LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwyp artiklu 3
  • X’Nagħmel Jekk Qbadt il-Vizzju tal-Pornografija?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Nagħmel Jekk Qbadt il-Vizzju tal-Pornografija?
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dak li tistaʼ tagħmel
  • Kif Nistaʼ Nevita l-Pornografija?
    Stenbaħ!—2008
  • Il-Pornografija—Hija l-Pornografija Perikoluża?
    It-Torri tal-Għassa: Il-Pornografija—Hija l-Pornografija Perikoluża?
  • Għala għandek twarrab il-pornografija?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Il-Ħsara li Tikkaġuna l-Pornografija
    Stenbaħ!—2003
Ara Iżjed
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
ijwyp artiklu 3
Żagħżugħ qed jara l-pornografija fuq l-Internet

X’Nagħmel Jekk Qbadt il-Vizzju tal-Pornografija?

Dak li tistaʼ tagħmel

Ifhem eżatt x’inhi l-pornografija. Mhi xejn ħlief tentattiv biex tiġi mbaxxija xi ħaġa li Ġeħova ħalaqha biex tkun onorabbli. Il-fatt li tifhem x’inhi l-pornografija minn dan l-angolu se jgħinek biex ‘tobgħod dak li hu ħażin.’—Salm 97:10.

Aħseb fil-konsegwenzi. Il-pornografija tnaqqas ir-rispett lejn dawk li jkunu fiha. Tbaxxi lil min joqgħod jaraha. Mhux taʼ b’xejn li l-Bibbja tgħid: “Min hu prudenti jara l-gwaj u jinħeba.”—Proverbji 22:3.

Wiegħed lilek innifsek. “Għamilt wegħda solenni li qatt ma nħares b’xenqa lejn tfajla,” qal ir-raġel leali Ġob. (Ġob 31:1, Today’s English Version) Dawn li ġejjin huma xi wħud mill-‘wegħdi solenni’ li tistaʼ tagħmel miegħek innifsek:

  • M’iniex se nuża l-Internet meta nkun waħdi.

  • Meta titfaċċa quddiemi xi xena sesswali sfaċċata se nagħlaqha mill-ewwel.

  • Nitkellem maʼ ħabib matur jekk nerġaʼ naqaʼ fit-tentazzjoni.

Idejn qed jitgħaqqdu f’ħabel

Il-pornografija għandha effett kumulattiv—iktar ma taraha, iktar ikun diffiċli li taqtaʼ l-vizzju

Itlob dwar din il-kwistjoni. Is-salmista talab bil-ħniena lil Alla Ġeħova: “Tħallix lil għajnejja jaraw dak li hu bla siwi.” (Salm 119:37) Alla jridek tirnexxi, u jekk titlob lilu jistaʼ jagħtik is-saħħa biex tagħmel dak li hu tajjeb!—Filippin 4:13.

Tkellem maʼ xi ħadd. Spiss, pass importanti biex taqtaʼ dan il-vizzju hu li ssib lil xi ħadd maʼ min tiftaħ qalbek.—Proverbji 17:17.

Tinsiex: Kull darba li tirrifjuta li taraha tkun ksibt rebħa sinifikanti. Għid lil Alla Ġeħova b’din ir-rebħa, u rringrazzjah għas-saħħa li jkun tak. Meta tevita l-pornografija, tkun qed tferraħlu qalbu!—Proverbji 27:11.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja