LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/12 pp. 1-2
  • Qed Tużahom Dawn il-Browxers?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qed Tużahom Dawn il-Browxers?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-Bibbja​—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
  • Ktieb għan-Nies Kollha
  • Int Tistaʼ Tkun il-Ħabib t’Alla!
  • Għandek Int Temmen fit-Trinità?
  • The Origin of Life​—Five Questions Worth Asking
  • Se Noffru Browxer Ġdid!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Kif Tuża Aħbar Tajba Mingħand Alla!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Imita Lil Jehovah Billi Turi Tħassib Ġenwin Lejn Oħrajn
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Ipproklama L-Aħbar Tajba Tas-Saltna Bil-Brochures
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2012
km 1/12 pp. 1-2

Erfgħu

Qed Tużahom Dawn il-​Browxers?

Il-Bibbja​—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?

Imħejji biex jinteressa lil dawk li ftit li xejn jafu dwar il-​Bibbja, speċjalment dawk f’reliġjonijiet mhux Kristjani

Kif tistaʼ toffrih: “Nixtiequ l-​opinjoni tiegħek dwar dak li hawn miktub fil-​Bibbja (jew f’dan il-​ktieb qaddis). [Aqra Salm 37:11, li hu msemmi f’sezzjoni 11.] Kif taħseb li se tkun id-​dinja meta titwettaq din il-​profezija? [Agħti ċans għal tweġiba.] Dan hu eżempju tat-​tama u l-​faraġ li n-​nies taʼ kull kultura u twemmin jistgħu jiksbu mill-​Bibbja.” Aqra l-​paragrafu fin-​naħa taʼ fuq taʼ paġna 3, u offri l-​browxer.

Tistaʼ tipprova dan: Jekk qed tikkonduċi studju tal-​Bibbja fil-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem? maʼ persuna li għandha reliġjon mhix Kristjana, uża ftit minuti fil-​bidu jew fl-​aħħar taʼ kull studju biex tikkunsidra sezzjoni minn dan il-​browxer biex lill-​persuna tagħtiha ħarsa ġenerali tal-​Bibbja.

Ktieb għan-Nies Kollha

Imħejji biex jinteressa lil nies t’edukazzjoni li ma tantx jafu dwar il-​Bibbja

Kif tistaʼ toffrih: Aqra t-​2 Timotju 3:16, 17. Imbagħad għid: “Taqbel maʼ dan, li l-​Bibbja hi ispirata minn Alla? Jew taħseb li hi biss ktieb tajjeb? [Agħti ċans għal tweġiba.] Il-​biċċa l-​kbira min-​nies għandhom opinjoni dwar din il-​mistoqsija, imma sibna li ftit fil-​fatt eżaminaw il-​Bibbja huma nfushom. [Aqra l-​esperjenza taħt it-​titlu f’paġna 3.] Dan il-​browxer interessanti fih raġunijiet tajbin biex nies minn kull sfond u twemmin jikkunsidraw x’fiha l-​Bibbja.”

Tistaʼ tipprova dan: Jekk l-​inkwilin jaċċetta l-​browxer, għid: “Raġuni waħda għala ħafna nies jaħsbu li mhuwiex importanti li jaqraw il-​Bibbja hi għax ir-​reliġjon irrappreżentat ħażin lill-​Bibbja u t-​tagħlim tagħha. Meta nerġaʼ niġi, nixtieq nagħtik eżempju taʼ dan.” Meta terġaʼ tmur, ikkunsidra ftit mill-​informazzjoni minn paġni 4-​5.

Int Tistaʼ Tkun il-Ħabib t’Alla!

Imħejji biex jinteressa lil dawk li għandhom ftit edukazzjoni jew li ma tantx jafu jaqraw

Kif tistaʼ toffrih: “Taħseb li hu possibbli għalina li nsiru ħbieb t’Alla? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Ġakbu 2:23.] Dan il-​browxer ġie mħejji biex jgħinna nsiru ħbieb t’Alla, bħalma kien Abraham.”

Tistaʼ tipprova dan: Fl-​ewwel żjara jew fiż-​żjara lura, uri kif isir studju tal-​Bibbja billi tiddiskutu flimkien lezzjoni 1 kollha jew parti minnha.

Għandek Int Temmen fit-Trinità?

Imħejji biex jinteressa lil dawk li jemmnu fit-​Trinità u li jixtiequ jkunu jafu l-​verità dwar Alla, Ibnu, u l-​ispirtu qaddis.

Kif tistaʼ toffrih: “Ħafna nies sinċieri ġew mgħallmin jemmnu fit-​Trinità, però jsibuha diffiċli ferm biex jifhmuha. Int hekk tħossok? [Agħti ċans għal tweġiba, imbagħad aqra Ġwanni 17:3] Innota li dan il-​vers jgħid li l-​futur kollu tagħna jiddependi milli nkunu nafu n-​natura vera t’Alla. Dan il-​browxer jeżamina t-​Trinità b’dettall kbir minn ħarsa storika u fi qbil maʼ dak li tgħid il-​Bibbja.” Aqra l-​aħħar paragrafu fis-​sezzjoni “Għandek Temminha?” f’paġna 3, u offri l-​browxer.

Tistaʼ tipprova dan: Meta tagħmel żjara lura lil xi ħadd li aċċetta l-​browxer, iddiskuti l-​ewwel tliet paragrafi f’paġna 30. Imbagħad introduċi l-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem?

The Origin of Life​—Five Questions Worth Asking

Imħejji għal żgħażagħ Kristjani li fl-​iskola qed jiġu mgħallmin l-​evoluzzjoni u hu t’għajnuna wkoll biex nirraġunaw m’evoluzzjonisti, anjostiċi, u atei (Dan il-​browxer mhuwiex imħejji biex jitqassam minn dar għal dar.)

Kif nistgħu nużawh meta nkellmu lil evoluzzjonista jew ateu: “Tistaʼ tgħid li llum il-​kotba tax-​xjenza kollha jgħallmu l-​evoluzzjoni. Int temmen li l-​evoluzzjoni hija teorija, jew taħseb li issa ġiet stabbilita bħala fatt? [Agħti ċans għal tweġiba.] Biex tieħu deċiżjoni bbażata fuq l-​informazzjoni, żgur li taqbel li għandna neżaminaw iż-​żewġ naħat taʼ kwistjoni. Dan il-​browxer jiddiskuti ftit mill-​evidenza li wasslet lil ħafna biex jemmnu li l-​ħajja ġiet maħluqa.”

Tistaʼ tipprova dan: Jekk tmur l-​iskola, ħalli l-​browxer fuq id-​desk tiegħek u ara jekk tqajjimx il-​kurżità taʼ xi ħadd minn sħabek tal-​klassi.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja