawn l-affarijiet.
16 Le, ma kienx billi mxejna fuq ħrejjef minsuġin bis-sengħa+ li għarrafniekom dwar il-qawwa u l-preżenza tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu,+ imma kien għax rajna b’għajnejna stess il-maestà tiegħu.+ 17 Għax hu rċieva mingħand Alla l-Missier unur u glorja meta,+ permezz tal-glorja maestuża, intqallu dan il-kliem: “Dan hu ibni, il-maħbub, li lilu jien approvajt.”+ 18 Iva, dan il-kliem smajnieh+ ġej mis-sema waqt li konna miegħu fuq il-muntanja qaddisa.+
19 Għaldaqstant għandna l-kelma profetika+ magħmula iktar ċerta;+ u qed tagħmlu sew li tagħtu kasha bħallikieku kienet fanal+ jiddi f’post mudlam, sakemm iżernaq il-jum u titlaʼ l-kewkba taʼ fil-għodu,+ fi qlubkom. 20 Qabel xejn kunu afu dan, li ebda profezija taʼ l-Iskrittura ma tiġi minn xi interpretazzjoni persunali.+ 21 Għax il-profezija qatt ma ġiet bir-rieda tal-bniedem,+ imma xi bnedmin tkellmu minn Alla+ skond kif tmexxew mill-ispirtu qaddis.+