LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/03 p. 3
  • Nistudjaw il-Ktieb Qim lil Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nistudjaw il-Ktieb Qim lil Alla
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Materjal Simili
  • Ibbenefika mill-Istudju tal-Ktieb Ersaq Qrib Lejn Jehovah
    Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Uża l-Ktieb Qim lil Alla biex Tikkonduċi Studji tal-Bibbja
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Ingawdu l-Istudju tal-Ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • L-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni—Għala Għandna Bżonnu
    Il-Ministeru tas-Saltna—2004
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 9/03 p. 3

Nistudjaw il-​Ktieb Qim lil Alla

Qim lill-​Uniku Alla Veru huwa disinjat biex jiġi studjat maʼ wħud ġodda wara li jkunu studjaw il-​ktieb Għarfien. Peress li se nistudjaw din il-​pubblikazzjoni fl-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni se niġu mħarrġin kif għandna nużaw din l-​għodda fil-​ministeru u se nkunu nistgħu nkabbru iktar l-​imħabba u l-​apprezzament tagħna għal Jehovah u l-​organizzazzjoni tiegħu. Kif nistgħu nibbenefikaw bi sħiħ mill-​istudju tagħna tal-​ktieb Qim lil Alla?

Waqt l-​Istudju: Ladarba se nikkunsidraw kapitlu sħiħ kull ġimgħa, l-​indokraturi taʼ l-​istudju tal-​ktieb iridu jqassmu l-​ħin bil-​għaqal. Fl-​ewwel ftit paragrafi huma jridu jibqgħu għaddejjin bl-​istudju sabiex iħallu iktar ħin għall-​materjal iktar importanti, li ġeneralment jidher iktar ’il quddiem fl-​artiklu. Jekk fl-​aħħar taʼ kull studju tiddiskutu fil-​qosor il-​kaxxa għal reviżjoni, dawk kollha preżenti se jkunu jistgħu jżommu iktar f’moħħhom il-​punti prinċipali.

Kważi nofs il-​kapitli li jinsabu fil-​ktieb Qim lil Alla fihom mistoqsijiet li huma mdaħħlin iktar ’il ġewwa mill-​paragrafi l-​oħrajn biex issir meditazzjoni u diskussjoni fuqhom. Eżempju taʼ dan jistaʼ jidher f’paġni 48-9. M’hemmx għalfejn li dawn il-​mistoqsijiet jinqraw flimkien mal-​paragrafi. Meta jkun qed jikkunsidrahom mal-​grupp, l-​indokratur għandu jara li jinqraw u jiġu diskussi l-​iskritturi ċitati skond kif jippermetti l-​ħin.

Preparazzjoni minn Qabel: Biex nippreparaw sew għall-​istudju rridu iktar milli sempliċement nimmarkaw it-​tweġiba. Hemm bżonn taʼ meditazzjoni bit-​talb fuq l-​iskritturi ċitati sabiex mhux biss nippreparaw il-​kummenti imma, iktar importanti minn hekk, nippreparaw qalbna. (Esd. 7:​10, Saydon) Ilkoll kemm aħna nistgħu nagħtu sehemna biex inqawwu ’l xulxin billi nikkummentaw imma fl-​istess ħin bil-​modestja ma niħdux id-​diskussjoni f’idejna.—Rum. 1:​11, 12.

Meta nistudjaw il-​ktieb Qim lil Alla se niġu megħjunin nersqu lejn Jehovah u se nitħejjew biex ngħinu lil dawk taʼ qalb onesta sabiex jingħaqdu magħna fil-​qima lejh. (Salm 95:6; Ġak. 4:8) Jalla lkoll kemm aħna nibbenefikaw għalkollox minn dan il-​provvediment spiritwali mill-​aqwa.

[Kaxxa f’paġna 3]

Qim lill-​Uniku Alla Veru

Skeda taʼ l-​Istudju għall-​2003

Ott.20:kap. 1

27:kap. 2

Nov. 3:kap. 3

10:kap. 4

17:kap. 5

24:kap. 6

Diċ. 1:kap. 7

8:kap. 8

15:kap. 9

22:kap. 10

29:kap. 11

Skeda taʼ l-​Istudju għall-​2004

Jan. 5:kap. 12

12:kap. 13

19:kap. 14

26:kap. 15

Frar 2:kap. 16

9:kap. 17

16:kap. 18

23:kap. 19

Mar. 1:kap. 20

8:kap. 21

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja