LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 11/8 p. 3
  • L-Obeżità—Hija Verament Problema?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Obeżità—Hija Verament Problema?
  • Stenbaħ!—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Xi Tfisser l-​Obeżità?
  • L-Obeżità—Minn Xiex Tiġi?
    Stenbaħ!—2004
  • Paġna Tnejn
    Stenbaħ!—2004
  • Il-Ħxuna Żejda Qed Issir Epidemija Globali?
    Stenbaħ!—2003
  • Il-Ġlieda Kontra l-Obeżità—Jiswa li Tagħmel Sforz?
    Stenbaħ!—2004
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2004
g04 11/8 p. 3

L-​Obeżità—Hija Verament Problema?

“L-​obeżità fl-​adoloxxenti qisha epidemija.”​—S. K. Wangnoo,

kap konsulent taʼ l-​endokrinoloġija taʼ l-​Isptar Indraprastha Apollo, f’Delhi, l-​Indja.

BĦALMA jgħid il-​kumment t’hawn fuq, ħafna familji Indjani tal-​klassi medja qallbu għal stil taʼ ħajja li qed jirriżulta f’obeżità fost iż-​żgħażagħ. Din l-​epidemija qed tinfirex maʼ ħafna pajjiżi minħabba li iktar u iktar nies qed jagħmlu inqas eżerċizzju u qed jieklu ikel li mhux tajjeb għas-​saħħa. Konsulent fil-​mediċina taʼ l-​adoloxxenti qal: “Il-​ġenerazzjoni li jmiss [fil-Britannja] se tkun . . . l-​iktar waħda li tbati bl-​obeżità fl-​istorja tal-​bniedem.” Il-​Guardian Weekly irrapportat: “Xi darba l-​obeżità kienet problema taʼ l-​adulti. Issa l-​Britannja għandha ġenerazzjoni taʼ żgħażagħ li, minħabba d-​drawwiet tagħhom taʼ l-​ikel u l-​istil taʼ ħajja sedentarju, jispiċċaw bi problemi li dehru l-​ewwel fl-​Istati Uniti. L-​obeżità fit-​tul twassalhom biex jimirdu b’mard bħad-​dijabete, il-​mard tal-​qalb u l-​kanċer.”

L-awturi tal-​ktieb Food Fight jgħidu: “L-​ikel u x-​xorb żejjed ħadu l-​post tal-​malnutrizzjoni bħala l-​problema ewlenija taʼ l-​ikel madwar id-​dinja.” Don Peck, li kiteb f’The Atlantic Monthly, jgħid: “Madwar disaʼ miljun Amerikan issa qed ibatu minn ‘obeżità li twassal għall-​mard.’ Dawn l-​uħud ikunu jiżnu madwar 45 kilo iktar milli suppost.” Il-​problemi fis-​saħħa marbutin mal-​piż iwasslu għal 300,000 mewt prematura fis-​sena fl-​Istati Uniti, “iktar minn kwalunkwe ħaġa oħra minbarra t-​tipjip.” Peck kompla: “L-​obeżità dalwaqt tgħaddi l-​ġuħ u l-​mard infettiv bħala l-​akbar problema taʼ saħħa tan-​nies madwar id-​dinja.” Għalhekk, min jistaʼ jinjora t-​theddida taʼ l-​obeżità? Fil-​ktieb Eat, Drink, and Be Healthy (Kul, Ixrob, u Ibqaʼ f’Saħħtek) it-​tabib Walter C. Willett jikteb li wara t-​tipjip, il-​piż tal-​ġisem huwa t-​tieni l-​iktar fattur importanti li se jeffettwalek is-​saħħa futura tiegħek. L-​iktar kelma importanti hawnhekk hija s-​saħħa futura.

Xi Tfisser l-​Obeżità?

Persuna meta tkun kunsidrata li tbati mill-​obeżità u mhux sempliċement għandha piż żejjed? Il-​klinika Mayo f’Rochester, Minnesota, fl-​Istati Uniti, tgħid: “Bażikament, l-​obeżità tfisser li jkollok piż żejjed estremament minħabba xaħam żejjed.” Iżda kif tiddetermina x’inhu l-​piż żejjed għal kull persuna? It-​tabelli tat-​tul u l-​piż jistgħu jagħtu indikazzjoni taʼ jekk persuna għandhiex sempliċement piż żejjed jew tbatix bl-​obeżità. (Ara t-​tabella f’paġna  5.) Madankollu, dawn ma jinkludux id-​differenzi taʼ kif inhu magħmul il-​ġisem. Il-​klinika Mayo tgħid: “Dak li jindika jekk għandikx il-​problema taʼ l-​obeżità m’huwiex il-​piż iżda x-​xaħam fil-​ġisem.” Per eżempju, atleta aktarx ikollu iktar piż minħabba t-​toqol tal-​muskoli jew l-​istruttura taʼ l-​għadam. X’inhuma r-​raġunijiet bażiċi għall-​piż żejjed jew l-​obeżità? L-​artiklu li jmiss se jiddiskuti din il-​mistoqsija.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja