LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 9/1 pp. 8-9
  • Foqra Materjalment Imma Għonja Spiritwalment

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Foqra Materjalment Imma Għonja Spiritwalment
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • BIDLIET DRAMMATIĊI F’ĦAJJITNA
  • SFIDI ĠODDA X’NIFFAĊĊJAW
  • ŻVILUPPI EĊĊITANTI
  • IT-​TALB TAGĦNA MISMUGĦ
  • GĦADNA GĦONJA SPIRITWALMENT
  • Konvenzjonijiet Distrettwali U Internazzjonali “Il-Mod taʼ Ħajja t’Alla” għall-1998
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Ir-Russi Jgħożżu l-Libertà tal-Qima
    Stenbaħ!—2000
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 9/1 pp. 8-9

BIJOGRAFIJA

Foqra Materjalment Imma Għonja Spiritwalment

Kif Rakkontata Minn Alexander Ursu

Nannuwi u missieri kienu jgħixu f’dar li ma kinitx lesta minn kollox f’Cotiujeni, raħal fil-​kampanja fit-​Tramuntana taʼ dik li llum hija l-​Moldova. Jien twelidt hemm f’Diċembru tal-​1939. Fil-​bidu tas-​snin 30, huma kienu saru Xhieda taʼ Ġeħova. Ommi wkoll saret Xhud wara li rrealizzat li n-​nannu kien jaf il-​Bibbja iktar mill-​qassis tar-​raħal.

Meta kelli tliet snin, missieri, zijuwi, u nannuwi ġew deportati lejn kampijiet taʼ xogħol iebes minħabba li żammew in-​newtralità Kristjana. Missieri biss baqaʼ ħaj. Fl-​1947, wara t-​Tieni Gwerra Dinjija, hu reġaʼ lura d-​dar bi ksur f’dahru. Għalkemm fiżikament kien f’qagħda mwiegħra, hu kien għadu sod fil-​fidi.

BIDLIET DRAMMATIĊI F’ĦAJJITNA

Meta kelli disaʼ snin, il-​familja tagħna u mijiet taʼ Xhieda oħra fil-​Moldova ġew eżiljati lejn is-​Siberja. Fis-​6 taʼ Lulju, 1949, għabbewna f’vaguni tal-​bhejjem. Wara 12-​il ġurnata u iktar minn 6,400 kilometru taʼ vvjaġġar kontinwu, waqafna fl-​istazzjon tal-​ferrovija taʼ Lebyazhe. L-​awtoritajiet lokali kienu qed jistennewna. Ġejna mqassmin fi gruppi żgħar u mill-​ewwel ġejna mferrxin maʼ dawk l-​inħawi. Skola żgħira vojta saret id-​dar għall-​grupp tagħna. Konna għajjenin mejta u qalbna sewda. Mara anzjana li kienet magħna iħħammjat għanja li kitbuha xi Xhieda matul it-​Tieni Gwerra Dinjija. Fi ftit ħin, kollha kemm aħna ngħaqadna magħha nkantaw mill-​qalb il-​kliem:

“Tant aħwa ġew eżiljati ’l bogħod.

Ħaduhom lejn it-​Tramuntana u l-​Lvant.

Talli għamlu x-​xogħol t’Alla, is-​sentenza kienet t’għawġ, u raw il-​mewt bil-​provi li ssaportew.”

Maż-​żmien, stajna nattendu l-​laqgħat tal-​Bibbja kull nhar taʼ Ħadd f’post xi 13-​il kilometru ’l bogħod mid-​dar tagħna. Spiss konna nitilqu kmieni fid-​dlam taʼ filgħodu u nimxu f’borra m’għola l-​qadd meta t-​temperaturi kienu 40 grad taħt iż-​żero. Ħamsin jew iktar minna konna nkunu marsusin f’kamra taʼ 19-​il metru kwadru. Konna nibdew billi nkantaw għanja jew tnejn u ġieli anki tlieta. Kienet tintqal talba sinċiera mill-​qalb, u kienu jiġu diskussi mistoqsijiet dwar il-​Bibbja. Dan kien ikompli għal xi siegħa. Konna nkantaw iktar għanjiet, u jiġu diskussi iktar mistoqsijiet dwar il-​Bibbja. Kemm kien żmien taʼ inkuraġġiment spiritwali!

SFIDI ĠODDA X’NIFFAĊĊJAW

Fl-​istazzjon tal-​ferrovija fi Dzhankoy, madwar l-​1974

Sal-​1960, ix-​Xhieda eżiljati ngħataw iktar libertà. Għalkemm konna foqra, jien stajt inżur il-​Moldova, fejn iltqajt maʼ Nina, li l-​ġenituri u n-​nanniet tagħha kienu wkoll Xhieda. F’qasir żmien iżżewwiġna u morna lura s-​Siberja, fejn fl-​1964 kellna tifla, Dina, u fl-​1966 kellna tifel, Viktor. Sentejn wara, morna l-​Ukraina u konna noqogħdu f’dar żgħira f’Dzhankoy, belt xi 160 kilometru minn Yalta, fil-​peniżola tal-​Krimea.

Fil-​Krimea, l-​attivitajiet tax-​Xhieda taʼ Ġeħova kienu pprojbiti, bħalma kienu għadhom fil-​bqija tal-​Unjoni Sovjetika. Imma x-​xogħol tagħna ma kienx ristrett għalkollox u lanqas ma kellna xi persekuzzjoni kbira. Minħabba f’hekk, xi Xhieda bdew jitilfu ż-​żelu li kellhom għall-​verità. Huma rraġunaw li ladarba kienu tant batew fis-​Siberja, kien xieraq li issa jaħdmu iebes biex jiksbu xi kumditajiet.

ŻVILUPPI EĊĊITANTI

Fis-​27 taʼ Marzu tal-​1991, l-​attività tagħna f’dik li kienet magħrufa bħala l-​Unjoni Sovjetika ġiet rikonoxxuta legalment. Minnufih, saru pjanijiet biex jinżammu sebaʼ konvenzjonijiet speċjali taʼ jumejn madwar il-​pajjiż kollu. Aħna kellna nattendu dik li kienet se ssir f’Odessa, l-​Ukraina, li kellha tibda fl-​24 t’Awwissu. Jien wasalt xahar qabel biex nagħti daqqa t’id biex jiġi ppreparat il-​grawnd il-​kbir tal-​futbol għall-​konvenzjoni.

Konna naħdmu sigħat twal, u spiss bil-​lejl konna norqdu fuq il-​bankijiet. Timijiet taʼ Xhieda nisa naddfu l-​ġnien madwar il-​grawnd u nġabru mas-​70 tunnellata skart. Dawk inkarigati mill-​akkomodazzjoni ħartu l-​belt biex isibu fejn joqogħdu l-​15,000 delegat li kienu mistennijin jattendu. Imbagħad, ħabta u sabta, aħbar xokkanti!

Fid-​19 t’Awwissu—ħamest ijiem biss qabel ma kellha tibda l-​konvenzjoni tagħna—Mikhail Gorbachev, li dak iż-​żmien kien il-​president tal-​Unjoni Sovjetika, ġie arrestat meta kien qiegħed fuq btala qrib Yalta. L-​approvazzjoni għall-​konvenzjoni tagħna ġiet ikkanċellata. Id-​delegati bdew iċemplu l-​uffiċċju tal-​konvenzjoni u jistaqsu, “X’għandna nagħmlu peress li bbukkjajna l-​kowċ u l-​ferrovija?” Wara talb bil-​ħrara, dawk li kienu responsabbli biex jorganizzaw il-​konvenzjoni qalulhom, “Ejjew xorta waħda!”

Il-​preparazzjoni u t-​talb komplew. Dawk inkarigati mit-​trasport bdew jiltaqgħu mad-​delegati li bdew jaslu minn ħafna partijiet tal-​Unjoni Sovjetika u jiħduhom fejn kienu se joqogħdu. Kull filgħodu, membri tal-​Kumitat tal-​Konvenzjoni kienu jitilqu mill-​uffiċċju tagħhom biex jiltaqgħu mal-​uffiċjali tal-​belt. Kull filgħaxija kienu jirritornaw mingħajr aħbar pożittiva.

IT-​TALB TAGĦNA MISMUGĦ

Il-​Ħamis, 22 t’Awwissu—ġurnata waħda qabel ma kellha tibda l-​konvenzjoni—membri tal-​Kumitat tal-​Konvenzjoni rritornaw b’aħbar tajba: Il-​konvenzjoni ġiet approvata! X’ferħ kbir ħassejna waqt li kantajna l-​għanja u ngħaqadna fit-​talba tal-​ftuħ. Is-​Sibt, wara s-​sessjoni tal-​għeluq, bqajna hemm sa tard filgħaxija, nitkellmu u nġeddu l-​ħbiberiji. Dawn il-​Kristjani kellhom fidi tant qawwija li żammew sodi fl-​iktar provi ħorox.

Konvenzjoni f’Odessa, fl-​1991

Matul it-​22 sena taʼ wara din il-​konvenzjoni, sar progress spiritwali liema bħalu. Inbnew Swali tas-​Saltna madwar l-​Ukraina kollha, u n-​numru taʼ pubblikaturi tas-​Saltna żdied minn 25,000 fl-​1991 għal 150,000 issa!

GĦADNA GĦONJA SPIRITWALMENT

Il-​familja tagħna għada tgħix fl-​istess dar fi Dzhankoy, li issa hi belt taʼ xi 40,000 ruħ. Għalkemm konna biss ftit familji taʼ Xhieda hawnhekk meta wasalna mis-​Siberja fl-​1968, issa hawn sitt kongregazzjonijiet fi Dzhankoy.

Anki l-​familja tiegħi kibret fin-​numru. Issa b’kollox qegħdin erbaʼ ġenerazzjonijiet naqdu lil Ġeħova—jien u marti, it-​tfal tagħna, it-​tfal tagħhom, u t-​tfal tat-​tfal.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja