Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fid-29 t’Awissu, 2005. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat taʼ l-4 taʼ Lulju sad-29 t’Awissu, 2005. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi wara l-mistoqsija, ikollok bżonn tagħmel riċerka int innifsek biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Kif tistaʼ tinduna jekk konklużjoni hijiex taʼ tul xieraq? [ht pġ. 80 par. 10-pġ. 81 par. 11]
2. X’jirriżulta jekk iż-żamma tal-ħin ma tingħatax attenzjoni bil-għaqal? [ht pġ. 81 par. 15-pġ. 82 par. 18]
3. Iż-żamma tal-ħin għala hija importanti partikolarment fil-laqgħat tas-servizz u fil-programmi tal-konvenzjoni? [ht pġ. 82 pari. 19-20]
4. Semmi fil-qosor raġuni waħda kif il-kelliemi jistaʼ jaqbeż il-ħin. [ht pġ. 83 pari. 21-2]
5. Wieħed kif jistaʼ jiddetermina jekk il-kelliemi rnexxilux iżomm mal-ħin allokat lilu? [ht pġ. 83 pari. 23-4]
INKARIGU NRU. 1
6. Liema evidenza ċara tixhed dwar il-ġrajja storika taʼ Ġesù? [w03 6/15 pġi. 4-7]
7. Kif jistaʼ “kliem it-tajbin iġib il-ħelsien,” u nisel it-tajbin kif “jibqaʼ sħiħ”? (Prov. 12:6, 7) [w03 1/15 pġ. 30 pari. 1-3]
8. Għalkemm il-Bibbja m’hijiex lista miktuba taʼ xi rridu jew ma rridux nagħmlu, kif nistgħu ‘nifhmu x’inhi r-rieda taʼ Ġeħova’? (Efes. 5:17) [w03 12/1 pġ. 21 par. 3–pġ. 22 par. 3]
9. Liema prinċipji Bibliċi li meta jiġu applikati jistgħu jgħinu lil dak li jkun jissielet mal-faqar jew maʼ ċirkustanzi ekonomiċi mhux favorevoli? [w03 8/1 pġ. 5 pari. 2-5]
10. Kif għandu jeffettwana l-eżempju taʼ Ġeħova għall-fatt li Hu jagħti b’xejn? (Mt. 10:8) [w03 8/1 pġi. 20-2]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. Xi jfissru ż-żewġ kolonni, Ġakin u Bogħaż, li qegħdin fid-daħla tat-tempju mibni minn Salamun? (1 Slat. 7:15-22)
12. Kienet l-għotja taʼ Salamun fi qbil mal-Liġi Mosajka meta ta l-20 belt fl-art tal-Galilija lis-Sultan Ħiram taʼ Tir? (1 Slat. 9:10-13)
13. X’lezzjoni nistgħu nieħdu mid-diżubbidjenza li wera wieħed “bniedem taʼ Alla”? (1 Slat. 13:1-25)
14. Asa s-Sultan taʼ Ġuda kif wera kuraġġ, u x’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju tiegħu? (1 Slat. 15:11-13)
15. Il-ġrajja tas-Sultan Aħab u Nabot kif turi l-periklu taʼ li wieħed jitħassar lilu nnifsu? (1 Slat. 21:1-16)