Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 11 taʼ Ġunju
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna u “Aħbarijiet Teokratiċi.” Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jara l-vidjo Jehovah’s Witnesses Stand Firm Against Nazi Assault (Ix-Xhieda taʼ Jehovah Jieqfu Sodi Kontra l-Attakki tan-Nazi) bħala preparazzjoni għad-diskussjoni fil-Laqgħa tas-Servizz għall-ġimgħa tal-25 taʼ Ġunju.
15 min: “Ibqaʼ ‘Agħmel it-Tajjeb.’” Taħdita inkuraġġanti mill-Iskrittura li tingħata minn anzjan.
20 min: “Ilħaq Qalb l-Istudent Tiegħek.”a Inkludi xi suġġerimenti prattiċi dwar kif għandha tingħata għajnuna lil uħud ġodda biex jiżviluppaw f’qalbhom fidi u mħabba għal Jehovah u għal Ġesù. Uża l-punti ewlenin li hemm fit-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Lulju, 1999, paġna 14, paragrafi 18-20.
Għanja 184 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 18 taʼ Ġunju
5 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
10 min: Kif Tistaʼ Twieġeb għal Risposti X’Aktarx Risposti Intenzjonati li Jwaqqfu l-Konversazzjoni. Diskussjoni maʼ l-udjenza. Irrevedi l-“Kummenti” fil-ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq il-Bibbja, paġni 7-8. Minn paġni 8-12, agħżel xi oġġezzjonijiet li tiltaqaʼ magħhom fit-territorju tiegħek. Stieden lill-udjenza biex jgħidu liema tweġibiet sabu li huma effettivi u għaliex.
30 min: “Tistaʼ Tagħmel Lilek Innifsek Disponibbli?” Taħdita inkuraġġanti mżewqa b’kummenti mill-udjenza li jwieġbu għall-mistoqsijiet ippreparati minn qabel fuq paragrafi 13 u 18-24. Ħeġġeġ lill-ġenituri biex jgħinu lil uliedhom iħarsu lejn is-servizz f’Betel bħala karriera għall-futur. Agħti l-parir li l-familji jistudjaw flimkien dan l-insert waqt l-istudju tagħhom tal-familja.
Għanja 197 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 25 taʼ Ġunju
15 min: Avviżi lokali. Irrevedi l-offerta taʼ letteratura għal Lulju u Awissu. Iġbed l-attenzjoni lejn żewġ browxers li għandkom maħżunin lokalment. Lesti xi turijiet preparati sew dwar kif jistgħu jiġu offruti fil-ministeru. Għal suġġerimenti taʼ turijiet, ara l-paġna taʼ wara tal-Ministeru tas-Saltna mill-1996-1998 għax-xhur taʼ Lulju u Awissu, u taʼ l-Our Kingdom Ministry taʼ l-1995 fl-istess xhur.
10 min: “L-Arranġament Simplifikat li Għandna għat-Tqassim tal-Letteratura.” Taħdita minn anzjan. Jekk jogħġbok enfasizza li l-letteratura m’għandhiex titqassam bl-addoċċ. Hemm bżonn li nużaw l-għaqal meta nqassmu r-rivisti u letteratura oħra. Esprimi apprezzament mill-qalb lejn l-appoġġ ġeneruż taʼ l-aħwa għax-xogħol globali. Ikkonkludi billi tistieden lill-udjenza tagħti l-kummenti pożittivi tagħha sabiex tiżgura ruħek li kulħadd fehem sew l-arranġament.
20 min: “Jien Se Nieqaf Sod! Jien Se Nieqaf Sod! Jien Se Nieqaf Sod!” Diskussjoni maʼ l-udjenza dwar il-vidjo Stand Firm, bl-użu tal-mistoqsijiet f’paragrafu 2. Imbagħad ikkunsidra paragrafi 3-4. Agħlaq bl-esperjenza li tinsab fi Stenbaħ! taʼ l-1999, tat-8 taʼ Diċembru, paġna 13. F’Awissu se naraw il-vidjo The New World Society in Action (Is-Soċjetà tad-Dinja l-Ġdida fl-Azzjoni).
Għanja 29 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 2 taʼ Lulju
13 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Ġunju. Irrevedi l-kaxxa “Għandkom xi Yearbooks Neqsin mil-Librerija Tagħkom?” Semmi xi ftit punti mill-esperjenzi li jinsabu fil-Yearbooks taʼ l-1995 sa l-1998 sabiex turi kemm huwa taʼ valur dak li hemm ġo fihom. Ħeġġeġ lil dawk kollha li m’għandhomx dawn il-Yearbooks fil-librerija persunali tagħhom biex jordnawhom waqt li huma disponibbli.
15 min: Żgħażagħ—Kunu Għaqlin f’li Tagħżlu l-Karriera Tagħkom. Din hija l-ewwel waħda minn tliet partijiet fil-Laqgħa tas-Servizz li se jirrevedu prinċipji Skritturali fejn għandha x’taqsam l-edukazzjoni supplimentarja. Xi żgħażagħ Kristjani qed ifittxu karriera sekulari permezz taʼ edukazzjoni għolja, u dan qed iħalli effett negattiv fuq l-ispiritwalità tagħhom. Din il-parti hija diskussjoni bejn koppja u t-tifel jew it-tifla adolexxenti tagħhom. Iż-żagħżugħ jinsab fi żmien meta għandu bżonn jieħu deċiżjoni serja dwar x’miri għandu jkollu fil-futur. Filwaqt li xi wħud forsi jridu jfittxu vantaġġi finanzjarji, fama, jew il-kumditajiet tal-ħajja, il-familja teżamina l-Bibbja biex tara din x’parir tagħti. (Ara Iż-Żgħażagħ Jistaqsu, paġni 174-5; It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Settembru, 1997, paġna 14, u taʼ l-1 taʼ Settembru, 1999, paġni 19-21, paragrafi 1-3 u 5-6.) Iż-żagħżugħ jaqbel li huwa għaqli li jsegwi d-direzzjoni fil-ħajja li se tiswielu taʼ ġid sabiex jikseb miri teokratiċi li se jgħinuh javanza l-interessi tas-Saltna.
17 min: “Oqgħod Attent biex Tgħin lil Nies Neqsin mis-Smigħ fit-Territorju Tiegħek.”b Jekk hemm xi statistiċi disponibbli, semmi kemm hemm nies li huma neqsin mis-smigħ fit-territorju tal-kongregazzjoni tagħkom. Semmi l-esperjenza li hemm fil-Ministeru tas-Saltna taʼ Frar taʼ l-1998, paġna 3, paragrafu 7.
Għanja 32 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.