LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwfq artiklu 32
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu fit-Testment il-Qadim?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu fit-Testment il-Qadim?
  • Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-Kristjani għala jeħtieġu kemm it-Testment il-Qadim kif ukoll it-Testment il-Ġdid?
  • “Inkiteb għall-Istruzzjoni Tagħna”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Għadhom Rilevanti l-Partijiet Kollha tal-Bibbja?
    Stenbaħ!—2010
  • Dwar Xiex Inhi l-Bibbja?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Għadu Jgħodd it-“Testment il-Qadim”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
ijwfq artiklu 32

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu fit-Testment il-Qadim?

Iva. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu li l-Bibbja kollha hi “mnebbħa minn Alla u tiswa.” (2 Timotju 3:16) Dan jinkludi kemm it-Testment il-Qadim kif ukoll it-Testment il-Ġdid, kif spiss jissejħu. Ġeneralment, ix-Xhieda taʼ Ġeħova jirreferu għal dawn is-sezzjonijiet tal-Bibbja bħala l-Iskrittura Ebrajka u l-Iskrittura Griega Kristjana. B’hekk, nevitaw li nagħtu l-impressjoni li xi partijiet mill-Bibbja huma antikwati jew li m’għadhomx japplikaw.

Il-Kristjani għala jeħtieġu kemm it-Testment il-Qadim kif ukoll it-Testment il-Ġdid?

Taħt ispirazzjoni divina, l-appostlu Pawlu li kien Kristjan kiteb: “Kulma nkiteb minn qabel inkiteb għall-istruzzjoni tagħna.” (Rumani 15:4) Għalhekk, hemm informazzjoni taʼ valur għalina fl-Iskrittura Ebrajka. Fost affarijiet oħra, tipprovdi storja sinifikanti u pariri prattiċi.

  • Storja sinifikanti. Fl-Iskrittura Ebrajka hemm informazzjoni dettaljata dwar il-ħolqien u dwar kif il-bniedem waqaʼ fid-dnub. Mingħajr din l-informazzjoni, ma kienx ikollna tweġibiet sodisfaċenti għal mistoqsijiet bħal: Minn fejn ġejna? Il-bnedmin għala jmutu? (Ġenesi 2:7, 17) Barra minn hekk, fl-Iskrittura Ebrajka nistgħu naraw kif Alla Ġeħova ttratta maʼ nies li esperjenzaw ferħ u sfidi simili għal tagħna.​—Ġakbu 5:17.

  • Pariri prattiċi. Il-kotba tal-Bibbja Proverbji u Ekkleżjasti, li huma parti mill-Iskrittura Ebrajka, fihom għerf li hu tajjeb għal kull żmien. Jagħtu pariri dwar kif ingawdu ħajja tal-familja hienja (Proverbji 15:17), dwar kif ikollna ħarsa bilanċjata lejn ix-xogħol (Proverbji 10:4; Ekkleżjasti 4:6), u dwar kif iż-żgħażagħ jistgħu jużaw iż-żgħożija tagħhom bl-aqwa mod (Ekkleżjasti 11:9–12:1).

Iktar minn hekk, nistgħu nibbenefikaw minn studju tal-Liġi Mosajka kif inhi miktuba fit-Tora (l-ewwel ħames kotba tal-Bibbja). Għalkemm il-Kristjani mhumiex obbligati jobdu din il-Liġi, fiha prinċipji taʼ valur li jistgħu jgħinuna jkollna ħajja hienja.​—Levitiku 19:18; Dewteronomju 6:5-7.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja