Isaija
1 Jien, Isaija* t-tifel t’Għamoż, rajt din il-viżjoni dwar Ġuda u Ġerusalemm fi żmien Użżija, Ġotam, Aħaż, u Ħeżekija, ir-rejiet taʼ Ġuda:
“Jien rabbejt it-tfal,
Imma huma ħaduha kontrija.
3 Barri jafu sew lil min xtrah,
U ħmar jafu lil dak li jitimgħu;
Imma Iżrael ma jafnix,*
Il-poplu tiegħi stess m’għandux abbiltà li jifhem.”
Intom tlaqtu lil Ġeħova;
Intom ittrattajtu lill-Qaddis t’Iżrael b’nuqqas taʼ rispett;
Tajtuh daharkom.
5 Fejn jonqoskom tiġu msawtin biex qed tkomplu tirribellaw?
Raskom kollha feriti,
U qalbkom kollha mard.
6 M’għandkomx parti b’saħħitha minn raskom sa saqajkom.
Għandkom feriti, tbenġil, u ġrieħi miftuħin.
Dawn ma ġewx imnaddfin, infaxxati, jew tferraʼ xi żejt fuqhom biex ifiqu.
7 Il-pajjiż tagħkom hu ħerba.
Il-bliet tagħkom huma maħruqin bin-nar.
Il-barranin qed jibilgħu artkom quddiemkom.
Hi bħal art mitluqa bħal meta jirbħuha l-barranin.
8 Il-belt taʼ Sijon tħalliet bħal post taʼ kenn* f’għalqa tad-dwieli,
Bħal kamra tal-injam f’għalqa tal-ħjar,
Bħal belt li qed tiġi assedjata.
9 Li kieku Ġeħova tal-armati ma ħalliex ftit minna ħajjin,
Konna nsiru bħal Sodoma u Gomorra.
10 Isimgħu l-kelma taʼ Ġeħova, intom dittaturi* taʼ Sodoma.
Agħtu kas il-liġi* tal-Alla tagħna, intom nies taʼ Gomorra.
11 Ġeħova jgħid: “Jien x’nambihom il-ħafna sagrifiċċji tagħkom?
Xbajt mill-offerti tal-ħruq tal-imtaten u mix-xaħam tal-annimali mitmugħin sew,
U ma niħux pjaċir bid-demm tal-barrin żgħar, tal-ħrief, u tal-mogħoż.
13 Tibqgħux iġġibu offerti taʼ ċereali* li ma jiswew għal xejn.
Jien nitqażżu l-inċens tagħkom.
Intom tiċċelebraw il-festa tal-qamar ġdid, tobdu l-liġi tas-Sabat, u tagħmlu konvenzjonijiet.
Madankollu, ma niflaħkomx tagħmlu l-maġija u tagħmlu assembleat speċjali.
14 Jien* nobgħod li tiċċelebraw il-qamar ġdid u l-festi l-oħra tagħkom.
Dawn saru taʼ toqol għalija;
Għejejt inġorrhom.
15 Meta tiftħu jdejkom biex titolbu,
Jien naħbi għajnejja minnkom.
Għalkemm titolbu ħafna,
Ma nismagħkomx;
Għax idejkom mimlijin demm.
17 Tgħallmu agħmlu dak li hu tajjeb, fittxu l-ġustizzja,
Ikkoreġu lil min jaħqar,
Iddefendu d-drittijiet tal-orfni,*
U aqbżu għall-armla.”
18 Ġeħova jgħid: “Ejjew ħalli nirranġaw l-affarijiet taʼ bejnietna.
Għalkemm id-dnubiet tagħkom huma bħal kulur aħmar jgħajjat,
Dawn se jsiru bojod bħas-silġ;
Għalkemm huma ħomor bħal drapp aħmar skur,
Dawn se jsiru bojod bħas-suf.
19 Jekk turu li intom lesti li tobdu,
Se tieklu mill-affarijiet tajbin tal-pajjiż.
20 Imma jekk tirrifjutaw li tobdu u tirribellaw,
Se tiġu maqtulin bix-xabla,
Għax jien, Ġeħova, għedt dan.”
21 Il-belt li kienet leali saret prostituta!
Kienet mimlija ġustizzja;
Fiha kienet toqgħod is-sewwa,
Imma issa hemm biss qattilin.
23 Il-mexxejja tiegħek rashom iebsa u jissieħbu mal-ħallelin.
Kull wieħed minnhom iħobb jaċċetta t-tixħim u jirsisti għar-rigali.
Huma ma jagħmlux ġustizzja mal-orfni,*
U l-kawża legali tal-armla qatt ma tasal għandhom.
24 Għalhekk, il-Mulej il-veru, Ġeħova tal-armati,
L-Alla b’Saħħtu t’Iżrael, jgħid:
“Daqshekk! Jien se neħles minn dawk taʼ kontrija,
U se nivvendika ruħi mill-għedewwa tiegħi.
25 Jien se nikkastigak,
Se nneħħi l-ħmieġ minnek, bħalma jitneħħa l-ħmieġ* mill-metall li jiġi mdewweb,
U se nnaddfek għalkollox.
26 Jien se nagħtik imħallfin bħalma kellek qabel
U nies li jagħtu l-pariri bħalma kien hemm fil-bidu.
Wara dan, int se tissejjaħ il-Belt tal-Ġustizzja, Belt Leali.
27 Sijon se tinxtara lura bil-ġustizzja,
U n-nies tagħha li jiġu lura se jinxtraw bis-sewwa.
28 Dawk li jirribellaw u jagħmlu dnub se jinqerdu flimkien,
U dawk li jitilqu lil Ġeħova se jispiċċaw.
29 Għax huma se jistħu minħabba li xtaqtu s-siġar b’saħħithom,
U intom se tkunu umiljati minħabba l-ġonna* li għażiltu.
30 Għax se ssiru bħal siġra kbira b’weraq li qed jinxef
U bħal ġnien mingħajr ilma.