LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/04 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 12 taʼ Jannar
  • Ġimgħa li Tibda 19 taʼ Jannar
  • Ġimgħa li Tibda 26 taʼ Jannar
  • Ġimgħa li Tibda 2 taʼ Frar
Il-Ministeru tas-Saltna—2004
km 1/04 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 12 taʼ Jannar

Għanja 224

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Uża s-​suġġeriment f’paġna 4, u ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Jannar flimkien maʼ ħarġa kurrenti taʼ Stenbaħ! Minkejja li ssir preżentazzjoni fuq it-​Torri taʼ l-​Għassa biss, iż-​żewġ rivisti għandhom jiġu offruti flimkien.

15 min: “Il-​Valur li ma Bħalu taʼ l-​Għerf Divin.”a Skond kif jippermetti l-​ħin, stieden lill-​udjenza biex tikkummenta fuq l-​iskritturi ċitati.

20 min: Pubblikazzjonijiet Ġodda li Ħadna Pjaċir Nirċievu! Diskussjoni maʼ l-​udjenza. Kemm ħadna pjaċir li rċivejna żewġ pubblikazzjonijiet ġodda fil-​Konvenzjoni Distrettwali “Agħtu Glorja lil Alla.” “See the Good Land” (Ara l-​Art Tajba) huwa differenti minn kwalunkwe pubblikazzjoni oħra li tinsab fil-​librerija tagħna. Kull darba li ddawwar paġna se tieħu fehma ġdida dwar xi aspett differenti taʼ l-​Art Imwiegħda. Uri xi dettalji li jidhru fuq diversi mapep. Issuġġerixxi modi prattiċi kif tistaʼ tintuża din il-​pubblikazzjoni. Learn From the Great Teacher (Tgħallem mill-​Għalliem il-​Kbir) se jtejjeb is-​saħħa spiritwali tat-​tfal tagħna. Semmi xi ftit mis-​suġġetti f’waqthom li jiddiskuti l-​ktieb billi turi kif il-​ġenituri u t-​tfal jistgħu jibbenefikaw. Stieden lill-​udjenza tikkummenta dwar kif qed tuża dawn il-​pubblikazzjonijiet ġodda b’mod effettiv.

Għanja 186 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 19 taʼ Jannar

Għanja 95

5 min: Avviżi lokali.

10 min: Kaxxa għall-​Mistoqsija. Taħdita minn anzjan.

15 min: Bżonnijiet lokali.

15 min: “Kif Nistgħu Ngħinu lil Imseħbin li M’Humiex Xhieda?”b Intervista lil wieħed jew tnejn li saru qaddejja taʼ Jehovah minħabba l-​eżempju mill-​aħjar li taw is-​sieħeb jew is-​sieħba tagħhom fiż-​żwieġ li kienu aċċettaw il-​verità.

Għanja 73 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 26 taʼ Jannar

Għanja 158

12 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapporti tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Jannar. Uża ssuġġerimenti f’paġna 4, u ħejji turija taʼ kif jiġu preżentati t-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Frar u Stenbaħ! tat-​8 taʼ Frar. F’kull turija, iż-​żewġ rivisti għandhom jiġu offruti flimkien, avolja tiġi preżentata waħda biss. F’waħda mill-​preżentazzjonijiet, uri kif ir-​rivisti jistgħu jiġu offruti lil xi ġâr.

15 min: Applika l-​Kelma t’Alla f’Ħajtek Kuljum. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex juża tajjeb il-​ktejjeb Neżaminaw l-​Iskrittura Kuljum​—2004. Iddiskuti kummenti mid-​daħla, paġni 3-4. Staqsi lil dawk fl-​udjenza liema hu l-​ħin li personalment isibuh l-​aħjar biex jikkunsidraw l-​iskrittura tal-​jum. Iddiskuti l-​iskrittura u l-​kummenti tal-​ġurnata mal-​kongregazzjoni. Stieden lill-​udjenza biex tikkummenta fuq kif nistgħu napplikaw l-​informazzjoni b’mod prattiku. Inkuraġġixxi lil kulħadd sabiex jieħu ftit ħin kuljum biex jaħseb dwar kif jistaʼ japplika l-​materjal meta jkun qed jiddiskuti l-​iskrittura kuljum.

18 min: Nikkultivaw Ħbiberiji maʼ Sħabna fit-​Twemmin. (Prov. 18:24; 27:9) Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​ 1 taʼ Diċembru, 2000, paġni 22-3. Waħda mill-​barkiet tal-​qima vera hi l-​opportunità li nagħmlu ħbieb veri. Is-​sħubija tagħna fil-​laqgħat, fis-​servizz taʼ l-​għalqa, u f’okkażjonijiet oħra hija sors kbir taʼ inkuraġġiment. Kif nistgħu nikkultivaw ħbiberiji m’oħrajn fil-​kongregazzjoni? Irrivedi l-​kaxxa “Sitt Punti għal Ħbiberija Dejjiema,” u stieden lill-​udjenza biex tikkummenta fuq kif kull punt jistaʼ jiġi applikat fil-​mod kif nittrattaw maʼ ħutna.

Għanja 177 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 2 taʼ Frar

Għanja 204

10 min: Avviżi lokali. Semmi lofferta taʼ letteratura għal Frar. Irrivedi l-​preżentazzjonijiet biex noffru l-​browxer X’Jirrikjedi li jidhru fl-​insert tal-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 2002.

20 min: “Qis Sewwa Kif Tuża l-Ħin Tiegħek.”c Stieden lill-​udjenza biex tikkummenta fuq dak li tagħmel sabiex ma tħallix attivitajiet mhux essenzjali jfixklu l-​attivitajiet spiritwali tagħha.

15 min: Ixbah lil Pawlu Bħalma Hu Kien Jixbah lil Kristu. (1 Kor. 11:1) Diskussjoni maʼ l-​udjenza. Bħal Ġesù, Pawlu ħa vantaġġ mill-​opportunitajiet biex jagħti xiehda lil ‘dawk li kienu jinzertaw’ fejn kien hu. (Atti 17:17) Liema opportunitajiet hemm biex nagħmlu dan fit-​territorju tagħna? Min huma dawk li “jinzertaw” li jkunu hemm meta mmorru nixtru, inkunu x-​xogħol jew l-​iskola, jew meta nużaw it-​trasport pubbliku? Maʼ min nistgħu niltaqgħu meta nkunu d-​dar? Stieden lill-​uħud fl-​udjenza biex jirrakkontaw esperjenzi li kellhom meta taw xiehda lil uħud li ltaqgħu magħhom f’attivitajiet taʼ kuljum.

Għanja 151 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja