LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g98 7/8 p. 20
  • L-​Attrazjoni Globali Tal-​Mużika Latina

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-​Attrazjoni Globali Tal-​Mużika Latina
  • Stenbaħ!—1998
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Merengue, is-​Salsa, u t-​Tex-Mex
  • Ħarsa Bbilanċjata lejn il-​Mużika u ż-​Żfin
  • Tagħmel differenza liema mużika nagħżel li nismaʼ?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Għasses Kontra Mużika Moralment taʼ Ħsara!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Il-Mużika—Rigal Mogħti Minn Alla lill-QALB
    Stenbaħ!—2008
  • Kont Taf?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
Stenbaħ!—1998
g98 7/8 p. 20

L-​Attrazjoni Globali Tal-​Mużika Latina

MINN KORRISPONDENT TAʼ STENBAĦ! FIL-​MESSIKU

FID-​DINJA kollha, hemm ’il fuq minn 400 miljun ruħ li jitkellmu bl-​Ispanjol. Wara l-​Mandarin u l-​Indi, l-​Ispanjol huwa l-​iktar lingwa wżata fost dawk li jitkellmu l-​lingwa t’art twelidhom. M’għandniex għalfejn nistagħġbu, allura, li ħafna nies huma familjari mal-​mużika taʼ l-​Amerka Latina. Tmur fejn tmur, issib nies li jħobbu jisimgħu jew jiżfnu għad-​daqqa tal-​mambo, taċ-​cha-cha, tal-​merengue, jew tas-​salsa.

Għala hi tant popolari din il-​mużika? Raġuni waħda hija l-​istil mexxej u ferrieħi tagħha. Ħafna Amerikani Latini jħobbu ritmi mgħaġġlin u tropikali. Xi ftit minn dan id-​daqq ritmiku ġie introdott fl-​Amerka Latina mill-​irsiera taʼ l-​Afrika tal-​Punent mijiet taʼ snin ilu, u rridu nammettu li xi wħud li m’humiex mill-​Amerka Latina ma tantx jolqtuhom xi ftit mill-​melodiji mgħaġġlin mimlijin daqq irripetut.

Il-mużika Latina tistaʼ tkun ukoll kwieta, romantika, u saħansitra malinkonika. Per eżempju, il-​bolero taʼ l-​Amerka Latina minn dejjem kien jintgħoġob f’ħafna pajjiżi. Ġeneralment il-​bolero kienu jiżfnuh tlieta min-​nies u kien ikun taʼ natura romantika u poetika. Popolari ħafna matul is-​snin 40 u s-​snin 50, il-​bolero reġaʼ beda jfeġġ fil-​mużika vokali t’artisti żgħażagħ. Il-​mariachis tal-​Messiku, bil-​kostumi sbieħ u s-​sombrero kbir fuq rashom, u b’dik il-​mużika distinta, huma magħrufin ukoll mad-​dinja kollha.

Il-​Merengue, is-​Salsa, u t-​Tex-Mex

Il-​merengue u s-​salsa saru popolari ħafna f’diversi pajjiżi. Dawn ir-​ritmi m’humiex xi ħaġa ġdida. Il-​merengue oriġinat fir-​Repubblika Dominikana u fil-​Ħaiti. Din ġiet deskritta bħala li hi ‘mgħaġġla ħafna, ripetittiva, tittieħed, u tal-​widna.’ Il-​kelma Spanjola merengue tfisser sempliċement xkuma, it-​taħlita ħelwa meta tħawwad flimkien b’mod vigoruż iz-​zokkor u l-​abjad tal-​bajd. Wara li josserva ċ-​ċaqliq vigoruż taʼ ċerti żeffiena tal-​merengue, wieħed jirrealizza kemm din iż-​żifna jixirqilha dan l-​isem.

Fost il-​biċċa l-​kbira tal-​mużika tas-​salsa, insibu varjetà taʼ ritmi, l-​iktar minn Kuba u Puerto Rico. Il-​kelma Spanjola salsa tfisser “zalza.” Skond xi wħud, is-​salsa hija r-​riżultat taʼ taħlita mużikali li seħħet fil-​belt taʼ New York, fejn diversi mużiċisti minn kull rokna tal-​Karibew tħalltu maʼ xulxin. Minn hemmhekk din infirxet mad-​dinja kollha.

Meta fl-​1995 inqatlet Selena, kantanta stil Latino-Spanjol ġewwa l-​Istati Uniti, id-​diski tagħha saru iktar popolari milli meta kienet għadha ħajja. Hi kienet magħrufa bħala r-​reġina tal-​mużika Tex-Mex, li ġiet deskritta bħala taħlita taʼ mużika country Amerikana u ritmi norteño (tat-Tramuntana tal-​Messiku). Dawn il-​melodiji jitkantaw bl-​Ingliż, bl-​Ispanjol, jew bl-​Ispangliż, taħlita taʼ Spanjol u Ingliż. Din il-​mużika saret popolari ħafna fost dawk t’oriġini Latina fl-​Istati Uniti u fl-​Amerka Latina.

Ħarsa Bbilanċjata lejn il-​Mużika u ż-​Żfin

Il-​mużika, bħal ħafna affarijiet oħrajn li jferrħu l-​qalb, tkun iktar pjaċevoli jekk titgawda bil-​qies. (Proverbji 25:16) Il-​Kristjani joqogħdu attenti x’mużika jisimgħu. Il-​Bibbja twissina: “Qisu sewwa kif iġġibu ruħkom, mhux bħal nies bla dehen, iżda bħal nies għorrief, li jgħożżu ż-​żmien, għaliex ħżiena huma l-​jiem.” (Efesin 5:​15, 16) Il-​biċċa l-​kbira tan-​nies jafu li xi ftit mid-​diski għandhom temi rriverenti, immorali, jew saħansitra sataniċi. Il-​mużika Latina m’hijiex meħlusa minn influwenzi simili li jikkorrompu.

Xi diski Latini fihom kliem oxxen. F’xi wħud minnhom insibu ħafna doppju sens, fil-​waqt li oħrajn huma erotiċi jew espliċiti sesswalment. F’diversi diski, suġġetti bħal kwistjonijiet politiċi, vjolenza, jew ribelljoni jissemmew bil-​miftuħ. Per eżempju, il-​mużika Messikana magħrufa bħala l-​corrido minn dejjem kienet favorita fost in-​nies t’oriġini Latina. Dan l-​aħħar, madankollu, qiegħda ssir popolari verżjoni ġdida tal-​corrido magħrufa bħala narco corrido. Dawn id-​diski jirrakkontaw l-​istejjer vjolenti tat-​traffikanti tad-​droga, u jagħmluhom jidhru qishom eroj. Xi diski tal-​mariachis jippromwovu wkoll temi offensivi, billi jigglorifikaw is-​sokor, ix-​xoviniżmu maskili, jew in-​nazzjonaliżmu. Problemi simili jeżistu rigward il-​kliem fil-​merengue, fis-​salsa, u f’tipi oħrajn taʼ mużika Latina.

Ċerti nies li jħobbu jisimgħu l-​mużika Latina ma jifhmux il-​kliem tad-​diski. Mingħajr ma jridu, jistgħu jispiċċaw jisimgħu diski li jippromwovu l-​immoralità sesswali, il-​vjolenza, jew saħansitra l-​okkult. Dawk li jifhmu l-​Ispanjol għandhom mnejn jintilfu jiżfnu għan-​noti mexxejja u ferriħin u ma jagħtux kas tal-​kliem f’ċerti diski dubjużi. Ir-​rispett profond lejn il-​livelli tal-​Bibbja, madankollu, għandu jġagħalna neżaminaw bir-​reqqa kull diska li ndoqqu ġewwa djarna jew f’laqgħat soċjali. Dan se jżommna lura milli nisimgħu jew niżfnu għad-​daqq taʼ diski li jkun fihom kliem li huwa offensiv għal Alla.

Irridu noqogħdu attenti wkoll li ma nagħtux skandlu lil ħaddieħor bil-​mod kif niżfnu. (1 Korintin 10:​23, 24) Il-​Kristjani joqogħdu attenti li ma jintilfux fi żfin li ma jħallilhom l-​ebda dinjità. Lanqas ma jieħdu sehem fi żfin li jkun provokattiv għal taʼ l-​apposta. Koppji miżżewġin jaġixxu bil-​għaqal sabiex iż-​żfin tagħhom ma jsirx wirja mhix xierqa taʼ l-​intimità fiż-​żwieġ.

Il-bilanċ Kristjan jinkludi wkoll li nużaw il-​moderazzjoni rigward il-​volum tal-​mużika u kemm għandhom idumu l-​laqgħat soċjali. Żgur li l-​adoraturi taʼ Jehovah jistgħu jgawdu l-​mużika tagħhom mingħajr ma jkollhom għalfejn jieħdu sehem fi “tbahrid sfrenat” li jibqaʼ sejjer sas-​sigħat bikrin taʼ fil-​għodu u fejn ħlief mużika li ttarraxlek widnejk ma tismax. Il-​Bibbja tħeġġiġna: “Biżżejjed li fl-​imgħoddi kontu tagħmlu r-​rieda tal-​pagani u tgħixu ħajja żienja f’passjoni bla lġiem, f’sokor, fi tbahrid sfrenat, f’xorb żejjed u fl-​idolatrija moqżieża taʼ l-​allat.”​—1 Pietru 4:3.

Minkejja li fid-​divertiment tal-​lum l-​affarijiet immorali qegħdin isiru iktar popolari, xorta għad baqaʼ varjetà taʼ mużika edifikanti li wieħed jistaʼ jieħu pjaċir jismagħha. Il-​mużika hija rigal sabiħ mingħand Alla, u l-​Bibbja tgħid li “kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-​sema . . . , żmien li tagħli, u żmien li tiżfen.” (Koħèlet 3:​1, 4) Jekk int tħobb il-​mużika mexxejja u li tagħmlek ferħan, żgur se tieħu pjaċir tismaʼ u tiżfen għan-​noti sbieħ tal-​mużika Latina, waqt li tagħmel hekk bil-​qies u bil-​bilanċ Kristjan.​—1 Korintin 10:31; Filippin 4:8.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja