LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/97 p. 1
  • Agħti Xiehda Kulfejn Hemm In-Nies

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Agħti Xiehda Kulfejn Hemm In-Nies
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Materjal Simili
  • Xandar L-Aħbar Tajba Kullimkien
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Tistaʼ Tagħti Xhieda Informali!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nibdew konversazzjoni sabiex nagħtu xhieda informali
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Insibu Wħud Interessati Billi Nagħtu Xiehda fit-Toroq b’Mod Effettiv
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 7/97 p. 1

Agħti Xiehda Kulfejn Hemm In-​Nies

1 Billi rrikonoxxa l-​irwol li l-​ispirtu t’Alla kellu fil-​ministeru tiegħu, l-​appostlu Pawlu qal: “Alla hu li kabbar.” Stqarr ukoll: “Aħna ħaddiema maʼ Alla.” (1 Kor. 3:​5-9) Dan huwa privileġġ meraviljuż. Kif nistgħu nuru pubblikament li napprezzaw il-​fatt li nkunu ħaddiema m’Alla? Billi niddikjaraw l-​aħbar tajba lil dawk kollha li niltaqgħu magħhom fix-​xogħol minn dar għal dar u f’kull post ieħor.

2 Aħna kkmandati li ‘nagħmlu dixxipli mill-​ġnus.’ (Matt. 28:19) Jekk nikkuntattjaw ftit nies biss meta nieħdu sehem fil-​ministeru, għandna mnejn niddejqu malajr u nħossuna li ma tantx għamilna ġid. Min-​naħa l-​oħra, l-​iktar li ngawdu l-​ministeru tagħna hu meta jirnexxilna nsibu ħafna nies u nitkellmu magħhom. Dan jistaʼ jkun daqsxejn taʼ sfida, peress li jitlob xi ftit taʼ l-​inizjattiva min-​naħa tagħna biex immorru fejn jinstabu n-​nies biex inkunu nist­għu nkellmuhom.

3 Eżempji Prattiċi: Nistgħu nagħtu xiehda lin-​nies fejn jarmaw tal-​monti, fil-​ġonna, u fejn jieqfu l-​karozzi tal-​linja. Meta tirkeb tal-​linja, lest biex tagħti xiehda matul il-​vjaġġ? Żewġ Xhieda li kienu f’karozza tal-​linja mimlija fi triqithom biex jiltaqgħu għas-​servizz qabdu diskussjoni bejniethom fuq l-​istampa tal-​Ġenna taʼ l-​art fil-​ktieb Għarfien, fil-​waqt li ddiskutew il-​wegħdi t’Alla għall-​futur. Kif ittamaw li se jiġri, żagħżugħ li kien bil-​wieqfa ħdejhom semagħhom u baqaʼ impressjonat b’dak li semaʼ. Qabel ma niżel minn tal-​linja, hu aċċetta ktieb u talab biex xi ħadd iżuru d-​dar.

4 Ħafna pubblikaturi sabu ferħ f’li jagħtu xiehda informali. Waħda oħt marret fiċ-​ċentru tal-​ħwienet lokali darba wara nofs in-​nhar u avviċinat lin-​nies li kienu lestew ix-​xirja tagħhom imma li ma kinux jidhru mgħaġġlin. Hi qassmet il-​letteratura kollha li kellha fil-​basket. Raġel li kien qiegħed jistenna fil-​karozza tiegħu ħa pjaċir bir-​rivisti li tagħtu. Dan kien attenda xi laqgħat qabel, u l-​konversazzjoni tagħhom kebbset l-​interess tiegħu.

5 Huwa privileġġ li neżaltaw l-​isem taʼ Jehovah. Billi nuru ż-​żelu tagħna fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar, nuru li ma fhimniex ħażin l-​iskop tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa li Alla wera lejna. Peress li “issa hu ż-​żmien tajjeb” biex ngħinu lil oħrajn, ejjew immorru kulfejn hemm in-​nies u nagħtuhom xiehda dwar “jum is-​salvazzjoni” taʼ Jehovah.​—2 Kor. 6:​1, 2.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja