Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 13 taʼ Mejju
15min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna. Uża s-suġġerimenti f’paġna 8, u ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat it-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Mejju. Uri mod kif wieħed iwieġeb lil xi ħadd li jipprova jwaqqaf il-konversazzjoni billi jgħid, “Għandi x’nagħmel.”—Ara l-ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-Bibbja, paġni 11, 12. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu sehem fis-servizz taʼ l-għalqa fi tmiem il-ġimgħa.
15 min: “Okkażjoni Speċjali biex Ninkuraġġixxu lil Xulxin.” Taħdita. Għin lil kulħadd japprezza l-fatt li jattendi l-konvenzjoni distrettwali. Ħeġġeġ lil kulħadd biex ikun preżenti għal kull sessjoni, mill-Ġimgħa fil-għodu sal-Ħadd wara nofsinhar.
15 min: “Qed Nibqgħu Mqajmin Filwaqt li Nevitaw Affarijiet li Jtellfuna?”a Skond ma jippermetti l-ħin, żid xi kummenti bbażati mit-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 t’Awissu, 1992, paġni 13-15, pari. 7-18.
Għanja 115 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 20 taʼ Mejju
15min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet. Irrivedi l-Kaxxa għall-Mistoqsija.
12 min: “Issodisfa l-Bżonn Spiritwali Tiegħek.” Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Ikkunsidra xi raġunijiet għala kulħadd għandu joqgħod attent ħafna għall-programm tal-konvenzjoni. Enfasizza l-bżonn taʼ li napplikaw dak li nitgħallmu u mhux nisimgħu biss. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu n-noti. Stieden lil xi wħud biex jesprimu ruħhom dwar il-benefiċċji li kisbu mill-programm tas-sena l-oħra.
18 min: “Inkunu Modesti fl-Ilbies u d-Dehra.”b Għandha tingħata minn anzjan, li se jaqra kull paragrafu wara li jiġi diskuss. Għin lil kulħadd jifhem għala huwa importanti li joqgħod attent dwar kif jidher fil-pubbliku.
Għanja 169 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 27 taʼ Mejju
12 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Mejju. Uża s-suġġerimenti f’paġna 8, u ħejji turija minn pubblikatur imdaħħal fiż-żmien taʼ kif jiġi preżentat it-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Ġunju u minn żagħżugħ li juri kif jiġi preżentat Stenbaħ! tat-8 taʼ Ġunju. Wara kull turija, ikkummenta dwar kemm kien faċli li tiġi inkluża skrittura maʼ kull preżentazzjoni. Ħabbar l-arranġamenti speċjali għas-servizz taʼ l-għalqa għal nhar il-Ġimgħa 7 taʼ Ġunju li se tkun festa pubblika.
15 min: “Tistaʼ Terġaʼ Tingħaqad mal-Kumplament?” Iddiskuti maʼ l-udjenza. Għandha tingħata minn anzjan. Inkludi xi esperjenzi lokali li juru kif xi ħadd irnexxielu jerġaʼ jibda jaqdi fis-servizz taʼ pijunier jew kif tad-dar għenu lil membru tal-familja biex jieħu vantaġġ minn dan il-privileġġ.
18 min: “Qiegħed Tuża l-Browxer X’Jirrikjedi biex Tibda l-Istudji?” (Kulħadd għandu jkollu miegħu l-insert tal-Ministeru tas-Saltna taʼ Jannar 2002 għal din id-diskussjoni.) Ibda b’turija mħejjija sew minn pubblikatur li juri kif jinbeda studju, bl-użu taʼ l-eżempju f’paragrafu 3. Wara, semmi xi punti prinċipali tal-browxer, u spjega kemm huwa mħejji apposta biex jinbdew l-istudji. Uri kemm huwa importanti li jiġu riveduti l-preżentazzjonijiet suġġeriti fl-insert taʼ Jannar 2002. Staqsi lill-udjenza dwar liema suġġerimenti kienu taʼ suċċess għalihom. Ikkonkludi billi tirrepeti t-turija msemmija iktar kmieni.
Għanja 93 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 3 taʼ Ġunju
15 min: Avviżi lokali. Ipprepara minn qabel lil xi pubblikaturi biex jitkellmu dwar il-barkiet li esperjenzaw meta ħadu sehem fis-servizz taʼ pijunier awżiljarju jew regulari matul ix-xhur taʼ Marzu, April, jew Mejju. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu sehem fis-servizz taʼ l-għalqa fi tmiem il-ġimgħa.
15 min: “Ħalli lil Kulħadd Jara li Int Miexi ’l Quddiem.”c
15 min: “Il-Fidi Tagħna Tqanqalna għal Għemejjel Tajbin.”d Meta tkun qed tiddiskuti paragrafu 2, intervista fil-qosor lil Xhud żeluż. Ħalli lill-pubblikatur jesprimi ruħu kif li jagħti xiehda lil oħrajn juri l-fidi li għandu kif ukoll isaħħaħhielu.
Għanja 56 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
d Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.