LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 12/1 p. 29
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Materjal Simili
  • “L-Għana Kbir taʼ l-Ibħra”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Biex Iżżomm Ħabib, Int Trid Tkun Ħabib
    Int Tistaʼ Tkun il-Ħabib t’Alla!
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2004
  • X’Tiftakar?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 12/1 p. 29

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Għandna aħna nikkonkludu minn Apokalissi 20:8 li se jkun hemm numru kbir ħafna taʼ nies li jiġu żvijati minn Satana fil-​prova finali?

Apokalissi 20:8 jiddeskrivi l-​attakk finali taʼ Satana fuq in-​nies li jkunu ħajjin fuq l-​art fi tmiem il-​ħakma t’elf sena tas-​Saltna Messjanika. Waqt li jitkellem dwar Satana, dan il-​vers jgħid: “Joħroġ iqarraq bil-​ġnus li jinsabu fl-​erbaʼ rkejjen taʼ l-​art, jiġifieri Gog u Magog, u jiġborhom għall-​gwerra f’kotra kbira daqs ir-​ramel tal-​baħar.”

Minkejja l-​avanzi li saru fil-​metodi u l-​istrumentazzjoni xjentifika, “ir-​ramel tal-​baħar” jibqaʼ kwantità jew għadd mhux magħruf. B’hekk, jistaʼ jingħad li din l-​espressjoni tirrappreżenta numru mhux magħruf, mhux determinat. Imma timplika din numru immens, vast, saħansitra astronomiku, jew hija numru li mhux magħruf iżda xorta waħda mdaqqas, jew konsiderevoli?

Fil-Bibbja, l-​espressjoni “daqs ir-​ramel tal-​baħar” tintuża b’modi differenti. Per eżempju, f’Ġenesi 41:49 naqraw: “Ġużeppi ġabar qamħ daqs ir-​ramel tal-​baħar, b’kotra hekk kbira li għeja jkejjlu, għax kien bla qjies.” Hawnhekk l-​enfasi qiegħda fuq li ma setax jingħadd. Bl-​istess mod, Jehovah stqarr: “Għax daqs kemm huma l-​qtajjaʼ tas-​smewwiet li ma jingħaddux u r-​ramel tal-​baħar li ma jitkejjilx, daqshekk ieħor għad inkattar nisel David.” Daqskemm huwa ċert li l-​kwiekeb fis-​sema u r-​ramel tal-​baħar ma jistgħux jingħaddu, daqshekk ieħor huwa ċert li Jehovah se jwettaq il-​wegħda li għamel lil David.—Ġeremija 33:22.

Spiss, l-​espressjoni “r-​ramel tal-​baħar” tirreferi għal xi ħaġa taʼ kwantità jew daqs kbir u impressjonanti. L-​Iżraelin f’Gilgal kienu inkwetati ferm minħabba l-​eżerċtu Filistew miġbur f’Mikmas, li kien “daqs ir-​ramel taʼ xatt il-​baħar.” (1 Samwel 13:​5, 6; Mħallfin 7:12) U “Alla ta għerf lil Salamun u dehen kbir ħafna, u moħħ bla qjies bħar-​ramel f’xatt il-​baħar.” (1 Slaten 5:9 [4:​29, NW]) Għalkemm dak li ssemma f’kull każ kien ammont kbir, xorta waħda ma kienx infinit.

“Ir-​ramel tal-​baħar” jistaʼ jirrappreżenta wkoll numru mhux magħruf, mingħajr ma jissuġġerixxi li hu immens. Jehovah qal lil Abraham: “Inkattarlek sewwa lil nislek bħall-​kwiekeb tas-​sema u bħar-​ramel f’xatt il-​baħar.” (Ġenesi 22:17) Meta tenna din il-​wegħda lil Ġakobb, li kien in-​neputi t’Abraham, Jehovah uża l-​espressjoni “trab taʼ l-​art,” li Ġakobb irrefera għalih bħala “ramel tal-​baħar” meta reġaʼ tkellem dwar din il-​wegħda. (Ġenesi 28:14; 32:13 [32:​12, NW]) Kif seħħew l-​affarijiet, apparti Ġesù Kristu, in-​“nisel” t’Abraham jgħodd 144,000, li Ġesù sejħilhom il-​“merħla ċkejkna.”—Luqa 12:32; Galatin 3:​16, 29; Apokalissi 7:4; 14:​1, 3.

X’nitgħallmu minn dawn l-​eżempji? Nitgħallmu li l-​espressjoni “daqs ir-​ramel tal-​baħar” ma tfissirx dejjem numru infinit, astronomiku; lanqas ma tintuża dejjem biex tiddeskrivi xi ħaġa immensa jew taʼ kobor bla qjies. Spiss tirrappreżenta numru mhux magħruf imma mdaqqas. B’hekk, ikun raġunevoli jekk nissopponu li l-​folla ribelluża li tappoġġa lil Satana fl-​attakk finali tiegħu fuq in-​nies t’Alla mhix se tkun immensa, jew infinita, imma mdaqqsa u kbira biżżejjed biex tkun taʼ theddida. Madankollu, in-​numru jibqaʼ mhux magħruf għalissa.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja