L-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-2002
1 L-abbiltà li jitkellmu hija kunsidrata bħala xi ħaġa normali minn ħafna nies. Madankollu, id-diskors huwa rigal mingħand Jehovah. Iħallina nikkomunikaw m’oħrajn u nesprimu l-ħsibijiet u s-sentimenti tagħna. L-ewwel u qabel kollox, bih nistgħu nfaħħru lil Alla tagħna.—Salm 22:23 (22:22, New World Translation); 1 Kor. 1:4-7.
2 Irġiel, nisa, u tfal jiġu mħarrġin fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku biex jiddikjaraw l-isem taʼ Jehovah. (Salm 148:12, 13) Il-programm taʼ l-iskola għas-sena 2002 ikopri varjetà kbira taʼ suġġetti Bibliċi li nistgħu nibbenefikaw minnhom personalment u nużawhom fil-ministeru. Billi nippreparaw għall-iskola u nieħdu sehem fiha, nistgħu nżidu l-għarfien u ntejbu s-sengħa tagħna bħala għalliema tal-Kelma t’Alla.—Salm 45:2 (45:1, NW).
3 Aqra l-Bibbja Kuljum: Jekk is-soltu jkollna Bibbja dejjem fil-viċin, nistgħu nieħdu vantaġġ minn kull ħin liberu li jkollna biex naqrawha. Ħafna minna jkollna ftit minuti matul il-jum li nistgħu nużawhom b’dan il-mod. Kemm hu taʼ benefiċċju li naqraw minn taʼ l-inqas paġna kuljum! Dan hu biżżejjed biex illaħħqu mal-programm tal-qari tal-Bibbja li hemm imniżżel fl-iskeda taʼ l-iskola.—Salm 1:1-3.
4 L-abbiltà li naqraw il-Bibbja sew tistaʼ tgħinna nilħqu l-qlub tas-semmiegħa tagħna u nqanqluhom ifaħħru lil Jehovah. L-aħwa rġiel li jagħtu l-Inkarigu Nru. 2 fl-iskola għandhom jipprattikaw, jipprattikaw, u jipprattikaw b’leħen għoli l-qari li jkunu assenjati. L-indokratur taʼ l-iskola se joffri tifħir u suġġerimenti biex il-qari jitjieb.
5 Uża l-Ktejjeb Suġġetti Bibliċi għal Diskussjoni: L-Inkarigi Nru. 3 u Nru. 4 huma bbażati mill-ktieb Reasoning jew mill-edizzjoni bil-Malti tas-Suġġetti Bibliċi għal Diskussjoni. Il-ktejjeb bil-Malti Suġġetti Bibliċi għal Diskussjoni huwa għodda ġdida li se tkun utli ħafna biex tgħin lin-nies jaraw il-verità mill-Bibbja tagħhom stess. Ħafna mill-iskritturi użati huma differenti minn dawk fl-edizzjoni bl-Ingliż sabiex il-Bibbja bil-Malti tintuża b’mod effettiv. L-aħwa nisa għandhom jagħżlu settings li huma prattiċi għat-territorju. L-indokratur taʼ l-iskola għandu joqgħod attent b’mod partikulari għal kif jgħallmu u kif jużaw l-Iskritturi.
6 Jalla l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku tgħinna lkoll inkomplu nużaw ir-rigal mingħand Alla tad-diskors biex niddikjaraw l-aħbar tajba u nfaħħru lil Alla l-kbir tagħna, Jehovah!—Salm 34:2 (34:1, NW); Efes. 6:19.