Għandek Ordni Speċifika tar-Rivisti?
1 Qatt mort għal xi laqgħa għas-servizz taʼ l-għalqa u skoprejt li ma kellekx rivisti fil-basket tas-servizz? Mela, ftakar fl-insert taʼ l-Our Kingdom Ministry taʼ Settembru 1995 intitolat “Make the Best Use of Our Magazines.” Dan qalilna biex “ikollna ordni definita tar-rivisti,” billi qal: “Agħmel ordni realistika mal-ħu inkarigat mir-rivisti għal numru definit taʼ kopji minn kull ħarġa. B’dan il-mod, int u l-familja tiegħek se jkollkom provvista regulari u adegwata taʼ rivisti.” Għamiltu dan int?
2 Għala ma tagħmilx ordni speċifika għar-rivisti? Se tħossok iktar responsabbli biex tqassam ir-rivisti ġimgħa wara l-oħra, u se tesperjenza iktar ferħ f’li tagħmel hekk. Jekk diġà għandek ordni speċifika, ikkalkula mill-ġdid jekk intix qed tikseb l-ammont li għandek bżonn għal xahar normali fil-ministeru. M’għandniex xi ngħidu, irridu nuru fedeltà f’li niġbru l-ordni tagħna hekk kif tasal u għandna nħossuna obbligati li nagħmlu hekk. Jekk se tkun ’il bogħod mill-kongregazzjoni għal żmien estiż, għarraf lill-ħu inkarigat mir-rivisti jekk tridux jagħti r-rivisti tiegħek lil xi ħaddieħor sakemm terġaʼ lura.
3 L-istess insert ikkwotat hawn fuq, qal ukoll li għandna “nippjanaw għal ġurnata regulari bir-rivisti.” Tistaʼ tappoġġa l-Ġurnata tar-Rivisti taʼ kull ġimgħa? Bħalma juri n-1999 Calendar of Jehovah’s Witnesses, din hija kull nhar taʼ Sibt tas-sena! Tissottovalutax l-importanza tat-tqassim taʼ It-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Meta nagħmlu sforz biex nieħdu sehem bis-sħiħ fl-attività bir-rivisti, inkunu qed ‘inħabbru r-riżq’ lill-proxxmu tagħna.—Is. 52:7.