LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g99 4/8 pp. 5-7
  • Il-​Kriżi Tinsab Madwar Id-​dinja Kollha

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-​Kriżi Tinsab Madwar Id-​dinja Kollha
  • Stenbaħ!—1999
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Traduti minn Dawk li Kienu Jafdawhom
  • Effetti Devastanti
  • Kif Tipproteġi lil Uliedek
    Stenbaħ!—2008
  • L-imħabba u l-ġustizzja minkejja l-ħażen
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Min Se Jipproteġihom Lil Uliedna?
    Stenbaħ!—1999
  • Esplojtazzjoni Sesswali Taʼ Tfal Problema Mad-​Dinja Kollha
    Stenbaħ!—1997
Ara Iżjed
Stenbaħ!—1999
g99 4/8 pp. 5-7

Il-​Kriżi Tinsab Madwar Id-​dinja Kollha

IL-​MASSAKRU terribbli tat-​tfal li jiġġerrew fit-​toroq tal-​Brażil huwa jerġaʼ eżempju ieħor tal-​vulnerabbiltà tat-​tfal mhux mixtiqin. Rapporti minn dak il-​pajjiż qalu li mijiet taʼ tfal kienu qed jinqatlu kull sena.

Seħħew attakki brutali fuq it-​tfal f’Dunblane, ġewwa l-​Iskozja, u f’Wolverhampton, ġewwa l-​Ingilterra, u f’ħafna nħawi oħrajn. Per eżempju, immaġina x’sofriet Maria, orfni Angolana li taʼ 12-il sena ġiet stuprata u ħarġet tqila. Iktar tard wara dan, ġagħluha timxi madwar 320 kilometru, u iktar tard wildet tarbija prematura li għexet biss ġimagħtejn. Maria mietet ġimgħa wara, marida u malnutrita.

Fl-1992, rapport tal-​Fond tal-​Ġnus Magħquda għat-​Tfal (UNICEF) qal li “‘l-​gwerra kontra t-​tfal’ hija invenzjoni tas-​seklu 20.” Skond rapport taʼ l-​UNICEF fl-​1996, l-​opinjoni taʼ xi wħud hi li ‘l-​ġenerazzjonijiet futuri taʼ l-​għadu, jiġifieri, t-​tfal taʼ l-​għadu, iridu jiġu eliminati wkoll.’ Kummentatur politiku esprimieha b’dan il-​mod: “Biex toqtol il-​ġrieden il-​kbar, trid toqtol il-​ġrieden iż-​żgħar.”

Żewġ miljun tifel u tifla mietu mewta vjolenti f’perijodu reċenti t’għaxar snin. Erbaʼ miljuni oħrajn spiċċaw immankati, għomja, jew saritilhom ħsara mentali minn splużjonijiet taʼ mini taʼ l-​art, filwaqt li pprovaw isalvaw bl-​aħjar mod li setgħu flimkien maʼ dawk il-​ħafna miljuni li tilfu djarhom fil-​gwerer. Mhux taʼ b’xejn li rapport wieħed kellu t-​titlu: “Dehra li Twaħħax tal-​Brutalità tal-​Gwerra fuq it-​Tfal.”

Dawn l-​atroċitajiet li saru fuq it-​tfal huma l-​pjaga taʼ l-​umanità, prova ċerta li t-​tfal huma fi kriżi, mhux biss fi ftit pajjiżi imma madwar id-​dinja kollha. U ħafna tfal li ġew abbużati ġew traduti wkoll.

Traduti minn Dawk li Kienu Jafdawhom

Meta tiġi traduta l-​fiduċja taʼ xi tifel, dan jistaʼ jħalli marki terribbli. Dan hu minnu speċjalment meta dak li jittradixxi l-​fiduċja tat-​tifel ikun xi ġenitur, ħabib, jew għalliem. In-​numru kbir t’abbużi fuq it-​tfal mill-​ġenituri jistaʼ jidher mir-​ruxxmata telefonati li daħlu fuq il-​hot line wara x-​xandira taʼ programm imsejjaħ “Silenzju Mwerwer: Nesponu u Ntemmu l-​Abbuż fuq it-​Tfal,” li kien immexxi minn Oprah Winfrey, personalità magħrufa sew ġewwa l-​Istati Uniti fil-​qasam taʼ programmi li fihom iċemplu s-​semmiegħa biex jagħtu l-​opinjonijiet tagħhom. “L-​iktar telefonati taʼ kriżi xokkanti saru minn tfal żgħar imwerwrin, li riedu jiskansaw l-​uġigħ t’abbuż fiżiku jew sesswali,” innota l-​produttur eżekuttiv Arnold Shapiro, kif kwotat fir-​rivista Children Today.

Dan il-​programm tgħidx kemm kien taʼ siwi biex iġib fix-​xejn l-​idea li dawk li jabbużaw mit-​tfal huma xi stranġieri tal-​biżaʼ m’ogħla hawn. Il-​fatt hu li “l-​maġġuranza l-​kbira taʼ l-​abbużi jsiru mill-​ġenituri u familjari oħrajn,” jikkonkludi Shapiro. Riċerka oħra tikkonferma dan u tindika wkoll li ħbieb fdati tal-​familja xi drabi ħejjew bil-​quddiem lit-​tifel u lill-​familja biex iktar tard iwettqu abbuż ippjanat tajjeb fuq it-​tifel. L-​inċest huwa l-​iktar mod xokkanti taʼ tradiment tal-​fiduċja.

L-abbuż sesswali minn pedofili huwa theddida oħra għat-​tfal madwar id-​dinja. Il-​gazzetta Trends & Issues in Crime and Criminal Justice tagħti din id-​definizzjoni: “Il-​pedofilja tirreferi għall-​attrazzjoni sesswali lejn dawk li għadhom żgħar ħafna. . . . Il-​pedofilja b’mod invarjabbli tinvolvi delitti bħalma huma assalt sesswali, indiċenza u offiżi relatati mal-​pornografija tat-​tfal.”

Qed jidħlu ruxxmata rapporti diżgustanti minn madwar id-​dinja kollha dwar gruppi taʼ pedofili, li b’regħba kbira qed jisfruttaw sesswalment lit-​tfal. (Ara l-​kaxxa f’paġna 7.) Il-​vittmi huma kemm subien żgħar u kemm bniet żgħar. Wara li jiġu mħajrin minn irġiel bla skruplu, huma jiġu abbużati sesswalment u mbagħad mheddin jew imfissdin iżżejjed sabiex jiġu inkuraġġiti jibqgħu mal-​“klabb.” L-​irġiel li jippjanaw u jwettqu dawn l-​atti vili taʼ spiss ikunu mexxejja prominenti tal-​komunità u xi drabi dan jagħmluh bil-​permess u l-​protezzjoni tal-​pulizija u l-​ġudikatura.

L-abbuż sesswali fuq it-​tfal minn membri tal-​kleru qed iqanqal ukoll rabja kbira. Rapporti taʼ l-​aħbarijiet minn madwar id-​dinja kollha jirrivelaw l-​estent taʼ l-​abbuż fuq it-​tfal minn membri tal-​kleru, xi drabi saħansitra f’isem Alla. Per eżempju, qassis Anglikan li nstab ħati qal lill-​vittma tiegħu t’għaxar snin li “Alla kien qed ikellmu permezz tiegħu [il-membru tal-​kleru], u dak kollu li hu kien għamel u li [it-tifel] għamel Alla ħa gost bih u għalhekk kien tajjeb.”

Fl-Awstralja, reviżjoni tal-​ktieb The Battle and the Backlash: The Child Sexual Abuse War ikkummentat dwar l-​abbuż fuq it-​tfal mill-​membri tal-​kleru u oħrajn f’karigi taʼ fiduċja. Din qalet li l-​organizzazzjonijiet involuti mid-​dehra iktar kienu konċernati f’li ma jirrovinawx ir-​reputazzjoni tagħhom stess u jipproteġu lilhom infushom milli f’li jipproteġu lit-​tfal vulnerabbli.

Effetti Devastanti

Normalment, tifel jafda kompletament, mingħajr riserva. Għalhekk, jekk xi ħadd jittradixxi dik il-​fiduċja, dan ikollu impatt devastanti fuq il-​moħħ żgħir u innoċenti tiegħu. Il-​pubblikazzjoni Child Abuse & Neglect tinnota: “Persuni u postijiet li qabel kienu jfissru sigurtà jew appoġġ issa saru assoċjati maʼ periklu u biżaʼ. Id-​dinja tat-​tifel issir inqas previdibbli u kontrollabbli.”

B’riżultat t’abbuż bħal dan, li l-​biċċa l-​kbira minnu ilu sejjer għal ħafna snin, xi tfal żviluppaw problemi soċjali u psikjatriċi iktar tard fil-​ħajja, meta kienu ilhom li saru adulti. Dan it-​tradiment tal-​fiduċja jikkaġuna daqshekk ħsara għaliex ikun ittieħed vantaġġ minn tifel jew tifla minħabba li hu jew hi għadhom tfal. Madankollu, ħafna tfal li jiġu abbużati qatt ma jirrapportaw x’jiġrilhom​—fatt li dawk li jabbużaw mit-​tfal iserrħu rashom bih.

Fi snin reċenti, l-​evidenza taʼ l-​abbuż fuq it-​tfal madwar id-​dinja kollha tant qed takkumula li llum hemm muntanja taʼ evidenza bħal din li ħadd ma jistaʼ jibqaʼ jiċħadha jew jinjoraha. Imma l-​biċċa l-​kbira jaqblu li l-​eliminar taʼ l-​abbuż fuq it-​tfal huwa biċċa xogħol formidabbli. Għalhekk iqumu dawn il-​mistoqsijiet: Hemm xi ħadd li tassew jistaʼ jipproteġihom lit-​tfal tagħna? Kif nistgħu aħna l-​ġenituri nipproteġu l-​wirt li tana Alla u nieħdu ħsieb il-​ħajjiet taʼ wliedna żgħar li huma tant vulnerabbli? Il-​ġenituri għand min jistgħu jmorru għall-​għajnuna?

[Kaxxa/Stampa f’paġna 7]

Investigazzjoni Sigrieta mill-​Pulizija fuq l-​Internet

Ftit xhur ilu, f’waħda mill-​akbar investigazzjonijiet sigrieti li qatt saru kontra l-​pornografija tat-​tfal fuq l-​Internet, il-​pulizija fi 12-il pajjiż daħlu fid-​djar taʼ iktar minn 100 pedofilu suspettat. Minn sempliċement grupp wieħed taʼ pedofili fl-​Istati Uniti, huma kkonfiskaw ’il fuq minn 100,000 ritratt pornografiku taʼ tfal.

Id-​ditektiv Ingliż li kkoordina l-​investigazzjoni fuq l-​Internet, li damet sejra ħames xhur, stqarr: “Ir-​ritratti assolutament kienu jdardru l-​istonku taʼ kwalunkwe persuna f’sensiha.” It-​tfal kienu kemm taʼ sess maskil kif ukoll femminil, xi wħud minnhom saħansitra kellhom biss sentejn. Il-​pulizija Belġjana qalet li r-​ritratti fuq l-​Internet kienu “l-​iktar immaġnijiet li jqażżuk tal-​pornografija tat-​tfal. . . . Marru fl-​estremità li n-​nies abbużaw mit-​tfal tagħhom stess sabiex ikunu jistgħu jippreżentaw l-​iktar materjal li jispikka.” Wieħed raġel żamm ritratti tiegħu nnifsu taʼ meta kien qed jistupra lin-​neputija tiegħu u daħħalhom fil-​kompjuter tiegħu.

Is-​suspetti kienu jinkludu għalliema, xjenzat, student tal-​liġi, student tal-​mediċina, mexxej taʼ l-​iscouts, skrivan, u professur taʼ l-​università.

[Stampa f’paġna 6]

Tagħmir esplussiv immanka l-​id il-​leminija taʼ dan it-​tifel

[Sors]

UN/DPI Photo by Armineh Johannes

[sors tal-Istampa f’paġna 7]

Photo ILO/J. Maillard

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja