LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w96 10/1 pp. 3-4
  • Ikollna Noħolmu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ikollna Noħolmu
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Id-​Dinja Tal-​Ħolm
  • Huwa l-Ħolm Messaġġ Mingħand Alla?
    Stenbaħ!—2001
  • Ħolm mingħand Alla
    Stenbaħ!—2014
  • Jistaʼ l-Ħolm Ibassar il-Futur?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • L-Irqad—Kemm hu Importanti?
    Stenbaħ!—2011
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
w96 10/1 pp. 3-4

Ikollna Noħolmu

IKOLLOK ħolm int? Tistaʼ faċilment tassumi li iva, ladarba lkoll kemm aħna noħolmu waqt li nkunu reqdin, saħansitra jekk ngħidu li ma noħolmux. Ġie stmat li iktar minn 95 fil-​mija tal-​ħolm kollu ma jiġix miftakar. Liema minnu tiftakar? Fil-​fatt, dak li normalment niftakru huwa dak li jkollna eżatt qabel ma nqumu.

Investigaturi tal-​ħolm sabu li l-​irqad huwa proċess progressiv li hu l-​iktar fil-​fond fl-​ewwel ftit sigħat u mbagħad jeħfief iktar tard. Il-​ħolm iseħħ speċjalment waqt perijodi taʼ movimenti mgħaġġlin taʼ l-​għajnejn (rapid eye movement), imsejħin irqad tip REM. Dan jalterna maʼ rqad tat-​tip li mhux REM. Kull ċiklu taʼ rqad REM/mhux REM idum madwar 90 minuta, u dawn iċ-​ċikli huma ripetuti ħames jew sitt darbiet matul il-​lejl, bl-​aħħar ċiklu li jseħħ eżatt qabel ma nqumu.

Huwa żball li taħseb li moħħok ikun f’livell baxx t’attività waqt l-​irqad. Instab li l-​moħħ hu iktar attiv fil-​ħolm milli f’ċerti waqtiet meta tkun imqajjem, bl-​eċċezzjoni taʼ ċerti newroni fil-​moħħ, li għandhom x’jaqsmu maʼ l-​attenzjoni u l-​memorja. Dawn jidhru li jistrieħu matul l-​irqad tip REM. Imma b’mod ġenerali ċ-​ċelloli tan-​nervituri tal-​moħħ għandhom komunikazzjoni interċellulari kontinwa.

Moħħna huwa parti komplessa b’mod taʼ l-​għaġeb minn ġisimna b’biljuni t’elementi li bejn wieħed u ieħor qegħdin jiġġeneraw sinjali minn mija sa mitejn jew tliet mitt darba kull sekonda. Hemm iktar elementi f’moħħ uman wieħed milli hawn nies fid-​dinja. Xi riċerkaturi jistmaw li fih minn 20 biljun sa iktar minn 50 biljun element. Il-​komplessità tiegħu tikkonferma dak li l-​kittieb bibliku David qal dwar il-​ġisem uman: “Inroddlok ħajr, għax tal-​għaġeb għamiltni: tal-​għaġeb huma l-​egħmejjel tiegħek.”—Salm 139:14.

Id-​Dinja Tal-​Ħolm

Waqt li nkunu mqajmin, il-​ħames sensi tagħna l-​ħin kollu jibagħtu informazzjoni u ‘stampi’ lill-​moħħ, imma waqt l-​irqad dan ma jsirx. Il-​moħħ jiġġenera l-​istampi minnu nnifsu mingħajr ebda messaġġi esterni mill-​ħames sensi tagħna. Għalhekk, dak li naraw fil-​ħolm u l-​azzjonijiet li nesperjenzaw fihom huma xi kultant bħal alluċinazzjonijiet. Dan jagħmilha possibbli li nagħmlu affarijiet li huma kontra l-​liġijiet tan-​natura, bħal per eżempju ntiru bħal Peter Pan jew naqgħu minn fuq xi rdum mingħajr ma nweġġgħu. Iż-​żmien jistaʼ jiġi mċajpar biex il-​passat jidher li huwa l-​preżent. Jew jekk qegħdin nipprovaw naħarbu niġru, donnu li m’għandniex kontroll fuq il-​movimenti tagħna​—saqajna ma jridux juru rispons. Impressjonijiet qawwijin u esperjenzi li jistaʼ jkollna waqt li nkunu mqajmin, sintendi, jeffettwaw lill-​ħolm tagħna. Ħafna li għaddew mill-​atroċitajiet tal-​biżaʼ tal-​gwerra mhux faċli jinsewhom, lanqas ma jistgħu xi wħud jinsew l-​emozzjoni taʼ meta ġew attakkati minn xi kriminal. Esperjenzi disturbanti bħal dawn waqt li aħna mqajmin jistgħu jfeġġu fil-​ħolm tagħna, u jġagħluna noħolmu ikrah. Affarijiet komuni li jkunu f’moħħna meta mmorru norqdu jistgħu jfeġġu fil-​ħolm tagħna.

Xi drabi meta nkunu qegħdin nipprovaw insolvu xi problema, is-​soluzzjoni tiġina waqt li nkunu reqdin. Dan jistaʼ juri li mhux l-​irqad kollu jikkonsisti f’ħolm. Parti minnu huwa ħsibijiet.

Ktieb dwar il-​ħolm u l-​moħħ tagħna jinnota: “L-​iktar forma komuni t’attività mentali fl-​irqad m’hijiex il-​ħolm imma l-​ħsibijiet. Il-​ħsibijiet waqt l-​irqad m’humiex akkumpanjati minn xi illużjonijiet tas-​sensi u m’humiex xi ħaġa taʼ barra minn hawn. Huma ħwejjeġ komuni, spiss jirrigwardjaw attivitajiet reali tal-​ħajja, tal-​ġurnata taʼ qabel jew taʼ wara, u ħafna drabi banali, bla gost, u ripetuti.”

Xi nies iħossu li s-​suġġetti tal-​ħolm tagħhom għandhom messaġġi speċjali għalihom. Sabiex jinterpretaw il-​ħolm, iżommu pitazz maġenb is-​sodda biex iniżżluhom fuqu meta jqumu. Rigward kemm huma taʼ użu kotba li jipprovaw jagħtu tifsir lil simboli tal-​ħolm, The Dream Game (Il-logħba Tal-​Ħolm), taʼ Ann Faraday, jgħid: “Kotba tal-​ħolm li fihom tfittex it-​tifsiriet tat-​temi tal-​ħolm u s-​simboli huma kollha bla użu, kemm jekk huma tradizzjonali jew ibbażati fuq xi teorija psikoloġika moderna.”

Ladarba jidher li l-​ħolm joriġina prinċipalment fil-​moħħ, m’huwiex raġonevoli li taħseb li għandu messaġġi speċjali għalina. Irridu nħarsu lejh bħala funzjoni normali tal-​moħħ li tgħin biex jinżamm f’kundizzjoni b’saħħitha.

Imma xi ngħidu dwar dawk li jgħidu li ħolmu dwar il-​mewt taʼ xi qarib jew ħabib u saru jafu li l-​għada dik il-​persuna mietet? Ma jindikax dak li l-​ħolm jistaʼ jbassar il-​futur? Fl-​artiklu li jmiss, se nikkunsidraw x’hemm wara l-​ħolm profetiku. (w96 10/1)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja