Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 8 taʼ Settembru
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jirrivedi n-noti tiegħu tal-programm taʼ l-assemblea tas-circuit tas-sena taʼ servizz li għaddiet bil-lest għal-Laqgħa tas-Servizz tal-ġimgħa d-dieħla. Uża s-suġġeriment f’paġna 4, u ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat it-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Settembru flimkien maʼ kopja taʼ Stenbaħ! Uri kif student jew ġenitur jagħti xiehda lil għalliem.
10 min: Ittra mill-Fergħa. Diskussjoni bejn pubblikatur li ilu fil-verità, preferibbilment anzjan, u pubblikatur iżgħar. Il-pubblikatur iż-żgħir jistaqsi lill-pubblikatur b’esperjenza jekk rax l-ittra mibgħuta mill-uffiċċju tal-fergħa fil-Ministeru tas-Saltna. Il-pubblikatur b’esperjenza jispjega li l-ittra mill-fergħa kienet artiklu speċjali fil-Ministeru tas-Saltna matul is-snin 60 u 70. Huma mbagħad jiddiskutu l-ittra fl-ewwel paġna billi jenfasizzaw il-punti importanti.
25 min: “Żgħażagħ—Aħżnu Teżor Sabiħ għal li Ġej.”a Trid tingħata minn anzjan, billi juża l-mistoqsijiet provduti. Meta tkun qed tiddiskuti paragrafu 5, enfasizza l-ferħ u l-barkiet li jiġu mis-servizz full-time.
Għanja 170 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 15 taʼ Settembru
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
10 min: “Nistudjaw il-Ktieb Qim lil Alla.” Taħdita mogħtija minn indokratur taʼ l-istudju tal-ktieb. Iġbed l-attenzjoni lejn l-iskeda taʼ l-istudju. Meta tkun qed tiddiskuti r-rabaʼ paragrafu, inkludi kummenti fuq il-ktieb Ministry School, paġna 28, paragrafu 1, u paġna 70.
25 min: “Afda f’Jehovah, u Agħmel it-Tajjeb.” (Salm 37:3) Diskussjoni maʼ l-udjenza bbażata fuq il-mistoqsijiet li ġejjin; dawn jenfasizzaw punti prinċipali tal-programm taʼ l-assemblea tas-circuit għas-sena taʼ servizz li għaddiet. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw ukoll kif kienu kapaċi japplikaw il-punti prinċipali b’mod individwali jew bħala membri tal-familja. Tkellem dwar dawn il-partijiet tal-programm: (1) “Nuru Fiduċja f’Jehovah.” Għala huwa importanti li f’kull aspett tal-ħajja turi fiduċja f’Jehovah? (it-2 pġ. 521) Kif jistaʼ jgħinna l-Watch Tower Publications Index? (2) “Għasses Kontra l-Frugħat tal-Ħajja.” (Koħ. 2:4-8, 11) Kontra liema xogħlijiet fiergħa rridu nħarsu lilna nfusna, u kif nistgħu nagħmlu dan? (3) “Aħarbu l-Ħażen, Agħmlu l-Ġid.” Għala huwa vitali li nobdu l-livelli taʼ Jehovah? (Is. 5:20) B’liema xogħlijiet tajbin għandna nkunu medhijin? (4) “Inżommu l-Fiduċja Tagħna f’Jehovah.” X’se jgħinna nżommu sod meta niltaqgħu maʼ provi u tentazzjonijiet? Għala għandu mnejn ikollna nħallu xi affarijiet f’idejn Jehovah? (5) “Se Tkun Tixraqlek is-Saltna t’Alla?” (Kol. 1:10) Liema eżempji Bibliċi jqanqluna nkomplu nimxu kif jixraq lil Jehovah? (6) “Afda fil-Wegħdi taʼ Jehovah.” Il-fatt li nagħmlu dan kif se jeffettwa lil ħajjitna?
Għanja 58 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 22 taʼ Settembru
10 min: Avviżi lokali. Billi tuża s-suġġerimenti f’paġna 4, ħejji żewġ turijiet separati taʼ kif jiġu preżentati t-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 t’Ottubru u Stenbaħ! tat-8 t’Ottubru. Uri kif anzjan u pubblikatur mhux f’saħħtu jagħtu xiehda bit-telefon.
15 min: Kif Morna s-Sena l-Oħra? L-indokratur tas-servizz jgħaddi l-punti importanti tar-rapport tal-kongregazzjoni għas-sena taʼ servizz 2003. Faħħar lill-kongregazzjoni għax-xogħol tajjeb li wettqet. Inkludi punti xierqa mill-aħħar rapport mogħti mill-indokratur tas-circuit. Semmi xi mira jew tnejn li jistgħu jintlaħqu fis-sena li ġejja.
20 min: Huma r-Reliġjonijiet Kollha Aċċettati minn Alla? Diskussjoni maʼ l-udjenza, ibbażata fuq il-ktieb Reasoning. Iddiskuti kif għandek tirraġuna maʼ xi ħadd fuq dan il-punt. (rs pġi. 322-3) Enfasizza ftit mill-modi kif ir-reliġjon it-tajba tistaʼ tiġi identifikata. (rs pġi. 328-30) Il-ministeru tagħna jgħin lil ħaddieħor biex jagħżel it-tip taʼ qima li hija aċċettata minn Alla.—Kol. 1:9, 10.
Għanja 39 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 29 taʼ Settembru
10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Settembru. Semmi l-offerta tal-letteratura għal Ottubru. Ħejji turija qasira taʼ kif jinbeda studju tal-Bibbja billi jintuża l-browxer X’Jirrikjedi.
15 min: Bżonnijiet lokali.
20 min: “Ilbsu l-Umiltà.”b Ipprova qanqal lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw kif jiġu applikati l-iskritturi.
Għanja 224 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 6 t’Ottubru
10 min: Avviżi lokali. Dan ix-xahar qed nagħmlu sforz speċjali biex nibdew studji tal-Bibbja. Irrivedi fil-qosor paġna 1, paragrafu 1, tal-Ministeru tas-Saltna taʼ Mejju 2002.
15 min: “Kun Ċert li Tpoġġi l-Affarijiet l-Iktar Importanti l-Ewwel!” Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza, ibbażata fuq l-artiklu mit-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Settembru, 1998, paġna 19-21. Semmi d-dati taʼ l-okkażjonijiet teokratiċi preparati għall-ftit xhur li ġejjin, u ħeġġeġ lil kulħadd biex jimmarka dawn id-dati fuq il-kalendarju tiegħu. Stieden lill-udjenza biex tikkummenta dwar x’tagħmel biex tevita li titlef mill-provvedimenti spiritwali.
20 min: Kif Tieqaf Sod lill-Pressjoni minn taʼ Madwarek. Intervista lil xi anzjan jew qaddej ministerjali li trabba ġo familja Kristjana. Irreferi għal punti magħżulin mit-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Frar, 2003. X’tip taʼ pressjoni ffaċċja l-ħu fl-iskola? (pġ. 24 par. 3; pġ. 25 pari. 4-5) Iffaċċja hu xi influwenza minn ħaddieħor li għamlet il-ħsara? (pġ. 26 pari. 4-6) Bħala adult, għadu jiffaċċja pressjoni minn taʼ madwaru? X’għenu biex jirreżisti l-pressjoni li jkun bħall-oħrajn? Ikkonkludi b’taħdita qasira fuq it-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 t’Awissu taʼ l-1999, paġni 24-5, u enfasizza l-benefiċċji taʼ li nikkultivaw sħubija bnina.
Għanja 26 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.