LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/08 p. 1
  • Niftakru fil-Fidwa b’Apprezzament

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Niftakru fil-Fidwa b’Apprezzament
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Materjal Simili
  • “Ibqgħu Agħmlu Dan”—It-Tifkira Se Tkun fil-5 t’April
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Ejja Nuru l-Apprezzament Tagħna—It-Tifkira Se Tkun fis-17 t’April
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • “Ibqgħu Agħmlu Dan b’Tifkira Tiegħi”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Inviti għat-Tifkira li Għandhom Jitqassmu Madwar id-Dinja!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 2/08 p. 1

Niftakru fil-​Fidwa b’Apprezzament

1, 2. Liema raġunijiet għandna biex niftakru fil-​fidwa b’apprezzament?

1 Minħabba li jridu jobdu l-​kmand taʼ Ġesù, il-​Kristjani madwar id-​dinja se jiltaqgħu wara nżul ix-​xemx nhar is-​Sibt, 22 taʼ Marzu, 2008, biex jikkommemoraw il-​mewt taʼ Ġesù Kristu. (Lq. 22:19; 1 Kor. 11:23-26) Aħna niġu mqanqlin biex nagħmlu dan minħabba li għandna apprezzament profond għal dak kollu li twettaq f’din id-​data 1,975 sena ilu. Minħabba li żamm l-​integrità tiegħu perfettament meta bata mewta taʼ wġigħ fuq zokk tat-​tortura, Ġesù qaddes isem Missieru, u b’hekk ipprovda l-​aqwa tweġiba għat-​tgħajjir taʼ Satana.—Ġob 1:11; Prov. 27:11.

2 Id-​demm imxerred taʼ Ġesù għamel validu l-​patt il-​ġdid, u b’hekk ippermetta lil bnedmin imperfetti biex ikunu wlied adottati t’Alla bil-​prospett li jaħkmu maʼ Kristu fis-​Saltna tas-​sema tiegħu. (Ġer. 31:31-34; Mk. 14:24) Iktar minn hekk, meta Alla ta lill-​Iben maħbub u għażiż tiegħu bħala sagrifiċċju, intwera kemm għandu mħabba profonda għall-​bnedmin sewwasew bħalma spjega Ġesù nnifsu lil Nikodemu.—Ġw. 3:16.

3. Kif se jibbenefikaw dawk li jattendu t-​Tifkira?

3 Stieden lil Oħrajn: Il-​ħarġa taʼ Jannar tal-​Ministeru tas-​Saltna issuġġeriet li nagħmlu lista taʼ wħud li nafuhom biex nistidnuhom personalment. Bdejt int tistieden lil dawk li għandek fuq il-​lista tiegħek? Qed tagħmel arranġamenti biex tieħu sehem bis-​sħiħ fil-​kampanja li se tibda fl-​1 taʼ Marzu sabiex jiġu mistidnin in-​nies għat-​Tifkira? Dawk li se jattendu se jisimgħu informazzjoni Skritturali li tistaʼ tibni l-​fidi fil-​fidwa li, mill-​banda l-​oħra, twassal għall-​ħajja taʼ dejjem.—Rum. 10:17.

4. Għala għandna naslu kmieni għat-​Tifkira?

4 Dawk kollha li jistgħu, għandhom jippjanaw li jaslu kmieni u jagħtu merħba mill-​qalb lil dawk li jkunu aċċettaw l-​istedina speċjali. L-​attendenza kbira għat-​Tifkira tagħmilha vitali għalina li nkunu attenti b’mod partikulari għall-​uħud ġodda kif ukoll għal oħrajn li jattendu l-​laqgħat minn żmien għal żmien.

5. Kif tistaʼ tħejji qalbek għal din l-​okkażjoni?

5 Ħejji Qalbek: Il-​ktejjeb Neżaminaw l-​Iskrittura Kuljum—2008 u t-​2008 Calendar fihom skeda għall-​qari tal-​Bibbja speċjali għat-​Tifkira li se jibda mis-​17 taʼ Marzu. Meta tikkunsidra l-​ġrajjiet importanti li seħħew matul l-​aħħar jiem tal-​ħajja taʼ Ġesù fuq l-​art se tiġi megħjun biex tħejji qalbek għall-​osservanza tat-​Tifkira. (Esd. 7:10) Jekk timmedita bit-​talb dwar dawn ir-​rakkonti tal-​Bibbja int se tkabbar l-​apprezzament tiegħek għall-​imħabba li wrew Ġeħova u Ibnu meta pprovdew il-​fidwa.—Salm 143:5.

6. Kif se jeffettwana l-​fatt li nibnu l-​apprezzament għall-​fidwa?

6 Hekk kif toqrob it-​Tifkira, jalla nħejju lilna nfusna u lil oħrajn bir-​reqqa għal din l-​okkażjoni importanti. Ir-​relazzjoni tagħna maʼ Ġeħova u maʼ Ibnu se tissaħħaħ jekk niftakru fil-​fidwa b’apprezzament. (2 Kor. 5:14, 15) Se niġu mqanqlin ukoll biex nimitawhom billi nagħmlu sagrifiċċji persunali bi mħabba għal oħrajn.—1 Ġw. 4:11.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja