LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/99 p. 2
  • Laqgħat tas-Servizz għal Dovembru

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Laqgħat tas-Servizz għal Dovembru
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 1 taʼ Novembru
  • Ġimgħa li Tibda 8 taʼ Novembru
  • Ġimgħa li Tibda 15 taʼ Novembru
  • Ġimgħa li Tibda 22 taʼ Novembru
  • Ġimgħa li Tibda 29 taʼ Novembru
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 11/99 p. 2

Laqgħat tas-​Servizz għal Dovembru

Ġimgħa li Tibda 1 taʼ Novembru

Għanja 156

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna. Irrevedi “Ara l-​Qawwa tal-​Bibbja!”

15 min: “L-​Ippridkar Jagħmilna Differenti.” Illimita l-​kummenti fl-​introduzzjoni għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Billi tuża l-​ktieb Għarfien, paġna 173, paragrafu 8, semmi fil-​qosor dak li nistgħu ngħidu biex ninkuraġġixxu student tal-​Bibbja ħalli jirsisti f’li jieħu sehem fil-​ministeru.

20 min: “Min Għandu Mnejn Jaċċetta Studju tal-​Bibbja?” Taħdita u turijiet. Fi qbil maʼ paragrafu 4, issuġġerixxi diversi modi sabiex tqanqal interess f’li nitgħallmu dak li fihom il-​pubblikazzjonijiet tagħna. Ħejji żewġ turijiet qosra biex juru kif dan jistaʼ jsir. Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jgħidu kif kisbu suċċess f’li jibdew studji.

Għanja 198 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 8 taʼ Novembru

Għanja 204

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet. Fakkar lill-​aħwa biex jippreparaw l-​ewwel 18-il paragrafu taʼ l-​insert taʼ Novembru għad-​diskussjoni tal-​ġimgħa d-​dieħla.

15 min: Kaxxa għall-​Mistoqsija. Taħdita. Semmi l-​arranġamenti lokali biex is-​Sala tas-​Saltna tinżamm nadifa u f’kundizzjoni tajba.

20 min: “Kieku Int x’Tgħidlu lil Wieħed Musulman?” Mistoqsijiet u tweġibiet. Enfasizza l-​bżonn għad-​dehen meta nitkellmu maʼ nies taʼ kulturi oħra. Agħmel turija taʼ preżentazzjoni preparata sew. Għal iktar informazzjoni dwar l-​Islam, ara l-​insert taʼ Il-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Frar taʼ l-​1998; il-​ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-​Bibbja, paġni 15-6; u l-​ktieb Mankind’s Search for God, kapitlu 12.

Għanja 208 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 15 taʼ Novembru

Għanja 211

8 min: Avviżi lokali.

25 min: “L-​Użu taʼ l-​Internet—Oqgħod Attent mill-​Perikli!” Diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba minn paragrafi 1-18. Aqra paragrafi 4-7, 12, 16, 17. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jipprepara sew il-​paragrafi 19-36 għad-​diskussjoni tal-​ġimgħa d-​dieħla.

12 min: Ġenituri—Qed Tikkonduċu Studju tal-​Familja Regulari? Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza. Spjega għala l-​familji għandhom bżonn jistudjaw flimkien. (Ara l-​iSchool Guidebook, paġni 37-8.) Ittratta dawn l-​ostakli li ġejjin dwar l-​istudju tal-​familja: (1) il-​ħsieb li t-​tfal huma żgħar wisq biex jibbenefikaw, (2) il-​ħsieb li l-​attendenza għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni hi biżżejjed, (3) l-​għeja minħabba skeda mimlija, u (4) l-​aljenazzjoni minħabba t-​televixin. (Ara It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Ġunju, 1994, paġni 9-10.) Stieden lill-​kapijiet tal-​familja biex jgħidu kif huma jegħlbu ostakli sabiex iżommu rutina tajba taʼ l-​istudju tal-​familja. Enfasizza li dan jitlob sforz, determinazzjoni, u kooperazzjoni.

Għanja 217 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 22 taʼ Novembru

Għanja 158

10 min: Avviżi lokali u xi esperjenzi mis-​servizz taʼ l-​għalqa.

10 min: X’Inhi l-​Attitudni Tiegħek lejn l-​Inkarigi? Taħdita minn anzjan. Hemm lista twila t’affarijiet neċessarji li huma meħtiġin biex il-​kongregazzjoni tibqaʼ tiffunzjona: li nippreparaw inkarigi tal-​programm; li ngħaddu għal oħrajn biex niħduhom għal-​laqgħat jew fis-​servizz; nassistu lil dawk imdaħħlin fiż-​żmien; u nnaddfu, nirranġaw, u nieħdu ħsieb is-​Sala tas-​Saltna. Int kif twieġeb meta tiġi mitlub biex tagħti l-​għajnuna? Xi wħud jaħarbu minnha, jaċċettaw b’nofs qalb, jew jonqsu li jwettquha kompletament. Iddiskuti għala l-​fatt li taċċetta u twettaq l-​inkarigi huwa privileġġ hieni. Inkuraġġixxi lil kulħadd fil-​kongregazzjoni biex juri spirtu volontier dispost.—Salm 110:​3, New World Translation, ntt.; Is. 6:8.

25 min: “L-​Użu taʼ l-​Internet—Oqgħod Attent mill-​Perikli!” Diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba minn paragrafi 19-36. Aqra paragrafi 23-5 u 34-6.

Għanja 223 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 29 taʼ Novembru

Għanja 215

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Novembru.

15 min: Inkuraġġixxi lil Uħud Ġodda biex Jattendu għal-​Laqgħat. Diskussjoni bejn anzjan u qaddej ministerjali jew tnejn, ibbażata fuq il-​browxer Doing God’s Will, paġni 14-​15. Irrevedi għala hu vitali li wħud ġodda jattendu għal-​laqgħat. Hemmhekk dawn se jirċievu l-​maġġur parti taʼ l-​istruzzjoni, l-​inkuraġġiment, u l-​għajnuna tagħhom. Irrevedi l-​ħames laqgħat tal-​ġimgħa, billi tispjega l-​benefiċċji taʼ kull waħda minnhom. Iddiskuti kif il-​laqgħat jippromwovu l-​kondotta li togħġob lil Alla, jgħinuna nibnu l-​ispiritwalità, iressquna lejn l-​organizzazzjoni, jgħinuna niżviluppaw rabtiet mill-​qrib m’oħrajn, u jassistuna f’li nifhmu l-​iskop tal-​ministeru tagħna. Inkuraġġixxi lill-​aħwa fl-​udjenza biex jużaw il-​browxer biex iqanqlu wħud ġodda sabiex jiġu għal-​laqgħat.

20 min: L-Għażla Tagħna—In-​New World Translation. Taħdita u turijiet. Fost l-​organizzazzjonijiet reliġjużi, tagħna hi unika minħabba l-​fatt li nippubblikaw, nużaw, u nqassmu traduzzjoni tal-​Bibbja magħmula minn adoraturi midlukin taʼ Jehovah. Aħna ma nixtiqux nagħmlu profitt kummerċjali jew inxerrdu twemmin settarju. Minflok, aħna mqanqlin mix-​xewqa li nonoraw l-​isem t’Alla u ngħinu lil oħrajn isiru jafuh sew. Taʼ spiss, traduzzjonijiet oħrajn jittraduċu l-​Kelma t’Alla f’manjiera diffiċli biex wieħed jifhimha, u għalhekk irrevedi l-​vantaġġi ċari tan-​New World Translation. (Ara l-​ktieb “All Scripture”, paġni 327-​31. Innota l-​kummenti f’paragrafu 3, semmi xi eżempji taʼ kliem tradott aħjar f’paragrafu 6, u enfasizza l-​benefiċċji li hemm f’paragrafi 22-3.) Ħejji żewġ turijiet qosra li jissuġġerixxu kif nistgħu nwieġbu meta oħrajn jgħidulna, “Intom għandkom il-​Bibbja tagħkom.”—Ara l-​ktieb Reasoning, paġni 279-80.

Għanja 205 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja