Indokraturi li Huma minn taʼ Quddiem—L-Indokratur taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
1 L-indokratur taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku hu wieħed mill-irġiel ixjeħ spiritwali li jaħdem iebes f’li jitkellem u jgħallem u li jixraqlu l-ġieħ u l-kooperazzjoni tagħna. (1 Tim. 5:17) X’inhuma r-responsabbiltajiet tiegħu?
2 Il-librerija taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku taqaʼ taħt il-ħarsien tiegħu. L-interess ħerqan taʼ dan il-ħu huwa li jinkuraġġixxi lil dawk kollha li jikkwalifikaw biex jinkitbu fl-iskola. Hu jagħmel ċert li jinżamm rekord eżatt sabiex l-inkarigi jsiru kif jixraq għallinqas tliet ġimgħat qabel kull sessjoni taʼ l-iskola. Jeħtieġ li jkun jaf sewwa l-kongregazzjoni, billi jżomm f’moħħu kull student u l-kapaċitajiet tiegħu. Għalkemm jistaʼ jkollu xi ħu ieħor biex jgħinu jipprepara l-iskeda taʼ l-iskola, l-indokratur huwa l-wieħed li għandu jidderieġi t-tqassim tal-partijiet.
3 Sabiex jgħallem lil dawk fl-iskola b’mod effettiv, l-indokratur irid jipprepara b’mod diliġenti kull ġimgħa, billi jagħmel studju bir-reqqa tal-materjal assenjat. Permezz t’hekk ikun jistaʼ jżomm lill-kongregazzjoni entużjasta dwar il-materjal, jiddetermina jekk il-materjal assenjat ġiex mgħoddi kif suppost, u jenfasizza l-punti importanti li se jkunu inklużi fir-reviżjonijiet bil-miktub.
4 Wara t-taħdita taʼ kull student, l-indokratur jifraħ lill-istudent u jispjegalu għala ċerta kwalità tad-diskors kienet tajba jew għala għandha bżonn taʼ titjib. Kulmeta xi ħadd ikun jeħtieġ iktar għajnuna biex jipprepara l-inkarigi li ngħata fl-iskola, l-indokratur jew xi ħadd maħtur minnu jistaʼ jipprovdilu għajnuna persunali.
5 Sabiex nibbenefikaw bis-sħiħ mix-xogħol iebes taʼ l-indokratur taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku u t’oħrajn li jagħtu l-pariri u li jaqdu taħt id-direzzjoni tiegħu, jeħtieġ li nattendu l-iskola regolarment. Għandna wkoll inwettqu l-inkarigi kollha tagħna u napplikaw il-parir li nirċievu aħna flimkien maʼ dak li jingħata lil studenti oħrajn. B’dan il-mod, se ntejbu pass wara l-ieħor l-abbiltà tagħna li nippreżentaw il-messaġġ tas-Saltna fil-pubbliku u minn dar għal dar.—Atti 20:20; 1 Tim. 4:13, 15.