LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 1/15 p. 32
  • Kampanja Pjanata Sew Ikollha Riżultati Tajbin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kampanja Pjanata Sew Ikollha Riżultati Tajbin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “KIENET QED TISTENNA LIL XI ĦADD IKBAR”
  • Kif Tistaʼ Tkun Ċert li Alla Jismaʼ t-Talb Tiegħek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
  • Offrew Lilhom Infushom minn Rajhom—Fin-Norveġja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Magħmulin Żgħar imma Qalbhom Kbira
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • It-Tqassim tal-Inviti għat-Tifkira Jibda fit-2 t’April
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 1/15 p. 32

Kampanja Pjanata Sew Ikollha Riżultati Tajbin

María Isabel hi pubblikatriċi żagħżugħa żeluża fil-​belt taʼ San Bernardo fiċ-​Ċilì, pajjiż fl-​Amerika t’Isfel. Hi u familtha huma membri tan-​nies indiġeni msejħin Mapuche. B’entużjażmu, il-​familja kollha kienet qed tappoġġa l-​isforzi biex tiġi fformata kongregazzjoni ġdida bil-​lingwa tal-​Mapuche, li tissejjaħ ukoll Mapudungun.

Meta tħabbar li t-​Tifkira tal-​mewt taʼ Kristu kienet se ssir ukoll bil-​Mapudungun u li 2,000 invit għat-​Tifkira b’dik il-​lingwa kienu disponibbli biex jitqassmu, dan ġiegħel lil María Isabel taħseb. X’setgħet tagħmel biex tgħin? Hi ftakret f’esperjenzi taʼ Xhieda żgħażagħ oħra li kellhom riżultati tajbin meta ppritkaw lil sħabhom tal-​klassi u l-​għalliema. Hi tkellmet mal-​ġenituri tagħha dwar dan, u flimkien iddeċidew li María Isabel kienet se tipprova taħseb dwar pjan biex tqassam l-​inviti fl-​iskola. Liema pjan ħarġet bih?

L-​ewwel, María Isabel talbet lill-​kapijiet tal-​iskola għal permess biex twaħħal invit fid-​daħla tal-​iskola. Huma tawha l-​permess u faħħruha għall-​inizjattiva li ħadet. Darba minnhom waqt ir-​rassenja taʼ filgħodu, il-​kap prinċipali tal-​iskola saħansitra għamel avviż bil-​lawdspiker dwar l-​invit.

Imbagħad, María Isabel talbet biex iżżur il-​klassijiet kollha. Wara li ġabet il-​permess mill-​għalliema, hi staqsiet lil kull klassi taʼ studenti jekk hemmx xi ħadd mill-​komunità tal-​Mapuche. “Ħsibt li mill-​iskola kollha forsi kien hemm xi 10 jew 15-​il student minn familji tal-​Mapuche,” tgħid hi, “imma kien hemm ħafna iktar—spiċċajt qassamt 150 invit!”

“KIENET QED TISTENNA LIL XI ĦADD IKBAR”

Mara li rat l-​invit imwaħħal fl-​entratura tal-​iskola staqsiet lil min għandha tkellem rigward l-​avveniment. Immaġina x’sorpriża ħadet meta ttieħdet għand tifla t’għaxar snin! “Kienet qed tistenna lil xi ħadd ikbar,” tgħid María Isabel bi tbissima. Wara li tatha invit u spjegazzjoni fil-​qosor, María Isabel talbet l-​indirizz tal-​mara ħalli hi u l-​ġenituri tagħha jkunu jistgħu jżuruha biex jgħidulha iktar dwar is-​Saltna t’Alla. Kemm kienu ferħanin l-​20 pubblikatur li jaqdu fit-​territorju tal-​lingwa Mapudungun meta fit-​Tifkira raw lil din il-​mara flimkien maʼ 26 persuna min-​nies tal-​Mapuche li wrew interess. Issa dan il-​grupp sar kongregazzjoni li qed tagħmel progress ġmielu!

Hi x’inhi l-​età tiegħek, tistaʼ int tieħu inizjattiva bħal din billi tistieden lil studenti sħabek jew kollegi għat-​Tifkira, għal taħdita pubblika, jew konvenzjoni distrettwali? Għala ma tagħmilx riċerka fil-​pubblikazzjonijiet tagħna biex issib esperjenzi li jistgħu jagħtuk ideat dwar kif jistaʼ jkollok suċċess fi proġett bħal dan? Barra minn hekk, itlob għall-​ispirtu taʼ Ġeħova ħalli tagħmel kuraġġ biex titkellem dwaru. (Lq. 11:13) Jekk tagħmel hekk, grazzi għall-​isforzi pjanati sew tiegħek, int ukoll jistaʼ jkollok riżultati aħjar milli stennejt u tkun inkuraġġit ferm bihom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja