LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwfq artiklu 31
  • Huma x-Xhieda taʼ Ġeħova kult?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Huma x-Xhieda taʼ Ġeħova kult?
  • Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’inhu kult?
  • Huma x-Xhieda taʼ Jehovah Kult?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Segretezza f’Isem il-Mulej
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Intom Setta Amerikana?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Min huma x-Xhieda taʼ Ġeħova?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
ijwfq artiklu 31
Xhud taʼ Ġeħova jgħallem lil grupp taʼ nies jaqra.

Huma x-Xhieda taʼ Ġeħova kult?

Le, ix-Xhieda taʼ Ġeħova mhumiex kult. Minflok, aħna Kristjani li nagħmlu l-almu tagħna biex insegwu l-eżempju li ħalla Ġesù Kristu u biex ngħixu fi qbil mat-tagħlim tiegħu.

X’inhu kult?

Il-kelma “kult” tfisser affarijiet differenti għal nies differenti. Madankollu, ikkunsidra żewġ opinjonijiet komuni rigward il-kulti u għala dawn l-opinjonijiet ma japplikawx fil-każ tagħna.

  • Xi wħud iqisu kult bħala reliġjon ġdida jew waħda differenti minn dak li ġeneralment hu aċċettat. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova ma vvintawx reliġjon ġdida. Għall-kuntrarju, aħna nsegwu l-mod kif kienu jagħtu qima l-Kristjani tal-ewwel seklu, li l-eżempju u t-tagħlim tagħhom huma mniżżlin bil-miktub fil-Bibbja. (2 Timotju 3:16, 17) Aħna nemmnu li l-Iskrittura Mqaddsa għandha tkun l-awtorità fuq dak li hu aċċettat f’dik li hi qima.

  • Xi wħud jaħsbu li kult huwa setta reliġjuża perikoluża b’mexxej uman. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova ma jqisu lil ebda uman bħala l-mexxej tagħhom. Minflok, aħna nżommu maʼ dak li Ġesù qal lis-segwaċi tiegħu: “Wieħed hu l-Mexxej tagħkom, il-Kristu.”​—Mattew 23:10.

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova mhux talli mhumiex kult perikoluż imma talli jipprattikaw reliġjon li hi taʼ ġid kemm għalihom infushom kif ukoll għal oħrajn fil-komunità. Pereżempju, il-ministeru tagħna għen lil ħafna nies jegħlbu vizzji taʼ ħsara, bħall-abbuż tad-drogi u tal-alkoħol. Barra minn hekk, aħna nagħmlu klassijiet madwar id-dinja biex ngħinu lil eluf taʼ nies jitgħallmu jaqraw u jiktbu. U aħna involuti b’mod attiv f’li ngħinu meta jkun hemm xi diżastru. Naħdmu iebes biex ikollna effett pożittiv fuq oħrajn, bħalma Ġesù kkmanda lis-segwaċi tiegħu biex jagħmlu.​—Mattew 5:13-16.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja