LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/04 p. 3
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Materjal Simili
  • Jinżamm il-​Ħin bir-​Reqqa, Jitqassam Sew
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Kif Għandna Nippreparaw għal-Laqgħa tas-Servizz
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Istruzzjonijiet Għal Dawk li Jkollhom Xi Inkarigu fil-Laqgħa tas-Servizz
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Kif Tħejji Taħditiet għall-Kongregazzjoni
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2004
km 1/04 p. 3

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ Kif nistgħu nkunu ċerti li qed inżommu mal-​ħin waqt il-​laqgħat tal-​kongregazzjoni?

Il-ħin itir meta tkun qed taqsam xi ħaġa sabiħa mal-​ħbieb. Għaldaqstant, għandu mnejn ikun taʼ sfida biex iżżomm mal-​ħin waqt xi inkarigu fil-​laqgħa. Allura x’jistaʼ jgħinna nispiċċaw fil-​ħin?

Ibda fil-​ħin. Meta l-​kongregazzjoni kollha tiltaqaʼ, jistaʼ jkun t’għajnuna li tistieden lil dawk fl-​udjenza biex isibu posthom minuta jew tnejn qabel ma tibda l-​laqgħa biex b’hekk din tibda fil-​ħin u jkun hemm l-​ordni. (Koħ. 3:1) Laqgħat li jinvolvu gruppi iżgħar, bħalma huma l-​laqgħat għas-​servizz taʼ l-​għalqa, m’għandhomx jinbdew iktar tard biex tistenna lil uħud li jiġu tard.

Ipprepara sewwa. Mod wieħed biex iżżomm mal-​ħin hu billi tipprepara bil-​quddiem. Żomm ċar f’moħħok l-​objettiv taʼ l-​inkarigu li għandek. Identifika l-​punti prinċipali, u enfasizzahom. Evita li tintilef fuq punti li huma inqas importanti. Żomm il-​preżentazzjoni sempliċi. Jekk l-​inkarigu tiegħek jinkludi turijiet jew intervisti, agħmel provi tagħhom minn qabel. Kemm jistaʼ jkun, iċċekkja kemm se jieħu ħin l-​inkarigu tiegħek waqt li tkun qed tipprattikah tgħajjat.

Qassam il-​materjal. Kemm jekk l-​inkarigu tiegħek huwa taħdita jew diskussjoni maʼ l-​udjenza, għandek mnejn issibha t’għajnuna li tqassam il-​materjal f’sezzjonijiet. Iddeċiedi kemm se tieħu ħin f’kull sezzjoni, u niżżel dan fil-​ġenb tan-​noti tiegħek. Imbagħad iċċekkja kemm se tieħu ħin waqt il-​preżentazzjoni tiegħek. Meta jkollok diskussjoni maʼ l-​udjenza, evita n-​nassa li tieħu ħafna kummenti fl-​introduzzjoni biex imbagħad tispiċċa tgħaġġel meta tkun qed tgħaddi materjal iktar importanti li jidher iktar tard. Dawk li jikkonduċu l-​Istudju tat-​Torri taʼ l-​Għassa għandhom iħallu biżżejjed ħin biex fl-​aħħar jikkunsidraw il-​kaxxa għal reviżjoni. Iridu joqogħdu attenti wkoll li ma jiħdux mill-​ħin taʼ l-​għanja u t-​talba taʼ l-​għeluq.

Spiċċa fil-​ħin. Jekk il-​laqgħa tikkonsisti f’diversi partijiet, bħalma hi l-​Laqgħa tas-​Servizz, kull kelliemi għandu jkun konxju meta għandu jibda u jispiċċa. X’jistaʼ jsir meta l-​laqgħa tkun se tispiċċa iktar tard milli suppost? Ħu jew iktar minn dawk li qed jieħdu sehem forsi jkunu jistgħu jirbħu l-​ħin billi jiffokaw fuq il-​punti prinċipali u jħallu barra xi dettalji. Din l-​abbiltà hija karatteristika taʼ kelliemi tajjeb.

Bħala udjenza, nistgħu ngħinu lill-​ħu li jkun qed jikkonduċi billi nżommu l-​kummenti tagħna qosra u niġu malajr għall-​punt. Għalhekk, ilkoll kemm aħna nistgħu nikkontribwixxu sabiex fil-​laqgħat “isir kollox kif imur u bl-​ordni.”—1 Kor. 14:40.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja