Għanja 215
Nestendu l-Ħniena lil Oħrajn
1. Kif Jehovah ħabbar li dulluvju
Se jeqred lill-ħażen fil-passat,
Lil Noè tah il-kmand jibni arka
W li l-messaġġ lil kulħadd ried jingħad.
Għax Noè arka qatt ma kien bena,
Kien se jaħrab dax-xogħ’l mill-aħjar?
Le, iżd’ uża sewwa l-ħniena t’Alla,
Kompla jibni u jxerred l-aħbar.
2. Issa wkoll dis-sistema fi tmiemha
U bil-ħniena Alla ta digriet
Li l-aħbar taʼ dat-tmiem tiġi mwassla
U jkun sar jafha sew kulmin ried.
Forsi għedt: “Ma nxandarx l-aħbar tajba.
Biex nitkellem jien ma ninqalax.”
Iżda jekk irċevejt ħniena m’n Alla,
Hu bi spirtu jgħinek ma tibżax.
3. Alla ġieb verità w ħniena f’daqqa
U il-ferħ l’ hawn f’din l-“art” issa stess.
X’kundizzjonijiet ġa minn tas-Saltna
Li jiġu b’ta’ Jehovah l-permess!
Irridu maʼ oħrajn nuru ħniena,
Inħajru lil kul-ħadd bogħ’d, viċin:
Fittxu stenbħu! Ddedikaw irwieħkom;
Aqdu s-Saltna taʼ Alla f’kull ħin.