LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/96 p. 2
  • Laqgħat tas-Servizz għal Settembru

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Laqgħat tas-Servizz għal Settembru
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Sottitli
  • Ġimgħa Li Tibda 2 Taʼ Settembru
  • Ġimgħa Li Tibda 9 Taʼ Settembru
  • Ġimgħa Li Tibda 16 Taʼ Settembru
  • Ġimgħa Li Tibda 23 Taʼ Settembru
  • Ġimgħa Li Tibda 30 Taʼ Settembru
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 9/96 p. 2

Laqgħat tas-​Servizz għal Settembru

Ġimgħa Li Tibda 2 Taʼ Settembru

Għanja 98

12 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru Tas-​Saltna. Ħeġġeġ lil kulħadd, u speċjalment lil dawk li jikkonduċu l-​Istudju Tal-​Ktieb Fil-​Kongregazzjoni, biex jirrevedu l-​artiklu taʼ l-​Our Kingdom Ministry taʼ Settembru taʼ l-​1992 bl-​isem “Studying The Greatest Man Who Ever Lived.” Enfasizza l-​punti prinċipali taʼ l-​artiklu.

15 min: “Imxi Bil-​Fidi.” Mistoqsijiet u tweġibiet.

18 min: “Nippreżentaw L-​Aħbar Tajba B’Attitudni Pożittiva.” Agħmel xi rimarki tal-​ftuħ ibbażati fuq paragrafu 1. Spjega li bħala offerta alternattiva għall-​ktieb Creation, jistaʼ jintuża l-​ktieb Tgħix Għal Dejjem. Wara dan għaddi paragrafi 2-5 biss taʼ l-​artiklu. Uri preżentazzjonijiet imħejjijin sew li juru kif għandna noffru l-​ktieb Crea­tion, kif nagħmlu żjara lura, u kif nibdew studju fil-​ktieb Għarfien. Erġaʼ fakkar dwar li nsemmu l-​arranġament tad-​donazzjoni kull meta jqum is-​suġġett tal-​ħlas.

Għanja 48 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 9 Taʼ Settembru

Għanja 18

12 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet. Iddiskuti “Xandar Is-​Saltna.”

18 min: Irrevedi r-​Rapport għas-​Sena taʼ Servizz taʼ l-​1996 tal-​Kongregazzjoni. Taħdita li tibni u bl-​entużjażmu mill-​indokratur tas-​servizz. (Ara l-​ktieb Our Ministry, paġni 100-2.) Semmi fejn il-​kongregazzjoni marret tajjeb, u agħti prosit. Uri kif l-​attività tal-​pijunieri regulari u awżiljarji għenet ħafna biex javanza x-​xogħol lokalment. Semmi l-​figuri għall-​attendenza tal-​laqgħat, fil-​waqt li tenfasizza l-​importanza taʼ l-​attendenza regulari. Semmi xi miri prattiċi li l-​kongregazzjoni tistaʼ tipprova tikseb is-​sena d-​dieħla.

15 min: “Nippreżentaw L-​Aħbar Tajba B’Attitudni Pożittiva.” Irrevedi paragrafi 6-8 biss, u agħmel turijiet tal-​preżentazzjonijiet minn ħanut għall-​ieħor kemm għall-​ewwel żjara u kemm għaż-​żjara lura. (Ara xi suġġerimenti oħrajn fl-​Our Kingdom Ministry taʼ Settembru taʼ l-​1989, paġna 4.) Ħeġġeġ lil kulħadd biex jagħmel iż-​żjajjar lura tiegħu fil-​pront.

Għanja 123 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 16 Taʼ Settembru

Għanja 10

15 min: Avviżi lokali. Semmi r-​riżultati mill-​aqwa taʼ l-​użu tal-​video Jehovah’s Witnesses​—The Organization Behind the Name biex nidderieġu wħud li juru interess lejn l-​organizzazzjoni. Irrakkonta fil-​qosor waħda jew żewġ esperjenzi mill-​Watchtower taʼ l-​1 t’Ottubru, 1992, paġni 30-1.

15 min: “Kun Taʼ Eżempju Fil-​Kliem u Fil-​Kondotta.” Mistoqsijiet u tweġibiet.

15 min: Kondotta Kristjana Fl-​Iskola. Missier jitkellem maʼ ibnu jew bintu biex juri ċar x’nases serji hemm fl-​ambjent taʼ l-​iskola; jenfasizza l-​bżonn li joqgħod għassa għas-​sħubija u jevita attivitajiet dubjużi. Hu jgħaddi l-​kaxxa f’paġna 24 tal-​brochure Education u jispjega dwar il-​bżonn li jħalli eżempju tajjeb bħala Xhud. Il-​missier isemmi xi tentazzjonijiet li jqumu li jinvolvu l-​użu tad-​drogi, il-​ħruġ mas-​sess oppost, l-​attendenza f’laqgħat soċjali, jew il-​parteċipazzjoni fl-​isports; huma jiddiskutu kif jiġu evitati l-​problemi. Il-​missier iħeġġeġ liż-​żagħżugħ jew żagħżugħa biex ma jittardjawx f’li jiftħu qalbhom miegħu meta jkollhom xi diffikultajiet​—hu jixtieq ikun jaf u jixtieq jgħin.

Għanja 32 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 23 Taʼ Settembru

Għanja 21

10 min: Avviżi lokali. Offri xi suġġerimenti dwar kif insemmu l-​arranġament tad-​donazzjoni f’li noffru l-​letteratura kull meta l-​inkwilin jistaqsi dwar il-​ħlas, inklużi dawn li ġejjin: “Il-​letteratura tagħna hija offruta mingħajr ħlas, imma naċċettaw donazzjonijiet żgħar biex jappoġġjaw ix-​xogħol tagħna madwar id-​dinja.” “Ħafna staqsew kif nistgħu nqassmu l-​letteratura mingħajr ma nitolbu ħlas tagħha; aħna ferħanin li ħafna nies li japprezzaw il-​valur tagħha joffru xi donazzjonijiet żgħar għax-​xogħol tagħna madwar id-​dinja.” “Ix-​xogħol tagħna huwa appoġġjat minn donazzjonijiet volontarji. Ħafna nies li jieħdu gost jaqraw il-​letteratura tagħna jagħmlu xi donazzjoni żgħira biex jappoġġjaw dan ix-​xogħol t’edukazzjoni mill-​Bibbja.” (Ara l-​Our Kingdom Min­istry taʼ Diċembru taʼ l-​1993, paġna 7.) Spjega għala huwa importanti li nagħtu lil uħud li juru interess opportunità biex jgħinu ħalli jappoġġjaw ix-​xogħol vitali tagħna.

15 min: Bżonnijiet lokali. Jew taħdita bbażata fuq “Fittxu Lil Hinn Mill-​Affarijiet Li Taraw!” fit-​Torri Taʼ L-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Marzu, 1996, paġni 19-21 [w96 2/15 p. 27-9].

20 min: “Xandar L-​Aħbar Tajba Kullimkien.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Għaddi paragrafi 1-​15 biss. Aqra paragrafi 3 u 5. Inkludi xi esperjenzi lokali taʼ dawk li kellhom suċċess fl-​għoti taʼ xiehda fit-​triq jew fuq tal-​linja.

Għanja 215 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 30 Taʼ Settembru

Għanja 171

12 min: Avviżi lokali. Iddiskuti l-​Kaxxa Għall-​Mistoqsija.

20 min: “Xandar L-​Aħbar Tajba Kullimkien.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Għaddi paragrafi 16-​34. Uri kif is-​suġġerimenti jistgħu jiġu applikati lokalment. Agħmel turijiet tal-​paragrafi 23-5. Aqra paragrafi 33-4.

13 min: Irrevedi l-​Offerta tal-​Letteratura għal Ottubru. Se nkunu noffru r-​rivisti taʼ It-​Torri Taʼ L-​Għassa bil-​Malti u bl-​Ingliż u l-​Awake! Iddiskuti diversi punti, bħalma huma: (1) L-​iskop għala jiġu ppubblikati r-​rivisti, kif spjegat fil-​paġni tal-​bidu. (2) Huma ppubblikati f’ħafna lingwi, u b’hekk jagħmlu lill-​għarfien Bibliku disponibbli mad-​dinja kollha. (3) It-​Torri Taʼ L-​Għassa huwa ddisinjat għall-​istudju persunali, tal-​familja, u bħala grupp. (4) Nies li huma mseħbin maʼ ħafna reliġjonijiet differenti jaqrawhom. (5) Aħna se nwasslu personalment l-​aħħar ħarġiet lil kulmin sinċerament jixtieq jaqrahom. (6) Huma maħsubin b’mod speċjali għal nies li għandhom ħafna x’jagħmlu. (7) The Watchtower ilu jiġi ppubblikat mill-​1879; l-​Awake! mill-​1919. (8) Dawn inqassmuhom mingħajr ħlas. (Ara It-​Torri Taʼ L-​Għassa, paġna 2; l-​Awake!, paġna 4.) Ikkonkludi billi tirrakkonta xi kummenti li għamel qarrej li japprezzahom.​—Ara l-​Watchtower tal-​15 t’April, 1986, paġna 32.

Għanja 3 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja