LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 4/1 p. 3
  • It- Tfittxija għal Tweġibiet Tajbin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It- Tfittxija għal Tweġibiet Tajbin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Materjal Simili
  • Il-Messaġġi taʼ Ġeħova għall-Imgħoddi u għal-Lum
    Għix bil-Jum taʼ Ġeħova f’Moħħok
  • Tweġibiet Prattiċi!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Tagħlim Veru li Jogħġob lil Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Il-​Kontenut tal-​Ktieb
    Ktieb Għan-Nies Kollha
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 4/1 p. 3

It-​ Tfittxija għal Tweġibiet Tajbin

Kif nistaʼ nieħu ħsieb saħħti?

X’nistaʼ nagħmel biex ikolli ħajja tal-​familja iktar hienja?

X’nistaʼ nagħmel biex ikun hemm inqas ċans li nitlef ix-​xogħol?

QATT staqsejt xi waħda minn dawn il-​mistoqsijiet? Sibt tweġibiet prattiċi li kienu tassew effettivi? Kull sena, jiġu pubblikati madwar 2,000 ktieb differenti li jagħtu l-​pariri dwar dawn is-​suġġetti u suġġetti importanti oħrajn. Fil-​Britannja biss, il-​qarrejja jonfqu sa 80 miljun lira Ingliża (madwar Lm50 miljun) fis-​sena fuq kotba li joffru pariri dwar kif wieħed jistaʼ jkampa maʼ l-​isfidi tal-​ħajja. Fl-​Istati Uniti, il-​bejgħ taʼ kotba li juruk kif tgħin lilek innifsek iġib qligħ taʼ xi Lm240 miljun fis-​sena. Żgur li m’intix waħdek meta tiġi biex tfittex pariri tajbin dwar kif tkampa mal-​ħajja taʼ kuljum.

Dwar il-​pariri misjubin f’dan l-​ammont kbir taʼ pubblikazzjonijiet, awtur wieħed qal: “Ħafna kotba ġodda sempliċement jirripetu dak li diġà nkiteb.” Tabilħaqq, ħafna mill-​pariri misjubin f’dawn il-​kotba sempliċement jirriflettu l-​għerf li nkiteb f’wieħed mill-​eqdem kotba li jeżistu fid-​dinja. Dan il-​ktieb żgur li hu wieħed mill-​iktar pubblikazzjonijiet imqassmin fid-​dinja. Ġie tradott kollu jew parti minnu f’xi 2,400 lingwa. Bħala total, madwar id-​dinja ġew stampati iktar minn 4.6 biljun kopja. Dan il-​ktieb hu l-​Bibbja.

Il-Bibbja tgħid ċar u tond: “L-​Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla u tiswa biex tgħallem, twiddeb, tikkoreġi, tiddixxiplina fis-​sewwa.” (2 Timotju 3:​16) Huwa minnu li l-​Bibbja ma nkitbitx bħala wieħed minn dawn il-​kotba li juruk kif tgħin lilek innifsek. L-​iskop primarju tagħha hu li turi x’inhi r-​rieda t’Alla għall-​bnedmin. Minkejja dan, il-​Bibbja fiha ħafna informazzjoni dwar kif inkampaw mal-​problemi li huma komuni għalina lkoll, u twiegħed li dawk li jsegwu d-​direzzjoni tagħha jitgħallmu kif jibbenefikaw minnha. (Isaija 48:​17, 18) Meta jiġu applikati, il-​pariri prattiċi tagħha huma dejjem effettivi, minkejja l-​isfond etniku, kulturali, jew l-​edukazzjoni taʼ l-​individwu. Għala ma tikkunsidrax l-​artiklu li jmiss u mbagħad tiddeċiedi għalik innifsek jekk huwiex prattiku dak li tgħid il-​Bibbja dwar suġġetti bħas-​saħħa, il-​familja, u x-​xogħol?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja