LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/01 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 10 taʼ Diċembru
  • Ġimgħa li Tibda 17 taʼ Diċembru
  • Ġimgħa li Tibda 24 taʼ Diċembru
  • Ġimgħa li Tibda 31 taʼ Diċembru
  • Ġimgħa li Tibda 7 taʼ Jannar
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 12/01 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 10 taʼ Diċembru

Għanja 205

13 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jara l-​vidjo To the Ends of the Earth (Sa Truf l-​Art) bħala preparazzjoni għad-​diskussjoni fil-​Laqgħa tas-​Servizz għall-​ġimgħa taʼ l-​24 taʼ Diċembru. Uża s-​suġġeriment f’paġna 8, u ħejji turija taʼ preżentazzjoni qasira dwar kif tħalli It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Diċembru.

12 min: “Mur Lura Malajr Fejn Issib l-​Interess.”a

20 min: “Barkiet Meta Nuru Apprezzament għall-​Imħabba taʼ Jehovah—It-​Tieni Parti.”b Meta tkun qed tiddiskuti paragrafi 2-6, stieden lil dawk fil-​kongregazzjoni biex jirrakkontaw xi esperjenzi li kellhom meta kienu qed jagħtu kliem taʼ faraġ u tama lil uħud dipressi jew inkwetati minħabba d-​diżastru li seħħ dan l-​aħħar u l-​effetti li ħalla warajh. Ipprepara minn qabel biex issir turija taʼ x’ġara f’waħda jew tnejn minnhom.

Għanja 222 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 17 taʼ Diċembru

Għanja 211

8 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet. Iddiskuti fuq fuq l-​arranġamenti speċjali tas-​servizz taʼ l-​għalqa għall-​25 taʼ Diċembru u l-​1 taʼ Jannar.

20 min: “Uża l-​Kelma t’Alla Sew.”c Inkludi turija realistika tal-​preżentazzjoni f’paragrafu 4. Ukoll, uri preżentazzjoni effettiva li ntużat lokalment biex tinkuraġġixxi jew tfarraġ lin-​nies li jinsabu mnikktin minħabba s-​sitwazzjoni dinjija bħalissa. Tistaʼ tingħad xi esperjenza fil-​qosor. Staqsi lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar għala jħossuhom li meta jużaw il-​Bibbja x-​xiehda li tingħata tkun iktar effettiva.

17 min: “Ħeġġeġ il-​Ġiri Wara Miri Spiritwali.” Diskussjoni maʼ l-​udjenza li għandha tingħata minn anzjan. Wara li tikkunsidra paragrafu 6, intervista pubblikatur eżemplari li bħala żagħżugħ wieġeb għall-​inkuraġġiment biex jiġri wara miri spiritwali. Kif ġie inkuraġġit? Meta tikkunsidra paragrafu 7, enfasizza benefiċċji prattiċi li jistgħu jirriżultaw għall-​ġenituri u ż-​żgħażagħ meta jirrivedu kapitli 22, 38, u 39 tal-​ktieb Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu.

Għanja 225 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 24 taʼ Diċembru

Għanja 218

10 min: Avviżi lokali. Spjega x’inhi l-​offerta tal-​letteratura għal Jannar u liema kotba l-​kongregazzjoni għandha maħżunin. Uża s-​suġġerimenti f’paġna 8, u ħejji turija taʼ żewġ preżentazzjonijiet qosra bir-​rivisti, u f’waħda uża It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Jannar u fl-​oħra uża Stenbaħ! tat-​8 taʼ Jannar. Ara li xi ħadd żagħżugħ jagħmel waħda minnhom.

10 min: “L-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku għall-​2002.” Taħdita mill-​indokratur taʼ l-​iskola. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jagħmel sforz kbir biex iwettaq l-​inkarigi tiegħu.

25 min: “Nagħtu Xiehda—Sa Truf l-​Art.” Diskussjoni maʼ l-​udjenza. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jaħseb bis-​serjetà dwar x’jistaʼ jagħmel biex jilħaq lill-​oħrajn bl-​aħbar tajba lokalment jew fejn il-​bżonn huwa akbar. Irreferi għall-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Lulju 2001, paġna 3. Fi Frar se nirrivedu l-​vidjo Noah—He Walked With God (Noè—Hu Mexa m’Alla).

Għanja 24 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 31 taʼ Diċembru

Nota: Il-​kongregazzjonijiet m’għandhomx iċaqalqu l-​Laqgħa tas-​Servizz għall-​ġimgħa tal-​31 taʼ Diċembru għal xi ġurnata li tiġi qabel, sakemm ma jkunx qed iżurhom l-​indokratur tas-​circuit.

Għanja 140

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Diċembru. Jekk il-​kongregazzjoni tiegħek se tbiddel il-​ħinijiet tal-​laqgħat għas-​sena l-​ġdida, b’qalb tajba ħeġġeġ lil kulħadd biex jattendi l-​laqgħat regolarment fil-​ħinijiet il-​ġodda. Kun ċert li dawk kollha interessati u dawk inattivi jkunu jafu dwar it-​tibdil.

15 min: Agħti lill-​Anzjani l-​Konsiderazzjoni li Tixirqilhom. Żewġ qaddejja ministerjali jew tlieta jiddiskutu t-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Ġunju, 1999, paġni 18-19. Jikkummentaw dwar il-​ħafna xogħlijiet li l-​anzjani jridu jieħdu ħsieb, flimkien max-​xogħol sekulari, ir-​responsabbiltajiet tal-​familja, u l-​inkarigi teokratiċi. Ikkunsidraw xi modi li bihom ilkoll nistgħu ninkuraġġuhom, intaffulhom il-​piż, u nsegwu d-​direzzjoni tagħhom. Il-​qaddejja ministerjali jaqblu li l-​anzjani qed jagħtu servizz li jiswa ħafna u jixirqilhom li nagħtuhom konsiderazzjoni kemm nifilħu.—1 Tess. 5:12, 13.

20 min: “Konvenzjoni Distrettwali tax-​Xhieda taʼ Jehovah għas-​Sena 2002 ‘Proklamaturi Żelużi tas-​Saltna’”d Għandha tingħata mis-​segretarju, u jrid jenfasizza paragrafu 4. Faħħar mill-​qalb lill-​membri tal-​kongregazzjoni talli jagħmlu l-​arranġamenti għall-​konvenzjoni kmieni kemm jistaʼ jkun.

Għanja 219 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 7 taʼ Jannar

Għanja 20

10 min: Avviżi lokali.

20 min: Uża Ħajtek bl-​Aħjar Mod li Tistaʼ. Membri taʼ familja jiddiskutu t-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 t’Awissu, 1998 paġni 8-9. Il-​missier irid li l-​familja tfittex ħajja li se ġġibilha l-​ferħ minflok id-​diżappunt. Huma jirrivedu t-​twissija taʼ l-​Iskrittura fl-​artiklu li turihom kif jistgħu jkunu ċerti li jiksbu l-​ferħ, u jiffokaw fuq il-​bżonn li jużaw id-​dixxerniment, jagħmlu prijoritajiet xierqa, u jafdaw f’Jehovah. Jenfasizzaw xi aġġustamenti prattiċi li jistgħu jagħmlu bħala familja.

15 min: Ħarsa mill-​Qrib Lejn is-​Sala tas-​Saltna Tagħna. Taħdita minn anzjan. Innota l-​kundizzjoni tas-​Sala tas-​Saltna. Xi pjanijiet qed isiru biex issir tindifa sew qabel il-​Mafkar? Liema tiswijiet iridu jsiru qabel dan? Spjega kif il-​kongregazzjoni tistaʼ tgħin. Enfasizza l-​bżonn taʼ li nkunu ċerti li l-​post taʼ qima tagħna jirrifletti s-​sbuħija u d-​dinjità li tiġi assoċjata mad-​dar taʼ Jehovah.—Salm 84:2 (84:1, NW).

Għanja 126 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

d Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja