LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/01 p. 1
  • Kun Semmiegħ Tajjeb

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kun Semmiegħ Tajjeb
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Materjal Simili
  • “Oqogħdu Attenti Kif Tisimgħu”
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Kif Jehovah Qed Imexxina
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Il-Laqgħat Huma taʼ Benefiċċju għaż-Żgħażagħ
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Oqgħod Attent kif Tismaʼ
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 1/01 p. 1

Kun Semmiegħ Tajjeb

 1 Jeħtieġ id-​dixxiplina biex wieħed jismaʼ b’attenzjoni. Dan jirrikjedi wkoll xewqa min-​naħa tas-​semmiegħ biex jitgħallem u jibbenefika minn dak li jkun qed jismaʼ. Għaldaqstant, Ġesù enfasizza l-​bżonn biex dak li jkun ‘joqgħod attent kif jismaʼ.’—Lq. 8:18.

 2 Dan japplika b’mod speċjali meta nattendu għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni, assembleat, u konvenzjonijiet. Dawn huma okkażjonijiet fejn irridu nisimgħu bir-​reqqa. (Lhud 2:1) Hawnhekk ġejjin xi ftit punti li se jgħinuk tkun semmiegħ tajjeb f’dawn il-​laqgħat Kristjani.

◼ Apprezza l-​valur tal-​laqgħat. Huma l-​mezz prinċipali li bihom niġu “mgħallma mill-​Mulej” permezz tal-​prokuratur leali.—Is. 54:13; Lq. 12:42.

◼ Ipprepara minn qabel. Irrevedi l-​materjal li jkun se jiġi diskuss, u kun ċert li ġġib miegħek il-​Bibbja tiegħek u l-​kopja persunali tal-​pubblikazzjoni li tkun qed tiġi studjata.

◼ Agħmel sforz speċjali sabiex tikkonċentra matul il-​laqgħat. Trid tevita li toqgħod titkellem maʼ dawk taʼ ħdejk kif ukoll li tkun moħħok x’qed jagħmlu l-​oħrajn fl-​udjenza. Ipprova taljenax rasek billi toqgħod taħseb dwar x’se tagħmel wara l-​laqgħa jew dwar affarijiet persunali oħrajn.

◼ Analizza dak li jkun qed jiġi preżentat. Staqsi lilek innifsek: ‘Dan kif japplika għalija? Meta se napplikah?’

◼ Ħu xi noti qosra tal-​punti prinċipali u l-​iskritturi. Dan se jgħinek tiffoka l-​ħsibijiet tiegħek fuq dak li jkun qed jiġi diskuss u jgħinek ukoll tiftakar il-​punti prinċipali meta jkollok bżonn tużahom.

3 Għallem lil Uliedek Jisimgħu: It-​tfal għandhom bżonn l-​istruzzjoni spiritwali. (Dt. 31:12) Fiż-​żminijiet tal-​qedem dawk kollha “li kienu jifhmu dak li jisimgħu” fost in-​nies t’Alla kellhom joqogħdu attenti hekk kif kienet tinqara l-​Liġi. (Neħ. 8:​1-3) Jekk il-​ġenituri jkun moħħhom biss fil-​laqgħat u joqogħdu attenti ħafna, x’aktarx li wliedhom jagħmlu bħalhom. Ma jkunx għaqli li jġibulhom xi ġugarelli jew kotba tat-​tpinġija biex dawn ma jiddejqux. Il-​fatt li joqogħdu jmorru t-​tojlit għalxejn ukoll se jtellifhom milli jisimgħu. Ladarba l-​“bluha b’għeruqha fil-​qalb taʼ kull tifel,” il-​ġenituri jridu jagħmlu kull sforz biex jaraw li waqt il-​laqgħat uliedhom joqogħdu bil-​qegħda u jisimgħu bil-​kwiet.—Prov. 22:15.

4 Billi nkunu semmiegħa tajba, se nagħtu prova li aħna tassew għaqlin u li rridu ‘nżidu l-​għerf tagħna.’—Prov. 1:5.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja