LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/05 p. 6
  • Ipprova Uża Metodu Addattabbli

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ipprova Uża Metodu Addattabbli
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Materjal Simili
  • Suġġerimenti taʼ Preżentazzjonijiet għas-Servizz taʼ l-Għalqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Ejja ‘Ngħidu li Għandna Ngħidu!’
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Qed Tużahom Dawn il-Browxers?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Nippreżentaw L-Aħbar Tajba B’Attitudni Pożittiva
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 1/05 p. 6

Ipprova Uża Metodu Addattabbli

Interess sinċier fin-​nies se jqanqalna biex nipprovaw nagħrfu x’inhuma l-​bżonnijiet tagħhom u nuruhom kif is-​Saltna se ssolvi darba għal dejjem il-​problemi li jiffaċċjaw. (Flp. 2:4) Metodu addattabbli li ħafna pubblikaturi jsibu effettiv hu li jistiednu lill-​inkwilin biex jikkumenta dwar stampi taʼ xeni tal-​Ġenna taʼ l-​art li hemm fil-​pubblikazzjonijiet tagħna, bħal dawk imsemmijin fil-​kolonna fuq il-​lemin taʼ din il-​paġna. Forsi tistaʼ tagħmel dan billi tuża waħda minn dawn l-​introduzzjonijiet:

◼ “Taħseb li qatt se naraw il-​familja umana tgawdi l-​kundizzjonijiet li jidhru hawnhekk?”

◼ “Ilkoll kemm aħna nixtiequ li wliedna jkunu jistgħu jgawdu l-​kwalità taʼ dinja li tidher hawnhekk. X’taħseb li hemm bżonn sabiex dan iseħħ?”

◼ “Din hija stampa taʼ kif se tkun tidher l-​art meta r-​rieda t’Alla sseħħ fuq l-​art kif inhi fis-​sema. Qed tinnota xi ħaġa li hi differenti minn kif inhi l-​ħajja llum?”

◼ “Tixtieq tgħix fil-​kundizzjonijiet li jidhru hawnhekk? [Agħti ċans għal tweġiba.] Taħseb li dan se jseħħ matul ħajjitna?”

Ismaʼ sew it-​tweġiba taʼ l-​individwu, u sir af il-​ħarsa tiegħu billi bil-​ħlewwa tistaqsih xi mistoqsija oħra. Jekk xi wħud iwieġbu li ma jixtiqux jgħixu fil-​kundizzjonijiet li jidhru fl-​istampa jew li ma jemmnux li ħaġa bħal din hija possibbli, tkunx ħafif biex tikkonkludi li m’humiex interessati. Bit-​tattika staqsi għala jħossuhom hekk. Il-​kummenti tagħhom forsi jikxfu interess profond dwar il-​problemi li qed tiffaċċja l-​umanità u li donnu m’hemmx soluzzjoni għalihom.​—Eżek. 9:4.

Hekk kif issir taf x’inhu dak li jinkwieta lill-​inkwilin, addatta l-​preżentazzjoni tiegħek fi qbil maʼ dan. Enfasizza l-​aspett tal-​messaġġ tas-​Saltna li l-​iktar jittratta l-​bżonnijiet tiegħu. Urih skrittura jew tnejn li għandhom x’jaqsmu mal-​kwistjoni li tikkonċernah. (Ara xi suġġerimenti fil-​kolonna fuq il-​lemin.) Ħallih jara b’għajnejh stess xi tgħid il-​Kelma t’Alla. Jekk juri interess, offri l-​pubblikazzjoni u agħmel appuntament għal żjara lura. Kompli żviluppa l-​interess tiegħu dwar dak li tkellimtu fil-​bidu.

[Kaxxa f’paġna 6]

Eżempji taʼ Xeni tal-​Ġenna taʼ l-​Art

Il-​ktieb Għalliem: paġni 251-4

Il-​ktieb Għarfien: paġni 4-5, 188-9

Il-​browxer X’Jirrikjedi​: paġni 11, 13

Il-​ktieb Qim lil Alla: paġni 92-3

[Kaxxa f’paġna 6]

Affarijiet li Jinkwetaw lin-​Nies

Dipressjoni

Salm 34:9 [Salm 34:8, NW];

Isaija 65:​17-​19

Djar, problemi ekonomiċi

Isaija 65:​21, 22

Falliment morali

2 Timotju 3:​1-5

Faqar, oppressjoni

Salm 72:​12-​14;

Koħèlet 8:9

Gvernijiet inefettivi

Salm 146:​3, 4;

Danjel 2:​44

Gwerra, terroriżmu

Salm 46:​9, 10 [Salm 46:​8, 9, NW];

Mikea 4:​3, 4

Korruzzjoni, inġustizzja

Isaija 9:​6, 7;

2 Pietru 3:​13

Kriminalità, vjolenza

Salm 37:​10, 11;

Proverbji 2:​21, 22

Maltrattament taʼ l-​annimali

Proverbji 12:10

Mard, diżabilità

Isaija 33:24; 35:​5, 6

Mewt, niket

Isaija 25:8;

Rivelazzjoni 21:​3, 4

Nuqqas taʼ ikel, malnutrizzjoni

Salm 72:16;

Isaija 25:6

Preġudizzju, nuqqas t’ugwaljanza

Isaija 11:​3-5;

Atti 10:​34, 35

Rovina taʼ l-​art

Rivelazzjoni 11:18

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja