LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • be p. 39-p. 42
  • Kif Tagħmel Outline

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tagħmel Outline
  • Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Analizza, Agħżel, u Organizza
  • Punti Prinċipali Magħmulin Jispikkaw
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Enfasizza l-punti prinċipali
    Irsisti fil-qari u t-tagħlim
  • Kif Tħejji Taħditiet għall-Pubbliku
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • L-​Użu taʼ Outline
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Ara Iżjed
Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
be p. 39-p. 42

Kif Tagħmel Outline

META jiġu inkarigati biex jagħtu taħdita, ħafna wħud jieħdu ħafna ħin biex jiktbuha kollha kemm hi, billi jibdew mill-​introduzzjoni u jibqgħu sejrin sal-​konklużjoni. Qabel ma titlesta t-​taħdita, jistaʼ jkun li jiktbuha mill-​ġdid ħafna drabi. Il-​proċess jistaʼ jiħdilhom sigħat sħaħ.

Int hekk tippreparahom it-​taħditiet tiegħek? Tixtieq titgħallem mod iktar faċli kif tagħmilhom? Jekk titgħallem kif tipprepara outline, mhux se jibqaʼ jkollok għalfejn tniżżel kollox bil-​miktub. Dan se jagħtik iktar ħin biex tipprattika l-​mod kif se tagħti t-​taħdita. It-​taħditiet tiegħek mhux biss se jkunu iktar faċli biex tagħtihom imma wkoll iktar interessanti għall-​udjenza tiegħek u se jqanqluha iktar biex taġixxi.

M’għandniex xi ngħidu, għat-​taħditiet pubbliċi li jingħataw fil-​kongregazzjoni jiġi provdut outline bażiku. Madankollu, dan mhuwiex il-​każ għal ħafna mit-​taħditiet l-​oħrajn. Jistaʼ jkun li tiġi inkarigat sempliċement b’suġġett jew b’tema. Jew jistaʼ jkun li tiġi mitlub tkopri ċertu materjal stampat speċifiku. Kultant tistaʼ tiġi provdut sempliċement bi ftit istruzzjonijiet. Għall-​inkarigi kollha bħal dawn għandek bżonn tipprepara outline int stess.

[Stampa f’paġna 41]

L-​eżempju f’paġna 41 se jagħtik idea taʼ kif tistaʼ tħejji outline fil-​qosor. Innota li kull punt prinċipali jibda mal-​ġenb tax-​xellug u jinkiteb b’ittri kbar. Taħt kull punt prinċipali hemm xi ħsibijiet li jappoġġawh. Imniżżlin taħthom, u mressqin ftit spazji lejn il-​lemin, hemm iktar punti li jintużaw biex jiżviluppaw dawn il-​ħsibijiet. Eżamina dan l-​outline bir-​reqqa. Innota li ż-​żewġ punti prinċipali huma marbutin direttament mat-​tema. Osserva wkoll li l-​punti sekondarji mhumiex sempliċement ħsibijiet interessanti. Minflok, kull wieħed minnhom jappoġġa l-​punt prinċipali li jkollu fuqu.

Meta tħejji outline, jistaʼ jkun li ma jkunx jidher eżatt bħal dan l-​eżempju. Imma jekk tifhem il-​prinċipji involuti, dawn se jgħinuk torganizza l-​materjal tiegħek u tħejji taħdita tajba f’ammont taʼ ħin raġunevoli. Issa kif għandek tkompli?

Analizza, Agħżel, u Organizza

Għandek bżonn tema. It-​tema tiegħek mhijiex sempliċi suġġett ġenerali li jistaʼ jkun rappreżentat minn kelma waħda. It-​tema hija l-​ħsieb prinċipali li trid tgħaddi lill-​udjenza, u din tindika minn liema ħarsa qed tippjana li tiddiskuti s-​suġġett. Jekk tingħata tema, analizza kull kelma prinċipali bir-​reqqa. Jekk trid tiżviluppa t-​tema li ġejt inkarigat biha fuq il-​bażi taʼ materjal pubblikat, studja dan il-​materjal bit-​tema f’moħħok. Jekk tingħata suġġett biss, imbagħad trid tagħżel it-​tema int. Madankollu, qabel tagħmel dan, jistaʼ jkun taʼ għajnuna li tagħmel ftit riċerka. Jekk matulha tkun lest li ddaħħal ideat ġodda, int spiss se ssibhom.

Int u tieħu dawn il-​passi, ibqaʼ staqsi lilek innifsek: ‘Dan il-​materjal għala hu importanti għall-​udjenza tiegħi? X’inhi l-​mira tiegħi?’ M’għandhiex tkun sempliċement li tkopri l-​materjal jew li tagħti taħdita interessanti imma li twettaq xi ħaġa li hi taʼ benefiċċju għall-​udjenza tiegħek. Meta l-​mira tiegħek tkun ċara f’moħħok, niżżilha bil-​miktub. Ibqaʼ fakkar lilek innifsek dwarha int u tipprepara.

Wara li tkun iddeterminajt il-​mira tiegħek u għażilt tema li taqbel magħha (jew tkun analizzajt kif it-​tema li ġejt inkarigat biha taqbel maʼ din il-​mira), imbagħad tistaʼ tagħmel riċerka li hija iktar speċifika. Fittex materjal li se jkun taʼ valur partikulari għall-​udjenza tiegħek. Tkunx kuntent b’informazzjoni ġenerali, imma fittex punti speċifiċi li huma informattivi u tassew taʼ għajnuna. Kun realistiku fl-​ammont taʼ riċerka li tagħmel. Fil-​biċċa l-​kbira malajr tiġbor iktar materjal milli jkollok bżonn, allura trid tkun selettiv.

Identifika l-​punti prinċipali li għandek bżonn tiddiskuti sabiex tiżviluppa t-​tema jew tilħaq il-​mira tiegħek. Dawn se jsiru l-​qafas taʼ xogħlok, l-​outline bażiku tiegħek. Kemm għandek toħroġ punti prinċipali? Forsi tnejn ikunu biżżejjed għal diskussjoni qasira, u ġeneralment ħamsa huma biżżejjed biex tagħmel anki taħdita taʼ siegħa. Inqas ma jkollok punti prinċipali, iktar hemm ċans li l-​udjenza tiegħek tibqaʼ tiftakarhom.

Ladarba tkun għażilt it-​tema tiegħek u jkollok il-​punti prinċipali f’moħħok, organizza l-​materjal tar-​riċerka tiegħek. Iddeċiedi x’inhu konness direttament mal-​punti prinċipali li għandek. Agħżel dettalji li se jagħmlu l-​preżentazzjoni tiegħek iktar oriġinali. Meta tagħżel skritturi biex tappoġġa l-​punti prinċipali, innota xi ideat mir-​riċerka li se jgħinuk tirraġuna fuq dawk il-​versi b’mod sinifikanti. Poġġi kull punt taħt il-​punt prinċipali li hu marbut miegħu. Jekk għandek xi informazzjoni li ma taqbilx maʼ xi punt prinċipali, allura neħħiha—anki jekk hi interessanti ħafna—jew erfagħha f’xi fajl biex tużaha darb’oħra. Żomm biss l-​aħjar materjal. Jekk tipprova tkopri ħafna materjal, se jkollok tgħaġġel wisq meta titkellem, u b’hekk ma tkoprix il-​materjal bir-​reqqa. Ikun aħjar li toħroġ ftit punti prinċipali li huma tassew taʼ valur għall-​udjenza u li tagħmel dan sew. Taqbiżx il-​ħin.

Meta tasal f’dan il-​punt, jekk mhux qabel, irranġa l-​materjal tiegħek b’sekwenza loġika. Luqa, il-​kittieb tal-​Evanġelju, hekk għamel. Wara li ġabar abbundanza taʼ fatti konnessi mas-​suġġett tiegħu, hu rranġahom “b’ordni loġiku.” (Lq. 1:3) Int tistaʼ tirranġa l-​materjal tiegħek b’mod kronoloġiku jew skont is-​suġġett, jew forsi skont il-​kaġun u mbagħad l-​effett, jew il-​problema u mbagħad is-​soluzzjoni. Dan jiddependi minn dak li hu l-​iktar effettiv biex tilħaq il-​mira tiegħek. M’għandekx taqleb minn idea għall-​oħra f’daqqa waħda. Is-​semmiegħa tiegħek għandhom jittieħdu faċilment minn ħsieb għall-​ieħor, mingħajr ma jħossu li hemm xi ħaġa nieqsa. L-​evidenza li ġġib għandha twassal lill-​udjenza għal konklużjonijiet loġiċi. Int u tirranġa l-​punti li sibt, aħseb dwar kif se tinstemaʼ t-​taħdita għall-​udjenza tiegħek. Se jsegwu mill-​ewwel il-​ħsieb li qed tipprova tgħaddilhom? Se jitqanqlu biex jaġixxu fuq dak li jisimgħu, fi qbil mal-​mira li għandek f’moħħok?

Issa, ħejji introduzzjoni li tqanqal l-​interess fis-​suġġett tiegħek u li turi lill-​udjenza tiegħek li dak li se tiddiskuti hu tassew taʼ valur għalihom. Jistaʼ jkun taʼ għajnuna li tniżżel bil-​miktub l-​ewwel ftit sentenzi. Fl-​aħħar nett, ippjana konklużjoni li tqanqal lill-​udjenza u li tkun fi qbil mal-​mira tiegħek.

Jekk tħejji l-​outline tiegħek kmieni biżżejjed, se jkollok il-​ħin biex tirfinah qabel ma tagħti t-​taħdita. Jistaʼ jagħti l-​każ li tara l-​bżonn li tappoġġa ċerti ideat bi ftit statistiki, b’tixbiha, jew b’esperjenza. Jekk tuża ġrajja kurrenti jew xi suġġett taʼ interess lokali tistaʼ tgħin lill-​udjenza tiegħek tara iktar malajr kif il-​materjal japplika għaliha. Int u tirrivedi t-​taħdita tiegħek, għandek mnejn tinduna b’iktar opportunitajiet ħalli tadatta l-​informazzjoni għall-​udjenza tiegħek. Il-​proċess taʼ li tanalizza u tirfina l-​materjal tiegħek huwa essenzjali sabiex minn materjal tajjeb toħroġ taħdita effettiva.

Forsi xi kelliema jkollhom bżonn noti iktar elaborati minn oħrajn. Imma jekk torganizza l-​materjal tiegħek taħt ftit punti prinċipali biss, telimina dak li ma jappoġġahomx bis-​sħiħ, u tpoġġi l-​ideat f’ordni loġiku, se ssib li bi ftit esperjenza mhux se jibqaʼ jkollok bżonn tniżżel kollox bil-​miktub. Kemm tistaʼ tiffranka ħin b’dan il-​mod! U l-​kwalità tat-​taħditiet tiegħek se titjieb. Se jkun jidher ċar li int verament qed tibbenefika mill-​edukazzjoni tiegħek fl-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku.

KIF TĦEJJI OUTLINE

  • Iddetermina għala s-​suġġett tiegħek huwa importanti għall-​udjenza u x’inhi l-​mira tiegħek

  • Agħżel tema; jekk tingħatalek waħda, analizzaha

  • Iġbor materjal informattiv u utli

  • Identifika l-​punti prinċipali tiegħek

  • Organizza l-​materjal tiegħek; żomm biss l-​aħjar informazzjoni

  • Ħejji introduzzjoni li tqanqal l-​interess

  • Ippjana konklużjoni li tqanqal l-​udjenza

  • Irrivedi t-​taħdita tiegħek; irfinaha

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja