LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g99 11/8 pp. 20-21
  • Pijunieri Bikrin taʼ l-Avjazzjoni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Pijunieri Bikrin taʼ l-Avjazzjoni
  • Stenbaħ!—1999
  • Materjal Simili
  • X’Inhu l-Muftieħ għas-Suċċess?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Kif Tkun Konxju Dwar is-Sigurtà
    Stenbaħ!—2002
  • X’Hemm Bżonn biex Jibqgħu Jtiru?
    Stenbaħ!—1999
  • Il-Vjaġġ it-Tajjeb!
    Stenbaħ!—2000
Ara Iżjed
Stenbaħ!—1999
g99 11/8 pp. 20-21

Pijunieri Bikrin taʼ l-​Avjazzjoni

“Bħala pilota taʼ l-​ajruplani, veru ħadt pjaċir bil-​ħarġa taʼ l-​‘Awake!’ tat-​8 taʼ Marzu, 1999, fuq it-​titjir. Madankollu, għandi mistoqsija x’nagħmel. Alberto Santos-Dumont għala ma ssemma xejn? Hu kien wieħed mill-​ewwel avjaturi.”​—C.B., Stati Uniti.

L-​ARTIKLI tal-​ftuħ fl-​Awake! tat-​8 taʼ Marzu, 1999, intitolati “It-​Titjir​—Kif Beda? Kemm Hu bla Periklu?” pprovdew ġabra fil-​qosor taʼ l-​istorja taʼ l-​avjazzjoni. Għalkemm ħafna mill-​materjal iffoka fuq dak li wettqu l-​Amerikani Wilbur u Orville Wright, dawn iż-​żewġ aħwa ma kinux l-​uniċi li esperimentaw b’makkinarji volanti itqal mill-​arja mal-​bidu tas-​seklu. Ikkunsidra xi pijunieri oħrajn taʼ l-​avjazzjoni.

• Alberto Santos-Dumont twieled fl-​20 taʼ Lulju, 1873, f’Minas Gerais, il-​Brażil. Meta kien adolexxent, il-​familja tiegħu marret toqgħod Pariġi. Hemmhekk Santos-​Dumont studja l-​fiżika, il-​kimika, il-​mekkanika, u l-​elettriċità. L-​ambizzjoni tiegħu kienet li jtir, u bejn l-​1898 u l-​1905, hu bena u tajjar 11-il bastiment taʼ l-​ajru.

F’Ottubru taʼ l-​1906, Santos-​Dumont fl-​aħħar qataʼ xewqtu li jtir f’vettura itqal mill-​arja. B’kuntrast maʼ xi ajruplani oħrajn tal-​bidu, li kellhom jittajru b’katapulta, il-​vettura taʼ l-​ajru taʼ Santos-Dumont, il-​14-bis, taret billi wżat il-​mezzi li kellha biex timbotta lilha nfisha. It-​titjira f’għoli taʼ 60 metru li għamel Santos-Dumont fil-​14-bis titqies bħala l-​ewwel titjira li rnexxiet fl-​Ewropa illi saret b’makkinarju itqal mill-​arja u li kien imħaddem b’mutur.

Fis-snin taʼ wara, Santos-Dumont sewwed qalbu meta beda jara l-​ajruplan isir għodda għall-​qerda. Fil-​fatt, jingħad li d-​disprament li qabdu minħabba li l-​ajruplani bdew jintużaw fil-​gwerra wasslu biex jagħmel suwiċidju fl-​1932. Kien x’kien il-​każ, Santos-Dumont għandu post importanti fl-​istorja taʼ l-​ajrunawtika.

• Gustave Whitehead twieled f’Leutershausen, il-​Ġermanja, fl-​1 taʼ Jannar, 1874. Minħabba l-​interess qawwi li kellu fl-​avjazzjoni, sħabu taʼ l-​iskola laqqmuh il-​pilota. Sakemm kellu 13-il sena, Gustave spiċċa ltim, u għalkemm mar minn post għal ieħor fis-​snin taʼ wara, hu qatt ma tilef in-​namra li kellu għat-​titjir. Għal ftit taż-​żmien, iż-​żagħżugħ Gustave studja maʼ l-​avjatur Ġermaniż famuż Otto Lilienthal. Imbagħad, fl-​1894, stabbilixxa ruħu fl-​Istati Uniti.

Bħalma ġie notat fil-​ħarġa taʼ l-​Awake! tat-​8 taʼ Marzu, 1999, xi wħud isostnu li fl-​1901, Whitehead kien l-​ewwel wieħed fid-​dinja li għamel l-​ewwel titjira kontrollata u miżmuma fl-​ajru permezz taʼ makkinarju volanti itqal mill-​arja. Madankollu, m’hemm l-​ebda ritratt li jsaħħaħ din l-​istqarrija. B’sorpriża, l-​istampa damet biex indunat bl-​impatt li kellhom l-​avvanzi bikrin fuq l-​avjazzjoni, saħansitra meta l-​aħwa Wright għamlu t-​titjira tagħhom. Tabilħaqq, skond il-​ġurnal Air Enthusiast, “kien biss fl-​1910 li l-​interess pubbliku tassew laħaq il-​quċċata f’din ‘it-​teknoloġija l-​ġdida’ u li n-​nies bdew jaċċettaw li kien possibbli li l-​bnedmin itiru.”

• Samuel Pierpont Langley, segretarju tas-​Smithsonian Institution, f’Washington, D.C., kien astronomu u fiżiku. Fl-​1896 bena ajruplan b’magna taʼ l-​istim. L-​ajruplan tar mingħajr nies għal elf u mitejn metru qabel ma nħlielu l-​fuel.

M’għandniex xi ngħidu, il-​magni taʼ l-​istim huma tqal mhux ħażin, u nstab li ma kienu prattiċi xejn biex itiru bihom. Għalhekk, l-​assistent taʼ Langley, Charles M. Manly, ivvinta magna taʼ 57 kilo u b’qawwa taʼ 53 żiemel li kienet se tkun iktar addattata. Ir-​riżultat kien ajruplan ħafna iktar effiċjenti, li Langley sejjaħlu l-​Aerodrome. Fis-​7 t’Ottubru, 1903, l-​ajruplan taʼ Langley, li kien qed imexxih Manly, ittajjar b’katapulta minn fuq ċattra. L-​ajruplan imbagħad għodos ’l isfel fix-​Xmara Potomac. Xahrejn wara sar sforz ieħor u dan ma rnexxiex ukoll. B’qalbu maqtugħa, Langley abbanduna l-​proġett.

Madankollu, minkejja l-​fallimenti tiegħu, Langley għamel passi taʼ ġgant fil-​qasam taʼ l-​avjazzjoni. Fl-​1914, tmien snin wara mewtu, l-​Aerodrome sarlu ħafna tibdil, u rnexxielu jittajjar f’Hammondsport, New York, minn Glenn H. Curtiss.

Dawn huma biss ftit mill-​bosta individwi li kienu minn taʼ quddiem fil-​qasam taʼ l-​ajrunawtika madwar il-​bidu tas-​seklu 20. Illum, mijiet t’eluf t’ajruplani taʼ qisien differenti jżejnu s-​smewwiet. Ilkoll kemm huma jafu l-​eżistenza tagħhom—u ftit mis-​suċċess tagħhom—lill-​pijunieri bikrin taʼ l-​avjazzjoni.

[Stampi f’paġna 20]

Alberto Santos-Dumont u l-​ajruplan tiegħu l-​“14-bis”

[Sorsi]

Culver Pictures

North Wind Picture Archives

[Stampi f’paġna 21]

Gustave Whitehead u replika tal-​makkinarju volanti itqal mill-​arja li uża

[Sors]

Flughistorische Forschungsgemeinschaft Gustav Weisskopf

[Stampi]

Samuel P. Langley u l-​“Aerodrome” tiegħu

[Sorsi]

Dictionary of American Portraits/Dover

U.S. National Archives photo

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja