Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fis-26 taʼ Diċembru, 2005. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tas-7 taʼ Novembru sas-26 taʼ Diċembru, 2005. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi wara l-mistoqsija, ikollok bżonn tagħmel riċerka int innifsek biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Liema pariri jingħataw fuq ilbies u apparenza xierqa? [ht pġ. 89 pari. 19-20]
2. Il-poża kif tistaʼ teffettwa d-dehra persunali taʼ dak li jkun? [ht pġi. 89-90 pari. 22-6]
3. It-tagħmir tagħna għala għandu jkun pulit? [ht pġi. 90-1 pari. 29-31]
4. L-espressjonijiet tal-wiċċ liema parti għandhom fid-dehra tagħna? [ht pġ. 91 pari. 32-4]
5. L-avanz kif jintwera fil-laqgħat? [ht pġ. 92 pari. 3-4]
INKARIGU NRU. 1
6. Ġesù għala jinkorla b’mod ġust, u x’jagħmel? [gt kap. 16]
7. Xi jqanqal iż-żjara taʼ Nikodemu, u għala jiġi bil-lejl? [gt kap. 17]
8. Ġwanni għala jinxteħet il-ħabs? [gt kap. 18]
9. Liema għoti taʼ xiehda twettaq il-mara Samaritana u b’liema riżultat? [gt kap. 19]
10. Ġesù għala jsejjaħ lid-dixxipli tiegħu biex isegwuh, u dawn min huma? [gt kap. 22]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. Jindika l-fatt li David ma tħalliex jibni t-tempju li Ġeħova m’approvax il-gwerer li ġġieled David? (1 Kron. 22:6-10)
12. Fit-talba tiegħu tad-dedikazzjoni tat-tempju, Salamun kif irrikonoxxa li Ġeħova mhux biss jinsab attent għall-bżonnijiet tal-qaddejja tiegħu bħala grupp imma jinsab ukoll attent għas-sitwazzjoni unika taʼ kull individwu li jibżaʼ minnu? (2 Kron. 6:29, 30)
13. X’inhuma “l-allat-mogħoż” li jirreferi għalihom it-2 Kronaki 11:15?
14. Ladarba Bagħsa beda jaħkem “fit-tielet sena taʼ Asa” u dam jaħkem 24 sena biss, kif nistgħu ngħidu fi qbil maʼ dan li Bagħsa telaʼ “kontra Ġuda” fis-“sena sitta u tletin tas-saltna taʼ Asa”? (1 Slat. 15:33; 2 Kron. 16:1)
15. It-2 Kronaki 20:22, 23 kif jagħti stampa ħajja taʼ dak li se jiġrilha dalwaqt id-dinja taʼ Satana?