LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/04 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 14 taʼ Ġunju
  • Ġimgħa li Tibda 21 taʼ Ġunju
  • Ġimgħa li Tibda 28 taʼ Ġunju
  • Ġimgħa li Tibda 5 taʼ Lulju
Il-Ministeru tas-Saltna—2004
km 6/04 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 14 taʼ Ġunju

Għanja 168

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Uża s-​suġġerimenti f’paġna 4 (jekk japplikaw fit-​territorju tagħkom), biex turi kif tippreżenta t-​Torri taʼ lGħassa tal-​15 taʼ Ġunju flimkien maʼ ħarġa reċenti taʼ Stenbaħ! Iż-​żewġ rivisti għandhom jiġu offruti flimkien, avolja titkellem fuq waħda minnhom biss. Fil-​preżentazzjoni, il-​pubblikatur ikun qed jagħti xiehda f’territorju tan-​negozju.

20 min: “Jehovah Jgħin lil Dawk li Jafdaw Fih.”* Meta tiddiskuti paragrafu 4, inkludi xi kummenti mill-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Mejju 2000, paġna 3, paragrafi 3-4, u l-​ktieb Ministry School, paġna 67, paragrafu 2.

15 min: Għala Nevitaw l-​Abbuż tad-​Drogi? Diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażata fuq il-​ktieb Reasoning, paġni 106-9. L-​użu tad-​drogi mhux bħala mediċina hu komuni. Ħafna jinsistu li dan l-​użu tad-​drogi ma jagħmilx ħsara; xi wħud saħansitra jissuġġerixxu li jiġi legalizzat. Iddiskuti kif nistgħu nirraġunaw maʼ wħud bħal dawn. Inkludi l-​kummenti fil-​kaxxa f’paġna 10 taʼ Stenbaħ! tat-​8 taʼ Novembru, 1999.

Għanja 179 u talba taʼ għeluq.

Ġimgħa li Tibda 21 taʼ Ġunju

Għanja 29

10 min: Avviżi lokali.

15 min: “L-​Anġli Qed Jgħinuna.”a Skond kemm jippermetti l-​ħin, stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw fuq liskritturi ċitati.

20 min: L-​Għerf li Ġej mis-​Sema Hu Raġunevoli. (Ġak. 3:​17) Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażati fuq il-​ktieb Ministry School, paġni 251-2. Xi jfisser li tkun raġunevoli? Dan għala hu importanti għall-​ministeru tagħna? X’nistgħu nitgħallmu mill-​eżempju taʼ l-​appostlu Pawlu? Il-​pubblikaturi kif jistgħu jqisu minn liema ambjent ġejjin in-​nies li jgħixu fit-​territorju lokali? Kif nistgħu ngħinu lill-​istudenti tal-​Bibbja jkunu raġunevoli? Ipprepara bil-​quddiem biex wieħed jew tnejn mill-​aħwa jirrakkontaw esperjenzi li juru l-​benefiċċji li jistgħu jinkisbu milli nkunu raġunevoli meta nkellmu lin-​nies.

Għanja 53 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 28 taʼ Ġunju

Għanja 139

12 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jagħmlu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għax-​xahar taʼ Ġunju. Uża s-​suġġerimenti f’paġna 4 (jekk japplikaw għat-​territorju tagħkom), ħejji turija taʼ kif jistgħu jiġu preżentati t-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Lulju u Stenbaħ! tat-​8 taʼ Lulju. Fiż-​żewġ każi, qabbad lil pubblikatur biex jibda l-​konversazzjoni b’xi kumment dħuli. Semmi li b’hekk jistaʼ jserraħ moħħ l-​inkwilin u dan ikun iktar lest li jismaʼ.

15 min: Bżonnijiet lokali.

18 min: “L-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni​—Għala Għandna Bżonnu.”b Uża lmistoqsijiet li huma provduti. Inkludi kummenti mill-​artiklu “Għin lill-​Indokratur taʼ l-​Istudju tal-​Ktieb Tiegħek,” li deher f’paġna 1 tal-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Novembru 2002.

Għanja 20 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 5 taʼ Lulju

Għanja 3

10 min: Avviżi lokali.

20 min: Kieku Int X’Tgħid? Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza. Matul Lulju u Awissu se noffru l-​browxers. Il-​pubblikaturi liema browxers sabu li huma effettivi fit-​territorju lokali? Irrivedi l-​preżentazzjonijiet suġġeriti fil-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Lulju 1998, paġna 8, jew f’ħarġiet antiki oħra. Enfasizza li kull preżentazzjoni tinkludi (1) mistoqsija, (2) skrittura, u (3) punt li int tistaʼ tirreferi għalih fil-​browxer. Għamel turija jew tnejn taʼ dawn il-​preżentazzjonijiet. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex juża l-​Bibbja meta jkun qed jippreżenta l-​aħbar tajba.

15 min: Ix-​Xena taʼ din id-​Dinja Qed Tinbidel (1 Kor. 7:​31, NW). Taħdita minn anzjan. Meta Kristjan ikun qed jikkunsidra li jmur joqgħod f’pajjiż ieħor għal raġunijiet ekonomiċi liema fatturi għandu jaħseb u jitlob dwarhom? (w91-E 4/1 pġi. 26-9; g02-E 1/22 pġ. 10) Sew jekk aħna miżżewġin u sew jekk le, jeħtieġ li noqogħdu attenti meta nieħdu deċiżjonijiet bħal dawn. Inkludi kummenti mit-​Torri taʼ l-​Għassa, tal-​15 taʼ Ġunju, 2001, pġi. 6-7.

Għanja 65 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja