LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/10 p. 2
  • Se Noffru Browxer Ġdid!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Se Noffru Browxer Ġdid!
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Materjal Simili
  • Kif Tuża Aħbar Tajba Mingħand Alla!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Imita Lil Jehovah Billi Turi Tħassib Ġenwin Lejn Oħrajn
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Qed Tużahom Dawn il-Browxers?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Ipproklama L-Aħbar Tajba Tas-Saltna Bil-Brochures
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2010
km 10/10 p. 2

Se Noffru Browxer Ġdid!

1. X’se noffru matul Novembru, u x’inhu l-​iskop taʼ din il-​pubblikazzjoni?

1 Fil-​Konvenzjoni Distrettwali tagħna tal-​2009 “Ibqaʼ Għassa!” ħareġ browxer ġdid jismu Il-​Bibbja—X’Inhu l-​Messaġġ Tagħha? Matul Novembru, il-​kongregazzjonijiet madwar id-​dinja se joffruh għall-​ewwel darba. Din il-​pubblikazzjoni kif se tkun taʼ benefiċċju għan-​nies fit-​territorju tagħna? Ħafna nies, speċjalment dawk li huma f’reliġjonijiet mhux Kristjani, jafu ftit li xejn dwar il-​Bibbja. Għalhekk, il-​browxer jispjega f’paġna 3 li hu mħejji biex jagħti “għarfien bażiku dwar dak li hemm fil-​Bibbja.”

2. Kif nistgħu noffru l-​browxer?

2 Kif Tistaʼ Toffrih: Nistgħu ngħidu xi ħaġa hekk: “Nixtiequ l-​opinjoni tiegħek fuq dan. [Aqra t-​2 Timotju 3:16.] Ħafna li nitkellmu magħhom jaqblu maʼ dan il-​kliem; oħrajn iħossu li l-​Bibbja mhi xejn għajr ktieb tajjeb. Int x’taħseb dwar il-​Bibbja? [Agħti ċans għal tweġiba.] Hu x’inhu t-​twemmin reliġjuż tagħna, hemm raġunijiet tajbin biex neżaminaw il-​Bibbja għalina nfusna. [Aqra l-​paragrafu tal-​ftuħ fin-​naħa taʼ fuq taʼ paġna 3.] Int u taqra s-​sommarju eċċitanti tal-​Bibbja li jinsab f’dan il-​browxer se tiltaqaʼ maʼ xi ħaġa interessanti: Il-​Bibbja għandha tema u messaġġ ġenerali wieħed.”

3. Liema preżentazzjoni oħra nistgħu nużaw, speċjalment f’territorju fejn ħafna min-​nies huma parti minn reliġjon mhix Kristjana?

3 Inkella, speċjalment jekk tkun qed tipprietka fejn hemm ħafna nies li huma parti minn reliġjon mhix Kristjana, tistaʼ tgħid: “Nixtiequ l-​opinjoni tiegħek fuq dan il-​kliem fl-​Iskrittura (jew f’dan il-​ktieb qaddis). [Aqra Salm 37:11.] Kif taħseb li tkun l-​art meta din il-​profezija titwettaq? [Agħti ċans għal tweġiba.] Dan hu eżempju tat-​tama u l-​faraġ li nies taʼ kull kultura u reliġjon jistgħu jirċievu mill-​Bibbja.” Aqra l-​paragrafu fin-​naħa taʼ fuq taʼ paġna 3, u offri l-​browxer.

4. Kif nistgħu nużaw il-​browxer biex nibdew studju tal-​Bibbja?

4 Ibda Studju tal-​Bibbja: Meta nerġgħu nżuru lill-​inkwilin, nistgħu nfakkruh dwar il-​konversazzjoni li kellna d-​darba taʼ qabel u nikkunsidraw paragrafu jew tnejn fuq is-​suġġett li ddiskutejna billi nużaw il-​mistoqsijiet fl-​aħħar tas-​sezzjoni li għażilna. Jew jekk irridu nintroduċu mill-​ewwel il-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem?, nistgħu naqraw mal-​inkwilin il-​qoxra taʼ wara tal-​browxer, nagħtuh il-​ktieb, nistaqsuh liema titlu tal-​kapitli jinteressah, u nikkunsidraw paragrafu jew tnejn minn dak il-​kapitlu flimkien. Jalla lkoll kemm aħna jkollna sehem sħiħ f’li noffru dan il-​browxer matul Novembru!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja