Uża bis-sħiħ il-Kelma t’Alla fil-ministeru tiegħek
Meta xi ħadd jagħtina ċans li ngħidulu bl-aħbar tajba, aħna nagħmlu użu tajjeb minn din l-opportunità u nużaw bis-sħiħ il-Kelma t’Alla billi naqraw skritturi direttament mill-Bibbja. Dan ġie enfasizzat fil-jum t’assemblea speċjali li kellna s-sena li għaddiet. L-indokratur li jżur il-kongregazzjonijiet ta taħdita bit-titlu “Uża bis-Sħiħ il-Kelma t’Alla fil-Ministeru Tiegħek.” Tiftakar il-punti prinċipali?
Il-kelma taʼ Ġeħova għala hi ferm iktar qawwija minn tagħna?—2 Tim. 3:16, 17.
Il-Bibbja kif tqanqal l-emozzjonijiet, issawwar il-ħsieb, tirfina l-motivi, u tħeġġeġ imġiba tajba?—Ara It-Torri tal-Għassa tal-15 taʼ Ġunju 2012, p. 27 para. 7.
Meta naqraw skrittura lil xi ħadd fil-ministeru, kif nistgħu niġbdu l-attenzjoni lejn il-Kelma t’Alla b’mod li tqanqal rispett għaliha?—Ara l-ktieb tal-Iskola tal-Ministeru, p. 148, para. 3-4 u l-Ministeru tas-Saltna taʼ Marzu 2013, p. 6, para. 8.
Għala hu importanti li nispjegaw u nirraġunaw fuq l-iskritturi li naqraw, u kif nistgħu nagħmlu dan?—Atti 17:2, 3; ara l-ktieb tal-Iskola tal-Ministeru p. 154, para. 4 sa p. 156, para. 4.