Fittex lil Dawk li Jistħoqqilhom
1. Kif nuru apprezzament għall-privileġġ li naqdu fil-ministeru?
1 Waqt il-ministeru tiegħu, Ġesù għamel minn kollox biex jagħti faraġ lill-ġwejdin bl-aħbar tajba. (Is. 61:1, 2) Bħala ambaxxaturi u mibgħutin li nissostitwixxu lil Kristu, aħna llum għandna l-privileġġ mill-isbaħ li nimitawh fit-tfittxija tagħna bla heda u bir-reqqa taʼ dawk li jistħoqqilhom fit-territorju tagħna.—Mt. 10:11; 2 Kor. 5:20.
2. Pawlu kif wera li kien lest jadatta ruħu, u b’liema riżultati?
2 Adatta Ruħek: L-appostlu Pawlu kellu d-drawwa li l-ewwel imur f’kull sinagoga biex jipprietka lil-Lhud u l-proseliti. (Atti 14:1) F’Filippi, hu u Sila marru jfittxu n-nies fejn ‘ħasbu li kien hemm post tat-talb.’ Huma bdew ixandru lil grupp taʼ nisa, u waħda minnhom, Lidja, ma damitx m’aċċettat il-verità.—Atti 16:12-15.
3. X’opportunitajiet taʼ servizz nistgħu ngawdu minbarra l-ministeru tagħna minn dar għal dar?
3 Minbarra l-ministeru minn dar għal dar, tistaʼ int tipprietka wkoll lin-nies li ssib f’vendi taʼ trasport, f’ġonna, f’uffiċċji, f’kantunieri taʼ toroq prinċipali, f’postijiet taʼ negozju, u f’ċentri kummerċjali fit-territorju tiegħek? Forsi tistaʼ tagħti xhieda lil dawk li jgħixu f’komunitajiet imdawrin b’kanċelli taʼ sigurtà jew li jgħixu f’appartamenti b’sigurtà sofistikata permezz t’ittri jew bit-telefon. Li tinnota u tadatta ruħek għal sitwazzjonijiet differenti fit-territorju tiegħek se jippermettilek li ‘jkollok ħafna x’tagħmel fix-xogħol tal-Mulej.’—1 Kor. 15:58.
4. X’għażliet oħrajn għandna jekk il-kongregazzjoni tagħna għandha territorju limitat?
4 Ħafna pubblikaturi kellhom l-opportunità li jkabbru l-ministeru tagħhom billi jmorru f’kongregazzjoni oħra f’pajjiżhom stess jew f’pajjiżi oħrajn. Oħrajn tgħallmu lingwa ġdida sabiex jippritkaw lin-nies li ġew minn pajjiż ieħor.
5. X’għandha tkun il-ħarsa tagħna lejn iż-żminijiet li qed ngħixu fihom, u x’għandna nkunu determinati li nagħmlu?
5 Ilkoll kemm aħna għandna nżommu f’moħħna li “l-għalqa hi d-dinja.” (Mt. 9:37; 13:38) Minħabba li t-tmiem taʼ din is-sistema dinjija mill-agħar qiegħed fil-qrib, kull wieħed minna għandu jikkunsidra serjament is-sitwazzjoni, it-talenti, l-opportunitajiet, u l-possibbiltajiet li għandu biex jespandi l-ministeru tiegħu. Ġeħova jiżgurana li jekk inpoġġu l-interessi tas-Saltna l-ewwel, hu se jbierek l-isforzi ġenwini li nagħmlu biex inkabbru l-ministeru tagħna.—Mt. 6:33.