LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/96 p. 1
  • Kun Taʼ Eżempju Fil-Kliem u Fil-Kondotta

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kun Taʼ Eżempju Fil-Kliem u Fil-Kondotta
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Materjal Simili
  • Il-Manjieri Tajbin—Karatteristika tan-Nies Devoti Lejn Alla
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Nuru Manjieri Tajbin Bħala Ministri t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Il-manjieri tajbin—Huma verament importanti?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Għallem lil Uliedek Juru Rispett
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 9/96 p. 1

Kun Taʼ Eżempju Fil-​Kliem u Fil-​Kondotta

1 L-​appostlu Pawlu ħeġġeġ lil Timotju biex ikun taʼ eżempju fil-​kliem u fil-​kondotta. (1 Tim. 4:​12) Aħna wkoll għandu jkollna diskors u kondotta eżemplari, speċjalment meta nieħdu sehem fil-​ministeru, għax li nagħmlu hekk jistaʼ jiddetermina jekk nilħqux il-​qalb taʼ dawk li niltaqgħu magħhom jew le.

2 Jeħtieġ li nuru l-​aspetti kollha tal-​manjieri tajbin, inklużi l-​kortesija, il-​konsiderazzjoni, il-​qalb tajba, l-​edukazzjoni, u t-​tattika. Billi nirriflettu dawn il-​kwalitajiet, nuru li aħna konxji taʼ kif l-​azzjonijiet tagħna jeffettwaw is-​sentimenti t’oħrajn. Il-​manjieri tajbin fil-​ministeru jistgħu jiġu mxebbhin mal-​ħwawar, li jintużaw biex itejbu t-​togħma taʼ l-​ikel. Mingħajrhom, ikel bnin jistaʼ jsir bla togħma u bla gost. Li nonqsu li nuru manjieri tajbin meta nittrattaw m’oħrajn jistaʼ jkollu effett simili.​—Kol. 4:6.

3 Kun Taʼ Eżempju Fil-​Kliem: Tbissima dħulija u tislima mill-​qalb huma elementi vitali fil-​preżentazzjoni tagħna taʼ l-​aħbar tajba. Meta nħawru l-​introduzzjoni tagħna bis-​sinċerità u bil-​kordjalità, nuru lill-​inkwilin li aħna ġenwinament interessati fih. Meta jitkellem, agħti widen bir-​reqqa u uri rispett xieraq għall-​opinjoni tiegħu. Meta titkellem int, agħmel hekk bit-​tattika u bil-​ħlewwa.​—Qabbel Atti 6:8.

4 Xi kultant niltaqgħu maʼ xi ħadd li jistaʼ ma jkunx dħuli, saħansitra ostili. Kif għandna nirreaġixxu? Pietru ħeġġiġna biex nitkellmu b’mod li nuru ‘ħlewwa u rispett profond.’ (1 Piet. 3:15; Rum. 12:​17, 18) Ġesù qal li jekk inkwilin jiċħad bir-​rabja l-​messaġġ tas-​Saltna, għandna sempliċement ‘infarfru t-​trab minn maʼ saqajna.’ (Matt. 10:14) Jekk aħna nuru manjieri eżemplari taħt ċirkostanzi bħal dawn, dan jistaʼ eventwalment irattab il-​qalb taʼ dak li jopponi.

5 Kun Taʼ Eżempju Fil-​Kondotta: Waqt li nkunu qegħdin nippridkaw l-​aħbar tajba f’toroq mimlijin nies u f’postijiet pubbliċi, jeħtieġ li nkunu konsiderevoli, ma ngħajtux jew niffittaw, u m’għandniex nimblokkaw lin-​nies li jkunu għaddejjin. Meta nkunu fid-​djar taʼ wħud li juru interess, irridu nġibu ruħna sew u naġixxu taʼ mistednin grati, billi nuru apprezzament għall-​ospitalità tagħhom. It-​tfal li jkunu magħna jridu juru rispett lejn l-​inkwilin u lejn il-​propjetà tiegħu u għandhom iġibu ruħhom sew u joqogħdu attenti meta nkunu qegħdin nitkellmu. Jekk it-​tfal ma joqogħdux kwieti, dan se jħalli impressjoni ħażina.​—Prov. 29:15.

6 Id-​dehra persunali tagħna għandha tagħmilha ovvja lil oħrajn li aħna ministri tal-​Kelma t’Alla. Fl-​ilbies u l-​maxta tagħna, m’għandna nkunu la traskurati u mħabblin u lanqas bit-​tlellix u lussu żejjed. Id-​dehra tagħna għandha dejjem tkun denja taʼ l-​aħbar tajba. (Qabbel Filippin 1:27.) Billi nagħtu attenzjoni bir-​reqqa lejn id-​dehra u t-​tagħmir tagħna, ma nkunux il-​kawża taʼ li nfixklu lil oħrajn jew li nġagħluhom isibu xi difett fil-​ministeru tagħna. (2 Kor. 6:​3, 4) Kliemna u l-​kondotta eżemplari tagħna jżidu kwalità li togħġob lill-​messaġġ tas-​Saltna, u b’hekk iġibu unur lil Jehovah.​—1 Piet. 2:​12.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja