LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 51
  • Tistaʼ l-Bibbja Tgħinni Biex Ikolli Familja Ferħana?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tistaʼ l-Bibbja Tgħinni Biex Ikolli Familja Ferħana?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • Wara l-ġurnata tat-tieġ
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
  • Tistaʼ Ssalvah Iż-Żwieġ Tiegħek!
    Stenbaħ!—2001
  • “Ħa Jkun iż-Żwieġ Onorabbli”
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Żomm l-Impenn fiż-Żwieġ Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 51

Tistaʼ l-Bibbja Tgħinni Biex Ikolli Familja Ferħana?

It-tweġiba tal-Bibbja

Iva. Hawnhekk se ssib xi eżempji taʼ pariri għaqlin ibbażati fuq il-Bibbja li għenu lil miljuni taʼ rġiel u nisa biex ikollhom il-ferħ fil-familja:

  1. Illegalizzaw iż-żwieġ tagħkom. Li timpenja ruħek għal ħajtek bi żwieġ legali hu l-pedament għal familja ferħana.​—Mattew 19:4-6.

  2. Uru mħabba u rispett. Dan jinkludi li tittratta lis-sieħeb tiegħek bil-mod li int tixtieq tiġi trattat.​—Mattew 7:12; Efesin 5:25, 33.

  3. Evitaw kliem aħrax. Tkellem bil-ħlewwa, anki jekk is-sieħeb tiegħek jgħid jew jagħmel xi ħaġa li tweġġaʼ. (Efesin 4:31, 32) Bħalma tgħid il-Bibbja fi Proverbji 15:1: “Tweġiba, meta tkun ħelwa, tkeċċi l-korla, imma kelma li tweġġaʼ tqajjem ir-rabja.”

  4. Kunu leali lejn xulxin. L-attenzjoni romantika u sesswali ħallieha biss għall-persuna li żżewwiġt. (Mattew 5:28) Il-Bibbja tgħid: “Ħa jkun iż-żwieġ onorabbli għal kulħadd, u ħa tkun is-sodda taż-żwieġ bla tinġis.”​—Ebrej 13:4.

  5. Ħarrġu lil uliedkom bl-imħabba. Evita kemm li tħallihom jagħmlu li jridu u kemm li tkun aħrax.​—Proverbji 29:15; Kolossin 3:21.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja