LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 52
  • X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • Alla X’Ħajja Jixtieq Għalina?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • X’Jagħti lill-Ħajja Sinifikat Veru?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Int Tista’ Tkun Ħabib ta’ Ġeħova
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Infittxu Skop Siewi fil-Ħajja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 52

X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja?

It-tweġiba tal-Bibbja

Il-mistoqsija dwar l-iskop tal-ħajja tistaʼ titpoġġa b’ħafna modi, bħal ngħidu aħna, Għala qegħdin hawnhekk? jew Ħajti għandha sinifikat? Il-Bibbja turi li l-iskop tagħna fil-ħajja hu li nibnu ħbiberija m’Alla. Ikkunsidra xi ftit minn dawn il-veritajiet fundamentali li tirrivela l-Bibbja.

  • Alla hu l-Ħallieq tagħna. Il-Bibbja tgħid: “Hu [Alla] li għamilna, u mhux aħna nfusna.”—Salm 100:3; Rivelazzjoni 4:11.

  • Alla għandu skop għal kulma joħloq, inkluż għal bnedmin.​—Isaija 45:18.

  • Alla ħalaqna bi “bżonn spiritwali,” li jinkludi x-xewqa li nsibu l-iskop tal-ħajja. (Mattew 5:3) Hu jridna naqtgħu dik ix-xewqa.​—Salm 145:16.

  • Aħna nissodisfaw il-bżonn spiritwali tagħna billi nibnu ħbiberija m’Alla. Għalkemm għal xi wħud l-idea li jsiru ħbieb t’Alla tistaʼ tidher impossibbli, il-Bibbja tagħtina dan l-inkuraġġiment: “Ersqu qrib lejn Alla, u hu jersaq qrib lejkom.”—Ġakbu 4:8; 2:23.

  • Biex insiru ħbieb t’Alla, irridu ngħixu fi qbil mal-iskop li hu għandu għalina. Il-Bibbja tgħid x’inhu dan l-iskop f’​Ekkleżjasti 12:13: “Ibżaʼ minn Alla, u ħares il-kmandamenti tiegħu: għax dan hu d-dmir taʼ kull bniedem.”​—Il-Bibbja Mqaddsa taʼ Karm Żammit.

  • Fil-futur, nistgħu nesperjenzaw bis-sħiħ l-iskop oriġinali li Alla għandu għalina meta hu se jneħħi t-tbatija u jagħti l-ħajja taʼ dejjem lil ħbiebu, jiġifieri, lil dawk li jqimuh.—Salm 37:10, 11.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja