Qiegħed Tuża l-Browxer X’Jirrikjedi biex Tibda l-Istudji?
1 Kont taf li jekk ikollok diskussjonijiet mill-Bibbja regulari u organizzati, għalkemm fil-qosor, maʼ xi ħadd interessat u tkopri xi materjal minn wieħed mill-pubblikazzjonijiet suġġeriti, tkun qiegħed tikkonduċi studju tal-Bibbja? Iva, dan huwa minnu anki jekk l-istudju jsir fil-bieb jew fuq it-telefon. Għax ma tagħmilx sforz speċjali matul Mejju u Ġunju ħalli tibda studju bħal dan bl-użu tal-browxer X’Jirrikjedi?
2 Kun Preparat Ħalli Tirnexxi: Meta tkun qed toffri l-browxer X’Jirrikjedi, żomm ċar f’moħħok dak li trid tiddiskuti. Jekk qed tagħmel żjara lura, aħseb dwar il-konversazzjoni li kellek fl-ewwel żjara. Staqsi lilek innifsek: ‘Liema paragrafi fil-browxer nistaʼ nsemmi b’mod partikulari sabiex inkompli niżviluppa d-diskussjoni u nwassalha għal studju tal-Bibbja?’ Jekk qed tagħti xiehda minn dar għal dar, aħseb dwar liema suġġetti se jolqtu lil xi żagħżugħ, lil xi ħadd anzjan, lil xi raġel, jew lil xi mara. Irrivedi s-suġġetti fil-browxer, u agħżel suġġett taʼ interess. Wara li tiddeċiedi kif se tagħmel il-preżentazzjoni, ipprattikaha għal bosta drabi. Dan hu wieħed mill-modi kif tirnexxi.
3 L-insert tal-Ministeru tas-Saltna taʼ Jannar 2002 jagħti tmien “Suġġerimenti Kif Nippreżentaw il-Browxer X’Jirrikjedi.” Il-kaxxa “Il-Metodu Dirett” turi kif jistaʼ jintuża l-browxer biex jinbdew l-istudji. Tistaʼ tuża l-ewwel suġġeriment kif se jiġi muri:
◼ “Kont taf li fi ftit minuti biss, tistaʼ ssib it-tweġiba għal mistoqsija Biblika importanti? Per eżempju, għala hawn daqshekk reliġjonijiet li jgħidu li huma Kristjani? Qatt ħsibt dwar dan?” Wara li l-individwu jwieġeb, iftaħ lezzjoni Nru. 13 u iddiskuti l-ewwel żewġ paragrafi. Skond ma jippermetti l-ħin, aqra u iddiskuti skrittura jew tnejn. Imbagħad aqra l-aħħar mistoqsija fin-naħa taʼ fuq tal-paġna, u għid: “Il-bqija tal-lezzjoni ssemmi ħames affarijiet li jidentifikaw ir-reliġjon vera. Nieħu gost jekk inkun nistaʼ nerġaʼ niġi u nikkunsidrahom miegħek.”
4 Kun Persistenti: Ħu vantaġġ minn kull opportunità biex turi kif isir studju tal-Bibbja mill-browxer X’Jirrikjedi. Itlob għall-barka taʼ Jehovah. (Mt. 21:22) Billi tippersisti fl-isforzi tiegħek, tistaʼ tesperjenza l-ferħ li jiġi meta tgħin lil xi ħadd iwieġeb favorevolment għall-aħbar tajba!