LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/98 p. 1
  • Jehovah Jagħti Qawwa Iktar Min-normal

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jehovah Jagħti Qawwa Iktar Min-normal
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Materjal Simili
  • “Fittxu lil Jehovah u lil Saħħtu”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Jehovah Jagħti l-Qawwa lill-Għajjien
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Xogħol Appoġġat minn Alla
    Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • “Ġeħova hu “kbir fil-qawwa”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 1/98 p. 1

Jehovah Jagħti Qawwa Iktar Min-​normal

1 Privileġġ prezzjuż tas-​servizz sagru​—il-​ministeru Kristjan—​ġie fdat lid-​dixxipli kollha taʼ Ġesù. (Mt. 24:14; 28:​19, 20) Imma l-​imperfezzjoni umana u l-​pressjonijiet taʼ din is-​sistema taʼ affarijiet xi kultant jistgħu jġagħluna nqisu lilna nfusna bħala xi ftit inadegwati.

2 Meta jiġri hekk nistgħu nsibu faraġ fl-​ittra taʼ l-​appostlu Pawlu lill-​Kristjani midlukin f’Korintu. Hu kiteb: “Dan it-​teżor qiegħed għandna f’ġarar tal-​fuħħar.” (2 Kor. 4:7) Pawlu kien fiduċjuż: “Ladarba . . . għandna dan il-​ministeru, ma naqtgħux qalbna.” (2 Kor. 4:1) Veru, hija sfida għal kull wieħed u waħda minna, kemm jekk mill-​midlukin u kemm jekk min-​“nagħaġ oħra,” li nibqgħu niddikjaraw l-​aħbar tajba u “ma naqtgħux qalbna.” Għandna bżonn is-​saħħa mingħand Alla, li jipprovdi “l-​qawwa iktar min-​normal.”​—Ġw. 10:16; 2 Kor. 4:7b, New World Translation.

3 Inkuraġġanti huwa l-​fatt li ħafna Xhieda huma evanġelizzaturi żelużi minkejja li jkollhom jiffaċċjaw oppożizzjoni ħarxa, problemi serji tas-​saħħa, jew finanzi limitati. Ilkoll kemm aħna rridu nirrealizzaw li l-​inkarigu tagħna biex nippridkaw għandu l-​approvazzjoni taʼ Jehovah. Minflok ma nħallu l-​iskuraġġiment jew il-​biżaʼ jdgħajfu d-​determinazzjoni tagħna li nippridkaw, ejjew ‘inkomplu nitwettqu fil-​Mulej u nissaħħu bil-​qawwa tiegħu.’​—Efes. 6:10; Prov. 24:10.

4 Kif Tikseb il-​Qawwa taʼ Alla: Ippersevera fit-​talb, billi titlob lil Alla għall-​għajnuna u s-​saħħa. (Rum. 12:12; Flp. 4:​6, 7) Imbagħad, b’qalbek kollha, afda f’Jehovah biex jipprovdilek qawwa iktar min-​normal. (Prov. 3:5) Aqra l-​esperjenzi taʼ żmienna fir-​rivisti tagħna, għaliex dawn jagħtu evidenza li llum Jehovah qiegħed jgħin lill-​qaddejja tiegħu jissaportu l-​provi. Żomm qrib taʼ l-​aħwa fil-​kongregazzjoni, u tabbandunax il-​laqgħat tal-​kongregazzjoni.​—Rum. 1:​11, 12; Lhud 10:​24, 25.

5 Jalla nagħmlu dak kollu li nistgħu sabiex inkunu f’qagħda li nirċievu l-​qawwa taʼ Jehovah​—qawwa li hija iktar min-​normal u li se tgħinna ma naqtgħux qalbna f’dan ix-​xogħol mill-​iktar importanti taʼ l-​ippridkar tas-​Saltna.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja