LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 12/15 pp. 5-6
  • Talb li Żgur Jiġi Mwieġeb

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Talb li Żgur Jiġi Mwieġeb
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “Ħa Jitqaddes Ismek”
  • “Ħa Tiġi Saltnatek”
  • “Ħa Tintgħamel ir-​Rieda Tiegħek”
  • Meta s-​Saltna Taħkem
  • “Mulej, Għallimna Nitolbu”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Għix fi qbil mat-talba mudell—L-1 parti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • It-Talb Taʼ Min Jinstemaʼ?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Dwar Talb li Jismaʼ Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 12/15 pp. 5-6

Talb li Żgur Jiġi Mwieġeb

HEMM talb li ċertament se jiġi mwieġeb. Is-​sugu tiegħu huwa miġbur f’mudell li Ġesù Kristu ta lid-​dixxipli tiegħu meta qal: “Tridu titolbu, allura, b’dan il-​mod: ‘Missierna fis-​smewwiet, ħa jitqaddes ismek. Ħa tiġi saltnatek. Ħa tintgħamel ir-​rieda tiegħek, kif fis-​sema, ukoll fuq l-​art.”ˈ—Mattew 6:9-13.

Dawn il-​kelmiet tat-​talba mudell taʼ Ġesù ġew irrepetuti ħafna miljuni taʼ drabi. Għalkemm Kristu ma stenniex li s-​segwaċi veri tiegħu sempliċement itennu talba bħal din, il-​petizzjonijiet tagħhom li jesprimu sentimenti simili żgur li se jiġu mweġbin. (Mattew 6:7, 8) Mela, xi jfisser li jiġi mqaddes l-​isem t’Alla? Għala titlob biex tiġi s-​Saltna? U għala titlob biex issir ir-​rieda t’Alla?

“Ħa Jitqaddes Ismek”

Jehovah, “I-Iktar Għoli fuq l-​art kollha,” huwa Dak li lilu Ġesù indirizza bħala “Missierna fis-​smewwiet.” (Salm 83:18) Alla kien ‘għamilha taʼ missier’ għall-​Iżraeliti billi ħelishom mill-​irbit Eġizzjan u billi daħal f’relazzjoni taʼ patt magħhom. (Dewteronomju 32:6, 18; Eżodu 4:22; Isaija 63:16) Illum, Kristjani midlukin iqisu b’mod teneru lil Jehovah bħala Missierhom. (Rumani 8:15) U sħabhom, li għandhom tama għall-​art, bl-​istess mod jitolbu lil Alla Jehovah bħala Missierhom.—Ġwann 10:16; Rivelazzjoni 7:1-9.

Imma għala titlob biex l-​isem t’Alla jiġi mqaddes? Sewwa, mill-​irvell tal-​ewwel koppja fil-​ġnien taʼ Għeden ’il hawn, tmaqdir ġie mitfugħ fuq l-​isem divin. Bi tweġiba għal talba bħal din, Jehovah se jnaddaf kull tmaqdir li qatt ġie mitfugħ fuq ismu li jrid jiġi mfakkar. (Salm 135:13) Hu se jagħmel dan billi jneħħi l-​ħażen minn fuq l-​art. Rigward dak iż-​żmien, Alla qal permezz tal-​profeta Eżekjel: “Ċertament li se nkabbar lili nnifsi u nqaddes lili nnifsi u nagħmel lili nnifsi magħruf quddiem il-​għajnejn taʼ ħafna ġnus; u se jkollhom ikunu jafu li jiena Jehovah.”—Eżekjel 38:23.

Alla Jehovah huwa qaddis u nadif. Ismu għandu għalhekk ikun imqaddes, jew imqiegħed apparti bħala qaddis. Hu se juri l-​qdusija tiegħu billi jaġixxi biex iqaddes lilu nnifsu quddiem il-​ħolqien kollu. (Eżekjel 36:23) Dawk li jixtiequ l-​favur tiegħu u l-​ħajja taʼ dejjem iridu jqisu lil Jehovah b’għaġeb kbir u jqaddsu ismu billi jżommuh apparti u iktar għoli mill-​oħrajn kollha. (Levitiku 22:32; Isaija 8:13; 29:23) Fi qbil maʼ dan, Ġesù qal lis-​segwaċi tiegħu biex jitolbu: “Ħa jitqaddes ismek” jew, “jinżamm sagru; ikun it-​trattat bħala qaddis.” Nistgħu nkunu żguri li Alla se jwieġeb għal din il-​parti tat-​talba mudell taʼ Ġesù.

“Ħa Tiġi Saltnatek”

Ġesù wkoll qal lis-​segwaċi tiegħu biex jitolbu: “Ħa tiġi saltnatek.” Talb biex tiġi s-​Saltna t’Alla ċertament li se jiġi mwieġeb. Is-​Saltna hija l-​ħakma sovrana taʼ Jehovah kif murija permezz tal-​gvern Messjaniku tas-​sema f’idejn Ibnu, Ġesù Kristu, u sħabu l-​“qaddisin.” (Danjel 7:13, 14, 18, 22, 27; Isaija 9:6, 7) Ix-​Xhieda taʼ Jehovah minn żmien ilu taw prova mill-​Iskrittura li Ġesù telaʼ fuq it-​tron bħala Sultan tas-​sema fis-​sena 1914. Għala, allura, għandu xi ħadd jitlob għas-​Saltna biex “tiġi”?

Li nitolbu għall-​miġja tas-​Saltna attwalment ifisser li nitolbu li tiġi kontra dawk kollha li jopponu l-​ħakma divina fuq l-​art. Dalwaqt issa “s-​saltna [t’Alla] . . . se tfarrak u ġġib fi tmiem lil dawn is-​saltniet kollha [tal-art], u hija nfisha se tieqaf għal żminijiet indefiniti.” (Danjel 2:44) Dan l-​iżvilupp se jikkontribwixxi għat-​taqdis tal-​isem imqaddes taʼ Jehovah.

“Ħa Tintgħamel ir-​Rieda Tiegħek”

Ġesù ta iktar struzzjonijiet lid-​dixxipli tiegħu biex jitolbu: “Ħa tintgħamel ir-​rieda tiegħek, kif fis-​sema, ukoll fuq l-​art.” Din hija talba biex Jehovah jaġixxi fi qbil mar-​rieda tiegħu għall-​art. Tixbah lid-​dikjarazzjoni tas-​salmista: “Kulma Jehovah kellu l-​għaxqa li jagħmel hu għamel fis-​smewwiet u fl-​art, fl-​ibħra u l-​fondijiet kollha tal-​ilma. Hu qed iġiegħel lill-​fwar jitlaʼ mill-​estremità tal-​art; hu għamel saħansitra lqugħ għax-​xita; hu qed iġib ’il quddiem ir-​riħ mill-​imħażen tiegħu, hu li darab lill-​uħud imweldin l-​ewwel tal-​Eġittu, kemm bniedem u kemm bhima. Hu bagħat sinjali u mirakli f’nofsok, O Eġittu, fuq Farawni u fuq il-​qaddejja kollha tiegħu; hu li darab lil ħafna ġnus u qatel lil slaten potenti.”—Salm 135:6-10.

Meta nitolbu biex ir-​rieda taʼ Jehovah tintgħamel fuq l-​art qed nitolbu li hu jwettaq il-​għanijiet tiegħu għal dan il-​globu. Dan jinkludi t-​tneħħija permanenti taʼ dawk li jopponuh, saħansitra kif neħħiehom fuq skala żgħira fi żmien il-​qedem. (Salm 83:9-18; Rivelazzjoni 19:19-21) Talb biex ir-​rieda taʼ Jehovah tintgħamel fuq l-​art u fl-​univers kollu żgur li se jiġi mwieġeb.

Meta s-​Saltna Taħkem

Minflok il-​ħazen li issa qed jinfirex fuq is-​soċjetà umana, x’nistgħu nistennew meta s-​Saltna t’Alla taħkem u r-​rieda divina tintgħamel fuq l-​art kif inhu fis-​sema? Skond l-​appostlu Pietru, “hemm smewwiet ġodda u art ġdida li aħna qegħdin nistennew skond il-​wegħda [t’Alla], u f’dawn it-​tjieba għandha tgħammar.” (2 Pietru 3:13) Is-​“smewwiet ġodda” huma poteri spiritwali taʼ ħakma taʼ tjieba—Ġesù Kristu u l-​144,000 werrieta sħab fis-​Saltna tas-​sema. (Rumani 8:16, 17; Rivelazzjoni 14:1-5; 20:4-6) “Art ġdida” m’hijiex xi globu art ieħor. Minflok, hija soċjetà taʼ tjieba taʼ nies li jgħixu fuq l-​art.—Qabbel Salm 96:1.

Taħt il-​ħakma tas-​Saltna, l-​art se tiġi trasformata f’ġenna globali. (Luqa 23:43) Il-​paċi u l-​prosperità veri mbagħad se jitgawdew mill-​umanità ubbidjenti kollha. (Salm 72:1-15; Rivelazzjoni 21:1-5) Inti tistaʼ tkun fost dawk il-​folol henjin jekk int avukat leali tal-​ħakma Messjanika għal fuq sudditi ubbidjenti tal-​art. Avukati taʼ ħakma bħal din ħerqanin jitolbu għat-​taqdis tal-​isem taʼ Jehovah, għas-​Saltna tiegħu biex tiġi, u biex tintgħamel ir-​rieda tiegħu. It-​talb mill-​qalb tagħhom żgur li se jiġi mwieġeb.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja