LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g03 2/8 pp. 8-10
  • L-Isfruttament tal-Minorenni Dalwaqt Jintemm!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Isfruttament tal-Minorenni Dalwaqt Jintemm!
  • Stenbaħ!—2003
  • Materjal Simili
  • Kif Tipproteġi lil Uliedek
    Stenbaħ!—2008
  • Esplojtazzjoni Sesswali Taʼ Tfal Problema Mad-​Dinja Kollha
    Stenbaħ!—1997
  • Min Se Jipproteġihom Lil Uliedna?
    Stenbaħ!—1999
  • Ħarreġ lit-​Tfal Tiegħek mill-​Infanzja
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2003
g03 2/8 pp. 8-10

L-​Isfruttament tal-​Minorenni Dalwaqt Jintemm!

“FID-​DIKJARAZZJONI Universali tad-​Drittijiet tal-​Bniedem, il-​Ġnus Magħquda pproklamat li t-​tfulija hija intitolata għal attenzjoni u għajnuna speċjali,” tgħid l-​introduzzjoni tal-​Konvenzjoni fuq id-​Drittijiet tat-​Tfal. Rigward l-​importanza tal-​familja, din tissokta tgħid: “Biex il-​personalità tat-​tifel jew it-​tifla tiżviluppa b’mod sħiħ u armonjuż, dawn għandhom jikbru f’ambjent taʼ familja, f’atmosfera taʼ ferħ, imħabba, u komprensjoni.” Iżda, dan l-​ideal mhux qed jitwettaq.

Li sempliċement titkellem dwar dinja aħjar għat-​tfal m’huwiex biżżejjed. It-​taħsir morali qed jixtered bla rażan, u ħafna nies iqisu s-​sitwazzjoni bħala normali. Il-​korruzzjoni u r-​regħba tant huma mifruxin li ma jistgħux jiġu kontrollati mill-​forzi għaż-​żamma tal-​liġi. Saħansitra l-​ġenituri, minflok ma juru mħabba u jipproteġu lit-​tfal tagħhom, spiss jikkontribwixxu għall-​atmosfera taʼ permissività. Allura, x’tama għandna li għad ikun hemm tmiem għall-​prostituzzjoni tal-​minorenni?

Għalkemm din is-​sistema korrotta ma ħaditx ħsieb li t-​tfal kollha jingħataw dar fejn tirrenja l-​imħabba u futur mimli sigurtà, il-​Ħallieq tagħna dalwaqt se jneħħi min-​nofs kull xorta taʼ għemil ħażin u mġiba immorali, inkluż il-​prostituzzjoni tal-​minorenni. Dalwaqt, b’sorpriża għad-​dinja, Alla Jehovah se jindaħal fit-​tmexxija umana permezz tas-​Saltna tiegħu. Nies li jikkorrompu u jisfruttaw m’humiex se jaħarbu mill-​ġudizzju divin. Dawk in-​nies li jħobbu lil għajrhom biss se jsalvaw biex jgħixu fid-​dinja l-​ġdida t’Alla. “It-​tajbin jgħammru fl-​art, u n-​nies sewwa joqogħdu fiha; imma l-​ħżiena mill-​art jitqaċċtu, u l-​qarrieqa jinqalgħu minnha.”—Proverbji 2:​21, 22.

Immaġina x’serħan meta kemm it-​tfal u kemm l-​adulti se jkunu jistgħu jgħixu mingħajr disprezz u abbuż sesswali! Anki lħsara emozzjonali u fiżika kaġunata mill-​isfruttament u l-​vjolenza se tisparixxi għalkollox. Dawk li kienu vittmi taʼ l-​isfruttament sesswali se jkunu jistgħu jgħixu mingħajr memorji koroh jew effetti ħżiena li jikkaġunawlhom dawn l-​abbużi. “Ma jitfakkarx iżjed limgħoddi, f’moħħ ħadd aktar ma jiġi.”—Isaija 65:17.

Imbagħad, ma jkunx hemm tfal li jitwieldu biex isofru minn trattament ħażin jew abbuż sesswali. Il-​ferħ, l-​imħabba, u l-​komprensjoni ma jkunux sempliċi ħolma. Dwar l-​abitanti tad-​dinja l-​ġdida t’Alla, Isaija 11:9 jiddikjara: “Ma jagħmlux aktar deni u anqas ħsara.”

Tabilħaqq, x’hena jkun hawn meta l-​faqar, l-​abbuż tad-​drogi, il-​familji mdejqin, u l-​ħażen morali ma jeżistux iżjed! Minflok, se jirrenjaw il-​paċi, is-​sewwa, u s-​sigurtà. “Il-​poplu tiegħi f’post tas-​sliem, jgħammar bla biżaʼ, mistrieħ fil-​kwiet.”—Isaija 32:18.

[Kaxxa/Stampi f’paġna 9]

Affezzjoni mill-​Ġenituri Tistaʼ Tbiegħed it-​Tkissir tal-​Familja

● “Il-​ġenituri tiegħi inkuraġġewni biex nieħu vantaġġ mis-​snin li nqattaʼ l-​iskola u nitgħallem sengħa. Ma pprovawx jimponu fuqi dak li jippreferu huma, iżda għenuni biex nagħżel skola li kienet tgħallem il-​kors li kelli bżonn.”—Tais.

● “Meta jiena u oħti konna mmorru nixtru, ommi kienet tiġi magħna. Minbarra li kienet tgħinna biex ma nonfqux iżżejjed, kienet tgħinna wkoll biex nevitaw ilbies li kien eċċessiv jew diżonest.”—Bianca.

● “Meta konna mmorru xi pârti, il-​ġenituri tagħna dejjem kienu jistaqsuna min se jkun hemm, x’mużika se tindaqq, u x’ħin se jibda u jispiċċa l-​pârti. Fil-​biċċa l-​kbira mill-​pârtis konna nkunu mistidnin il-​familja kollha.”—Priscila.

● “Kemm fi tfuliti u kemm fl-​adolexxenza tiegħi, dejjem kelli komunikazzjoni tajba mal-​ġenituri tiegħi. Waħda minn sħabi taʼ l-​iskola indunat b’dan u qaltli: ‘Ngħir għalik meta narak li int tistaʼ titkellem mal-​ġenituri tiegħek fuq kollox bla diffikultà. Jien lanqas m’ommi ma nħossni komda nitkellem, u spiss, dak li rrid inkun naf nipprova nitgħallmu mingħand nies oħra.’”​—Samara.

● “Jien kelli adolexxenza ferħana. Ma kont naħseb ħażin f’ħadd u kont dejjem nidħaq. Maʼ ħbiebi kont ningwalaha ħafna u kont nieħu gost niċċajta magħhom. Il-​ġenituri tiegħi fehmu li din kienet il-​personalità tiegħi u ma pprovawx iġagħluni ninbidel. Imma bil-​ħlewwa għenuni nifhem li rrid noqgħod attenta u nġib ruħi kif jixraq mas-​sess oppost.”—Tais.

● “Bħall-​biċċa l-​kbira miż-​żgħażagħ, bdejt ninteressa ruħi fis-​sess oppost. Missieri stabbilixxa ċerta età għal meta stajt nibda noħroġ maʼ xi ħadd. Din il-​ħaġa ma dejqitnix. Minflok, stajt nara li l-​ġenituri tiegħi kienu interessati fija u riedu jipproteġuni minn xi ħsara fil-​futur.”—Bianca.

● “Kont inħares lejn iż-​żwieġ bħala xi ħaġa nobbli, speċjalment minħabba l-​eżempju tal-​ġenituri tiegħi. Dejjem kellhom relazzjoni u komunikazzjoni tajba bejniethom. Niftakar li meta bdejt noħroġ maʼ wieħed, ommi tatni parir fuq kif għandi naġixxi f’ċerti ċirkustanzi u spjegatli kif dan kien se jeffettwa ż-​żwieġ tiegħi.”—Priscila.

[Stampa f’paġna 10]

Fid-​dinja l-​ġdida t’Alla, mhux se jkun hemm tfal li jsofru minn trattament ħażin

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja