LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 8/15 p. 30
  • X’Tiftakar?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Tiftakar?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Materjal Simili
  • Il-Ħruq taʼ l-Inċens—Għandu Post fil-Qima Vera?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Ewsebju—“Il-Fundatur taʼ l-Istorja tal-Knisja”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 8/15 p. 30

X’Tiftakar?

Ħadt gost taqra l-​ħarġiet reċenti tat-​Torri taʼ l-​Għassa? Mela, ara jekk tistax twieġeb dawn il-​mistoqsijiet li ġejjin:

• Rut b’liema modi serviet t’eżempju mill-​aħjar?

Rut kienet eżemplari fl-​imħabba tagħha lejn Jehovah, fl-​imħabba leali tagħha lejn Nagħomi, u fil-​kwalitajiet taʼ bżulija u umiltà li wriet. Mhux taʼ b’xejn li n-​nies kienu jqisuha bħala “mara sewwa.” (Rut 3:11)​—4/15, paġni 23-6.

• Kif nafu li Jehovah jimpurtah min-​nies komuni?

Hu qal lill-​Iżraelin, li kienu ġew trattati b’kefrija kbira fl-​Eġittu, biex ma jaħqrux lin-​nies komuni. (Eżodu 22:​21-​24) Ġesù, li imita lil Missieru, wera interess ġenwin fin-​nies komuni, u għażel bħala appostli rġiel li kienu “sempliċi u bla tagħlim.” (Atti 4:​13; Mattew 9:​36) Aħna nistgħu nimitaw lil Alla billi nuru interess f’oħrajn, bħal ngħidu aħna, fiż-​żgħażagħ.​—4/15, paġni 28-​31.

• Liema raġuni għandna biex nemmnu li Jehovah jinnota dak li nagħmlu?

Rakkonti Bibliċi juru li Jehovah jinnota dak li jwettqu l-​bnedmin. Hu nnota s-​sagrifiċċju li offra Abel, u jinnota s-​‘sagrifiċċji taʼ tifħir, jiġifieri l-​kelma taʼ xofftejna.’ (Lhud 13:15) Jehovah kien konxju li Ħenok kien jagħmel ħiltu kollha biex jogħġbu billi għex ħajja moralment nadifa. U Alla osserva kif armla minn Sarefta, li ma kinitx Iżraelija, tat mill-​ftit li kellha lill-​profeta Elija. Jehovah jinnota wkoll l-​atti taʼ fidi tagħna.​—5/1, paġni 28-​31.

• Għala jistaʼ jingħad li minn Pentekoste tas-​sena 33 E.K., il-​Lhud li saru Kristjani kellhom jagħmlu dedikazzjoni persunali lil Alla?

Fis-​sena 1513 Q.E.K., l-​Iżraelin tal-​qedem daħlu f’relazzjoni dedikata maʼ Jehovah. (Eżodu 19:​3-8) Wara dan, il-​Lhud kienu jitwieldu f’dak il-​ġens dedikat taħt il-​patt tal-​Liġi. Imma Jehovah neħħa l-​patt tal-​Liġi permezz tal-​mewt taʼ Ġesù fis-​sena 33 E.K. (Kolossin 2:​14) Minn dakinhar ’il quddiem, il-​Lhud li riedu jaqdu lil Alla b’mod aċċettabbli kien jeħtieġ li jiddedikaw ruħhom lilu u jitgħammdu f’isem Ġesù Kristu.​—5/15, paġni 30-1.

• Il-​ħruq taʼ l-​inċens għandu post fil-​qima vera llum?

L-​użu taʼ l-​inċens kien parti mill-​qima vera f’Iżrael tal-​qedem. (Eżodu 30:​37, 38; Levitiku 16:​12, 13) Imma l-​patt tal-​Liġi, inkluż l-​użu taʼ l-​inċens, spiċċa mal-​mewt taʼ Kristu. Il-​Kristjani jistgħu jiddeċiedu għalihom infushom jekk jużawx l-​inċens għal skopijiet mhux reliġjużi, però dan m’huwiex parti mill-​qima vera llum. Għandhom jiġu kunsidrati wkoll is-​sentimenti t’oħrajn sabiex ħadd ma jiġi mfixkel.​—6/1, paġni 28-​30.

• Liema aħbar reċenti qanqlet lil ħafna nies biex jaħsbu iktar dwar il-​fatt li Ġesù verament għex fuq l-​art?

Ngħatat ħafna pubbliċità lil kaxxa, ossarju, li nstabet f’Iżrael. Din milli jidher tmur lura sa l-​ewwel seklu, u fuqha hemm imnaqqxa iskrizzjoni bl-​Aramajk li tgħid “Ġakbu, bin Ġużeppi, ħu Ġesù.” Xi wħud iqisuha bħala “l-​eqdem evidenza arkeoloġika, minbarra l-​Bibbja” dwar l-​eżistenza taʼ Ġesù.​—6/15, paġni 3-4.

• Bniedem kif jitgħallem iħobb?

Il-​bnedmin jitgħallmu jħobbu l-​ewwel mill-​eżempju u t-​taħriġ tal-​ġenituri tagħhom. Meta raġel u mara juru l-​imħabba u r-​rispett lejn xulxin, it-​tfal jistgħu jitgħallmu jħobbu. (Efesin 5: ​28; Titu 2:4) Anki min trabba f’ambjent nieqes mill-​imħabba jistaʼ jitgħallem iħobb billi jaċċetta l-​gwida bħal dik taʼ missier li jagħti Jehovah, jikseb l-​għajnuna taʼ l-​ispirtu qaddis, u jibbenefika mill-​appoġġ kollu mħabba tal-​fratellanza Kristjana.​—7/1, paġni 4-7.

• Min kien Ewsebju, u x’lezzjoni nistgħu nitgħallmu minn ħajtu?

Ewsebju kien kittieb taʼ l-​istorja taʼ żmien il-​qedem li, fis-​sena 324 E.K., lesta x-​xogħol tiegħu t’għaxar volumi intitolat History of the Christian Church. Għalkemm Ewsebju kien jemmen li l-​Missier eżista qabel l-​Iben, hu aċċetta ħarsa differenti fil-​konċilju taʼ Niċea. Hu mid-​dehra injora l-​ħtieġa li Ġesù kien ta lis-​segwaċi Tiegħu biex ‘ma jkunux tad-​dinja.’ (Ġwanni 17:16)​—7/15, paġni 29-​31.

• Biddilha Jehovah l-​ħarsa tiegħu tal-​poligamija?

Le, Jehovah ma biddilx il-​ħarsa tiegħu tal-​poligamija. (Malakija 3:6) L-​arranġament t’Alla għall-​ewwel bniedem kien li “jingħaqad maʼ martu” u jsir ġisem wieħed magħha. (Ġenesi 2:​24) Ġesù qal li min jiddivorzja, ħlief fil-​każ taʼ żína, u jerġaʼ jiżżewweġ, ikun qed jikkommetti adulterju. (Mattew 19:​4-6, 9) Hekk kif ġiet stabbilita l-​kongregazzjoni Kristjana, Jehovah ma baqax jittolleraha iktar il-​poligamija.​—8/1, paġna 28.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja