LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/08 p. 3
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Materjal Simili
  • Ġeħova Qed Iħarriġna Għal Dan ix-Xogħol
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Skola li Tħejjina għal Dak li Hu l-Iktar Importanti fil-Ħajja
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Għala nuru apprezzament?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Prinċipji taʼ Gwida għall-​Indokraturi tal-​Iskola
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 5/08 p. 3

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ Huwa xieraq li l-​udjenza ċċapċap wara kull parti li ssir fl-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku u fil-​Laqgħa tas-​Servizz?

Meta l-​Ħallieq, Ġeħova, sejjes l-​art, bdiet “tgħanni l-​ġemgħa tal-​kwiekeb taʼ filgħodu, u tgħajjat bil-​ferħ ix-​xirka taʼ wlied Alla.”—Ġob 38:7. Dawn l-​ulied anġeliċi t’Alla xtaqu jfaħħru lil Ġeħova għax-​xogħol meraviljuż tal-​ħolqien tiegħu, li kien turija ġdida taʼ l-​għerf, it-​tjubija, u l-​qawwa tiegħu.

Aħna nieħdu pjaċir nesprimu l-​apprezzament mill-​qalb tagħna għall-​isforzi taʼ ħutna u għall-​materjal li jippreżentaw. Per eżempju, normalment aħna nċapċpu wara taħditiet u preżentazzjonijiet f’laqgħat speċjali, bħall-​assembleat u l-​konvenzjonijiet. Fihom ikun hemm partijiet preżentati b’iktar ħin u sforz għall-​preparazzjoni. L-​applaws tagħna juri apprezzament mhux biss għax-​xogħol iebes tal-​kelliemi imma wkoll għall-​istruzzjoni li jipprovdi Ġeħova permezz tal-​Kelma u l-​organizzazzjoni tiegħu.—Is. 48:17; Mt. 24:45-47.

Xi ngħidu għaċ-​ċapċip wara partijiet preżentati fl-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku u l-​Laqgħa tas-​Servizz? M’hemmx regoli li jipprojbixxu ċ-​ċapċip jekk dan isir b’mod spontanju, bħal meta student ikun għamel l-​ewwel inkarigu tiegħu fl-​iskola. Madankollu, iċ-​ċapċip faċilment jistaʼ jsir drawwa u jitlef l-​iskop tiegħu. Għalhekk, normalment ma nċapċpux wara kull preżentazzjoni li ssir.

Għalkemm is-​soltu ma nċapċpux wara l-​biċċa l-​kbira mit-​taħditiet taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku u l-​Laqgħa tas-​Servizz, hemm modi oħrajn kif ilkoll nistgħu nesprimu apprezzament għall-​istruzzjonijiet u l-​isforzi taʼ dawk li kellhom xi sehem. Nistgħu nagħmlu dan billi nibqgħu mqajmin u billi nagħtu attenzjoni sħiħa lill-​kelliema. U wara l-​laqgħa, ħafna drabi wieħed jistaʼ jesprimi l-​apprezzament tiegħu għall-​isforzi tagħhom.—Efes. 1:15, 16.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja