Isaija
1 Il-viżjoni+ taʼ Isaija*+ bin Għamoż li ra dwar Ġuda u Ġerusalemm f’jiem Użżija,+ Ġotam,+ Aħaż,+ u Ħeżekija,+ slaten taʼ Ġuda:+
2 Isimgħu,+ O smewwiet, u agħti widen, O art, għax Ġeħova nnifsu tkellem: “Ulied rabbejt u rawwimt,+ imma huma rvellaw kontrija.+ 3 Barri jaf min xtrah, u l-ħmar jaf il-maxtura taʼ sidu; imma Israel ma jafx,+ niesi ma wrewx li jifhmu.”+
4 Gwaj għall-ġens midneb,+ il-poplu mtaqqal bl-iżball, nisel li jagħmel il-ħażen,+ ulied li jġibu rovina!+ Telqu lil Ġeħova,+ ittrattaw lill-Qaddis taʼ Israel b’nuqqas taʼ rispett,+ tawh daharhom.+ 5 Fejn jonqoskom tissawtu iżjed,+ billi tkomplu tirvellaw kontrija?+ Ir-ras kollha hi f’qagħda marida, u l-qalb kollha hi dgħajfa.+ 6 Mill-qiegħ tas-saqajn sar-ras m’hemmx parti waħda li hi f’saħħitha.+ Feriti u tbenġil u ġrieħi miftuħin—ma ġewx magħfusin jew marbutin, lanqas ma ġew imrattbin biż-żejt.+ 7 Pajjiżkom ħerba,+ blietkom maħruqin bin-nar;+ artkom qed jikluha+ l-istranġieri quddiemkom,+ u l-ħerba qisha tiġrif mill-istranġieri.+ 8 U bint Sijon+ tħalliet bħal għarix f’għalqa tad-dwieli, bħal post għall-għassa f’għalqa tal-ħjar, bħal belt imdawra.+ 9 Kieku Ġeħova taʼ l-armati ma ħallilniex ftit uħud ħajjin,+ konna nsiru bħal Sodoma, konna nkunu qisna Gomorra.+
10 Isimgħu l-kelma taʼ Ġeħova,+ dittaturi+ taʼ Sodoma.+ Agħtu widen għal-liġi t’Alla tagħna, nies taʼ Gomorra. 11 “X’nambiha l-kotra tas-sagrifiċċji tagħkom?” jgħid Ġeħova. “Xbajt mill-offerti sħaħ tal-ħruq+ taʼ l-imtaten+ u mix-xaħam taʼ l-annimali magħlufin tajjeb;+ u d-demm+ tal-barrin żgħar u tal-ħrief irġiel u tal-bdabad+ ma jogħġobnix.+ 12 Intom tidħlu biex taraw ’il wiċċi,+ imma min qabbadkom tagħmlu dan, biex tgħaffġu fil-btieħi tiegħi?+ 13 Iddaħħlux iktar offerti tal-qmuħ bla valur.+ L-inċens hu xi ħaġa mistkerrha għalija.+ Il-qamar ġdid+ u s-Sabat,*+ l-organizzar taʼ konvenzjonijiet+—ma nifilħux l-użu tal-qawwa maġika+ maʼ l-assembleat solenni. 14 Il-qmura ġodda tagħkom u l-istaġuni tagħkom tal-festi ruħi bagħdithom.+ Għalija saru toqol;+ għejejt inġorrhom.+ 15 U meta tiftħu idejkom,+ jien naħbi għajnejja minnkom.+ Avolja tgħidu ħafna talb,+ m’iniex nismaʼ;+ idejkom imtlew bit-tixrid taʼ demm.+ 16 Inħaslu;+ tnaddfu;+ neħħu l-ħażen t’għemilkom minn quddiem għajnejja;+ tibqgħux tagħmlu l-ħażen.+ 17 Tgħallmu agħmlu t-tajjeb;+ fittxu l-ġustizzja;+ ikkoreġu lil min jaħqar;+ agħmlu l-ħaqq lit-tifel bla missier;+ iddefendu l-kawża taʼ l-armla.”+
18 “Ejjew, issa, ħa nirranġaw l-affarijiet taʼ bejnietna,” jgħid Ġeħova.+ “Għalkemm dnubietkom ikunu bħall-iskarlat, se jintgħamlu bojod bħas-silġ;*+ għalkemm ikunu ħomor bħad-drapp krimżi, se jsiru bħas-suf. 19 Jekk turu li għandkom ir-rieda u tisimgħu, intom tieklu l-ġid tal-pajjiż.+ 20 Imma jekk tirrifjutaw+ u tkunu ribellużi, se jikolkom is-sejf; għax fomm Ġeħova stess qalu dan.”+
21 O kif saret prostituta+ l-belt li kienet turi fedeltà!+ Kienet mimlija ġustizzja;+ is-sewwa kien jgħammar fiha,+ imma issa jgħammru l-qattilin.+ 22 Il-fidda tiegħek saret ħmieġ li jitlaʼ fil-wiċċ.+ Il-birra tal-qamħ tiegħek mifqugħa bl-ilma.+ 23 Il-prinċpijiet tiegħek stinati u mseħbin mal-ħallelin.+ Kull wieħed minnhom iħobb it-tixħim+ u jiġri wara r-rigali.+ Ma jagħmlux il-ħaqq lit-tifel bla missier; u l-kawża legali taʼ l-armla ma jridux jisimgħuha.+
24 Għalhekk, il-kelma tal-Mulej il-veru, Ġeħova taʼ l-armati, l-Alla l-Qawwi taʼ Israel,+ hija: “Ah! Se neħles mill-avversarji tiegħi, u se nitħallas+ mill-għedewwa tiegħi.+ 25 U se ndawwar idi fuqek, u ndewwiblek u nneħħilek għalkollox* il-ħmieġ li jitlaʼ fil-wiċċ, u nneħħi l-iskart kollu tiegħek.+ 26 U se nerġaʼ nġiblek l-imħallfin bħal qabel, u l-kunsillieri bħal fil-bidu.+ Imbagħad, int tissejjaħ Belt is-Sewwa, Belt taʼ Fedeltà.+ 27 Sijon tiġi mifdija bil-ġustizzja,+ u dawk minnha li jerġgħu lura jinfdew bis-sewwa.+ 28 U dawk li jirvellaw u l-midinbin jieħdu tisbita fl-istess ħin,+ u dawk li jitilqu lil Ġeħova jintemmu.+ 29 Għax se jistħu minħabba s-siġar setgħanin li xtaqtu intom,+ u intom se tħossukom avviliti minħabba l-ġonna li għażiltu.+ 30 Għax issiru bħal siġra kbira li l-weraq tagħha qed jidbiel,+ u bħal ġnien bla ilma. 31 U r-raġel enerġetiku jsir qanneb,+ u l-prodott t’għemilu xrara; u t-tnejn jaqbdu f’ħuġġieġa fl-istess ħin, u ma jkun hemm ħadd biex jitfihom.”+