LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/03 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 9 taʼ Ġunju
  • Ġimgħa li Tibda 16 taʼ Ġunju
  • Ġimgħa li Tibda 23 taʼ Ġunju
  • Ġimgħa li Tibda 30 taʼ Ġunju
  • Ġimgħa li Tibda 7 taʼ Lulju
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 6/03 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

NOTA: Matul ix-​xahar t’Ottubru, Laqgħa tas-​Servizz sħiħa se tkun ippjanata għar-​reviżjoni tal-​punti prinċipali tal-​programm tal-​konvenzjoni. Bħala preparazzjoni għal dik id-​diskussjoni, ilkoll kemm aħna nistgħu nieħdu noti siewja meta nkunu l-​konvenzjoni, fosthom lista taʼ punti speċifiċi li nixtiequ napplikaw personalment f’ħajjitna stess u fil-​ministeru taʼ l-​għalqa. Imbagħad nistgħu ninkuraġġixxu lil oħrajn billi nispjegaw kif applikajna dawk is-​suġġerimenti minn meta attendejna għall-​konvenzjoni ’l hawn.

Ġimgħa li Tibda 9 taʼ Ġunju

Għanja 81

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Uża s-​suġġerimenti f’paġna 8, u ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Ġunju flimkien maʼ ħarġa oħra taʼ Stenbaħ! Minkejja li ssir preżentazzjoni fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa biss, iż-​żewġ rivisti għandhom jiġu offruti flimkien. Inkludi skrittura fil-​preżentazzjoni.

15 min: “Il-​Ministeru Kristjan​—Ix-​Xogħol Prinċipali Tagħna.”a Ħeġġeġ liż-​żgħażagħ biex jikkunsidraw il-​barkiet li jistgħu jgawdu billi jidħlu fis-​servizz full-time. Inkludi kummenti fuq il-​materjal taħt is-​sottitlu “Meta l-​Kultura u l-​Kuxjenza Ma Jaqblux,” fit-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Novembru, 2000, paġni 19-20.

20 min: “L-​Irtirar mix-​Xogħol—Bieb Miftuħ għal Iktar Attività?”b Jekk inhu possibbli, inkludi intervista qasira maʼ pubblikatur li qed juża l-​irtirar mix-​xogħol sekulari biex jagħmel iktar fis-​servizz taʼ Jehovah. Staqsi liema aġġustamenti kellu jagħmel u liema barkiet esperjenza bħala riżultat.

Għanja 190 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 16 taʼ Ġunju

Għanja 55

   8 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

12 min: “Diżabilitati—Madankollu Produttivi Ħafna.”c Inkludi kummenti dwar kif oħrajn jistgħu jgħinu, ibbażati fuq l-​Awake! tat-​22 t’Awissu 1990 paġni 22-3, taħt is-​sottitlu “What Can Be Done?” (X’Jistaʼ Jsir?).

25 min: “Inkunu Ħabrieka biex ‘Nagħtu Xiehda bir-​Reqqa.’”d Uża l-​mistoqsijiet provduti. Wara li tiddiskuti paragrafi 5 u 6, inkludi turija qasira taʼ xiehda informali maʼ tal-​ħanut u offri l-​fuljett Tixtieq Tkun Taf Iżjed dwar il-​Bibbja? Qabel ma tiddiskuti paragrafi 7 u 8, ara li dawn jinqraw. Bħala konklużjoni, aqra u iddiskuti l-​kaxxa “Tinsihomx!”

Għanja 131 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 23 taʼ Ġunju

Għanja 95

10 min: Avviżi lokali. Uża s-​suġġerimenti f’paġna 8, u ħejji żewġ turijiet separati taʼ kif jiġu preżentati t-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Lulju u Stenbaħ! tat-​8 taʼ Lulju. F’kull turija, iż-​żewġ rivisti għandhom jiġu offruti flimkien, minkejja li ssir preżentazzjoni fuq wieħed minnhom biss. F’waħda mit-​turijiet, il-​pubblikatur ikun qed jieħu sehem fl-​għoti taʼ xiehda fit-​toroq.

20 min: X’Jistaʼ Jsir dwar l-​Iskuraġġiment? Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Novembru, 1999, paġni 28-9, sas-​sottitlu “Inżommu Attitudni Tajba,” li jrid jiġi inkluż. Irrivedi suġġerimenti prattiċi flimkien maʼ pariri Skritturali. Ipprepara minn qabel biex pubblikatur jew tnejn li huma effettivi jispjegaw x’jgħinhom jibqgħu ferħanin fil-​ministeru tagħhom.

15 min: “Nippridkaw f’Dinja li Dejjem Qed Tinbidel.”e Meta tiddiskuti paragrafi 2-3, staqsi lill-​udjenza liema ġrajjiet tal-​mument jistgħu jintużaw biex jinbdew konversazzjonijiet fit-​territorju lokali. Għal wara li tkun iddiskutejt paragrafu 4, ipprepara turija qasira, bl-​użu taʼ waħda mill-​preżentazzjonijiet imsemmijin.

Għanja 15 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 30 taʼ Ġunju

Għanja 3

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapporti tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Ġunju. Irrivedi l-​offerta taʼ letteratura għal Lulju u Awissu. Iġbed l-​attenzjoni lejn żewġ browxers li għandkom maħżunin lokalment. Lesti xi turijiet preparati sew dwar kif dawn jistgħu jiġu offruti fil-​ministeru. Għal preżentazzjonijiet suġġeriti, ara l-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Lulju 1998, paġna 8. Preżentazzjonijiet oħra jistgħu jinstabu fil-​Watch Tower Publications Index taħt “Presentations” u mbagħad taħt is-​sottitlu “List by Publication.”

15 min: “Ninġabru Flimkien biex Infaħħru lil Jehovah.”f Uża l-​mistoqsijiet provduti. Ħeġġeġ lil kulħadd biex ikun preżenti għal kull sessjoni, mill-​Ġimgħa fil-​għodu sal-​Ħadd wara nofsinhar. Enfasizza l-​bżonn li napplikaw dak li nitgħallmu minflok ma nisimgħu biss. Ikkunsidra n-​nota msemmija hawn fuq rigward dak li hemm ippjanat għal-​laqgħa tas-​Servizz f’Ottubru, fejn se jkun hemm reviżjoni tal-​punti prinċipali tal-​programm tal-​konvenzjoni distrettwali. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jieħu n-​noti.

20 min: Uża l-​Kelma t’Alla b’Mod Effettiv biex Tippriedka dwar is-​Saltna. Diskussjoni maʼ l-​udjenza li għandha tingħata mill-​indokratur tas-​servizz. Maʼ kull individwu li niltaqgħu fil-​ministeru tagħna, aħna nistinkaw biex naqsmu ħsieb Skritturali inkuraġġanti dwar is-​Saltna. Madankollu, irridu nagħmlu iktar milli sempliċement naqraw siltiet mill-​Bibbja. Irridu nispjegawhom, nagħtu tixbiha tagħhom, u nuru kif japplikaw. Uri kif dan jistaʼ jsir billi tuża bħala eżempji ftit mill-​iskritturi li hemm fil-​ktieb Reasoning, paġni 154-5, taħt is-​sottitlu fil-​korsiv “Human rulers are not providing what mankind urgently needs” (Il-mexxejja umani m’humiex qed jipprovdu l-​bżonnijiet urġenti tal-​bnedmin). Għal wara d-​diskussjoni, ħejji pubblikatur preparat sew biex juri kif tistaʼ tintuża skrittura waħda b’mod effettiv fuq żjara lura, billi tingħata spjegazzjoni qasira imma li toħroġ il-​punt, kif ukoll tintuża tixbiha sempliċi, u tingħata applikazzjoni qasira li turi lill-​inkwilin kif hu jistaʼ jibbenefika personalment mill-​ħakma tas-​Saltna. Il-​preżentazzjoni trid tibda bil-​pubblikatur jaqra l-​iskrittura. Wara l-​preżentazzjoni, irrivedi kif is-​silta ġiet spjegata, kif ngħatat tixbiha, u ġiet applikata. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jiżviluppa l-​abbiltà li juża l-​Kelma t’Alla b’mod effettiv.

Għanja 171 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 7 taʼ Lulju

Għanja 165

  5 min: Avviżi lokali.

15 min: “Kun Mera taʼ Bniedem li Jagħmel it-​Tajjeb.”g Uża l-​mistoqsijiet provduti. Spjega għala kondotta tajba minn kulħadd hija essenzjali.

25 min: “Ngħarrfu l-​Isem Divin.”h Uża l-​mistoqsijiet provduti. Meta tikkunsidra paragrafu 4, inkludi kummenti mill-​kaxxa “Making Known the Name of God”, f’paġna 124 tal-​ktieb Proclaimers. Ħejji pubblikatur kapaċi biex jagħti preżentazzjoni taʼ żjara lura. Uża żewġ jew tliet skritturi mill-​ktieb Reasoning, paġni 196-7, u uri għala huwa importanti li nkunu nafu u nużaw l-​isem persunali t’Alla.

Għanja 197 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

d Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

e Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

f Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

g Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

h Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja